mt-mudt-train
Universal Dependencies - Maltese - MUDT
Language | Maltese |
---|
Project | MUDT |
---|
Corpus Part | train |
---|
Annotation | Čéplö, Slavomír; Zeman, Daniel |
---|
View options
Tags:
Javascript seems to be turned off, or there was a communication error. Turn on Javascript for more display options.
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
Skont hu, il-'commissions' kienu jidhru bħala 'spejjeż'. Għalkemm Tabone spiċċa mill-Enemalta fl-2005 baqa' jitolbu ħlasijiet sal-2006 sakemm darba iddeċieda li ma jibqax jagħtih il-flus li kien qed jgħaddilu. Huwa semma anke kif fiż-żmien meta Tabone kien Ċermen tal-Enemalta l-karozza li kienu juża kienet mikrija mingħand il-kumpanija tagħhom. Ix-xhud semma wkoll persuna oħra li għaddejja proċeduri fil-Qorti tal-Maġistrati b'rabta ma' dan il-każ, Raymond Ferris. Dan Ferris qallu li seta jinfluwenza n-negozju u darba talbu € 40,000. Huwa tkellem ma' ħutu u xtralu tliet rigali tal-fidda li jiswew bejn € 4,000 jew € 6,000 li tħallsu minn Power Plan. Ix-xhud kompla li darba kien imsiefer u meta rritorna sab li l-kont tal-Power Plan kien 'imnaddaf'. Huwa semma kif ġieli kien ikun hemm problemi finazjarji fil-kumpaniji l-oħra u l-Power Plan kienet tagħmel tajjeb għalihom. Fix-xiehda tiegħu, Farrugia semma anke lil Tony Debono fejn qal li wara li dan sar konsulent tal-kumpaniji tal-familja beda jitolbu ħlas żejjed għal kull biċċa negozju li kienu jagħmlu. Darba dan Debono qallu li kien se jsir ambaxxatur u li bis-saħħa tiegħu setgħu jkollhom iktar xogħol imma Farrugia sostna li huwa ma kienx ikun irid jagħtih il-flus li kien qed jitolbu. Huwa semma kif darba huwa ltaqa' ma' Ronnie Agius, ħabib tiegħu li kien ukoll ħabib ta' Debono, u dan qallu li l-istess Debono kien stqarr miegħu li ried ikissru talli ma kienx jagħtih il-flus li kien jitolbu.
Download XML • Download text
• Sentence view • Dependency trees