mt-mudt-train

Universal Dependencies - Maltese - MUDT

LanguageMaltese
ProjectMUDT
Corpus Parttrain
AnnotationČéplö, Slavomír; Zeman, Daniel

Javascript seems to be turned off, or there was a communication error. Turn on Javascript for more display options.

indexsentence 1 - 6 < sentence 7 - 17 > sentence 18 - 28

Fil-preżenza tal-avukati tiegħu Sigfried Borg Cole u Franco Debono, Farrugia spjega kif sal-2010 huwa kellu negozju ma' ħutu li kienu jinkludu l-John's Garage, Sunrays Travel, JF Motors u l-Power Plan. Huwa spjega kif fir-rigward tal-Power Plan huwa kien wieħed mill-firmatarji flimkien ma' ħutu u biex jinħareġ ċekk dan kellu jiġi iffirmat minn tnejn mill-aħwa. Farrugia qal li fil-bidu l-Power Plan kienet taħdem fil-qasam tal-petrol stations imma maż-żmien ried isib kumpanija biex jibda jinnegozja fuq iż-żjut u daħal f'arranġament mal-kumpanija Total. Ħafna mix-xogħol kien jagħmlu hu imma ġieli kellu l-għajnuna minn xi ħadd minn ħutu għalkemm ma semmix min kienu. Skont hu kien ikollu ħafna diskorsi ma' ħutu u ġieli kellhom laqgħat fil-bord. Farrugia semma kif huwa tkellem ma' Alfred Mallia li kien il-kap tal-Petroleum Division tal-Enemalta fejn dan ried li jieħu parti mill-qliegħ bil-ftehim bejn l-istess Enemalta u t-Total. F'dan iż-żmien tkellimt ma' Alfred Mallia li kien head petroleum u jieħu ħsieb storage li jaqgħu taħt dipartiment tiegħu, kellu klijenti privati li krew xi attivita u xtaqu jibdew jixtru xogħol minn Malta. Mhux bħala uffiċjal Enemalta. Qalli nistaqsi total ikunux interessati jbiegħu parcels lill-kumpanija. Ix-xhud qal li huwa qal lil Mallia li kien se jkellem lil ħutu dwar dan u fil-fatt dawn qablu li seta jmexxi bl-arranġament ma' Mallia fejn il-ħlas kien se jkun ta' 12 ċ kull tunellata kull xahar fuq il-ħażna tat-Total. Farrugia semma kif huwa tkellem ukoll ma' Frank Sammut fejn wara li mar għandu fl-uffiċċju tiegħu dan talbu biex joħorġu dawra bil-karozza u nfurmah li kien lest jirranġalu mal-MOBC jekk ikun hemm xi ħaġa għalih.

Download XMLDownload textSentence viewDependency trees