mt-mudt-train

Universal Dependencies - Maltese - MUDT

LanguageMaltese
ProjectMUDT
Corpus Parttrain
AnnotationČéplö, Slavomír; Zeman, Daniel

Javascript seems to be turned off, or there was a communication error. Turn on Javascript for more display options.

indexsentence 7 - 17 < sentence 18 - 28 > sentence 29 - 39

Ix-xhud qal li huwa offra lil Sammut nofs il-'commission', li kienet ekwivalenti għal 50 ċ ta' Dollaru Amerikan fuq kull tunellata, u nforma lil ħutu dwar dan. Huwa qal li ħutu tant kienu jaf b'dan li parti mill-pagament lil Sammut kien vettura tat-tip Ssangyon Korando li kienet tiġi impurtata mill-kumpanija tagħhom JF Motors. Ix-xhud saħaq li huwa ma kienx se jagħti karozzi b'xejn u ried l-approvazzjoni ta' ħutu u semma kif eventwalment il-vettura kienet imħallsa mill-Power Plan u reġistrata fuq iben Sammut. Farrugia żied li wara inċident li kien involut fih Mallia mar jarah l-isptar u Mallia qallu biex ikellem lil Tarcisio Mifsud li kien il-Kap tal-Finanzi tal-Enemalta. Dan tal-aħħar qallu biex dak li kien jagħti lil Mallia seta jagħtih lilu u mbagħad jieħu ħsieb hu ta' Mallia. Ix-xhud żied li darba kellmu l-accountant jew l-awditur tal-kumpaniji tagħhom u fil-preżenza ta' ħutu ġibidlu l-attenzjoni li ma setgħux jinħarġu iktar pagamenti mingħajr 'invoice'. Farrugia qal li fil-laqgħa huwa nforma lil ħutu li kien se jieħu ħsieb hu ta' dan u sar qbil li jżomm 20 % tad-dħul relatat min-negozju taż-żejt. Kien f'dan l-istadju li fetaħ il-kumpanija Aikon u kellu kont bankarju fl-Iżvizzera biex parti mill-ħlasijiet isiru f'Malta u oħrajn barra. Waqt li ammetta li ma kienx trasparenti ma' ħutu, Farrugia semma kif darba tela Ġinebra biex jagħti $ 20,000 lil Tancred Tabone, eks- Ċermen tal-Enemalta li qabel din il-kariga kien involut fl-MOBC. Dan Tabone darba qallu li Allaħares ikun jaf li kien qed jagħti xi ħaġa lil Tarcisio Mifsud u ried anke s-sehem li kien qed jingħata lil Frank Sammut. Farrugia semma wkoll kif il-Power Plan kienet kumpanija profittabbli u ħafna drabi kienet issostni telf li kienu jagħmlu kumpaniji oħra tal-familja.

Download XMLDownload textSentence viewDependency trees