mt-mudt-test
Universal Dependencies - Maltese - MUDT
Language | Maltese |
---|
Project | MUDT |
---|
Corpus Part | test |
---|
Annotation | Čéplö, Slavomír; Zeman, Daniel |
---|
View options
Tags:
Javascript seems to be turned off, or there was a communication error. Turn on Javascript for more display options.
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
Robert qalilna li huma sabu għajnuna kbira mill-familjari u l-ħbieb u wara xahar tkellmu ma' avukatessa għax fil-fond ta' qalbhom kienu konvinti li binthom mietet minħabba t-traskuraġni ta' żewġ tobba. Huma tkellmu ma' konsulent mediku li wara li ra l-fajl dwar dak li għaddiet minnhom bintu qalilhom li mhux biss meta persuna jkollha 'double vision' u uġiegħ ta' ras persistenti jrid isir CET scan jew MRI, li fil-fatt ma sarx l-ewwel darba li Sharon ittieħdet l-isptar, imma li t-tfajla ma kellix meninġite kif issemma li kellha fiċ-ċertifikat tal-mewt. Il-koppja iddeċidiet li tkellem avukat u fis-6 ta' Novembru li għadda talbet uffiċjalment liċ-Chief Medical Officer tal-Isptar Mater Dei biex tinfetaħ inkjesta kemm dwar il-mewt ta' binthom kif ukoll dwar id-deċiżjonijiet li ħadu t-tobba li rawha l-ewwel darba fl-isptar. Minkejja li għaddew xahrejn, sal-lum l-avukat tagħhom għadha ma rċeviet lanqas konferma tat-talba. Missier it-tfajla insista magħna li huwa mhux biss irid li jrid issir ġustizzja ma' bintu imma li każ bħal dan ma jiġix ripetut ħalli b'hekk ma jkunx hemm ġenituri li jgħaddu mill-istess trawma li għaddew huwa u martu. Xahar wara li l-gazzetta Illum żvelat li l-Awtorità Maltija dwar il-Komunikazzjoni (MCA) nediet investigazzjoni dwar il-ħlas ta' ewro li Melita, il-kumpannija tat-telekomunikazzjonijiet, bdiet tiċċarġja għal kull pagament li jsir b'ċekk, jidher li issa l-kumpanija reġa' bdielha u waqqfet dan il-ħlas. Mistoqsi dwar dan, kelliem għall-Melita ikkonferma ma' Illum li l-ħlas kien twaqqaf sakemm tittieħed deċiżjoni finali dwar din il-materja. 'Melita bħalissa qed tirrevedi din il-materja u f'dan iż-żmien meta t-tariffa hi taħt reviżjoni, il-Melita ma ċċarġjatx, u qatt m'hi se tiċċarġja, il-ħlas ta' ewro għall-ipproċessar taċ-ċekkijiet sakemm tittieħed deċiżjoni dwar x'se jsir,' stqarr il-kelliem tal-kumpanija. Huwa fisser li l-Melita qed tħares lejn mezzi kif tħeġġeġ lin-nies jużaw l-użu ta' metodi oħra ta' kif isir il-ħlas, biex trażżan l-ispejjeż amministrattivi assoċjati mal-ipproċessar taċ-ċekkijiet kif ukoll biex jitnaqqas xi ftit l-użu tal-karti. Il-kelliem ta' Melita xorta waħda jipprova jiġġustifika d-deċiżjoni oriġinali tal-kumpannija. 'Il-Melita mhix l-unika kumpanija li qed tikkunsidra mezzi simili,' stqarr il-kelliem.
Download XML • Download text
• Sentence view • Dependency trees