Text view

Universal Dependencies - Maltese - MUDT

LanguageMaltese
ProjectMUDT
Corpus Parttest
AnnotationČéplö, Slavomír; Zeman, Daniel

Javascript seems to be turned off, or there was a communication error. Turn on Javascript for more display options.

indexsentence 40 - 50 < sentence 51 - 61 > sentence 62 - 72

'Biżżejjed li ngħid li anki l-banek kummerċjali daħħlu bosta ħlasijiet għall-ipproċessar tat-transazzjonijet bankarji matul ix-xhur li għaddew u anki riċentement fuq is-servizzi bankarji fuq l-internet,' kompla jgħid il-kelliem. Jekk id-deċiżjoni tteħditx wara intervent minn xi regolatur estern bħall-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta jew l-MCA dwar il-materja, jew jekk kinitx tneħħiet wara r-rispons tal-pubbliku dwar il-ħaġa, il-kelliem tal-Melita qal li l-kumpanija ' għaddiet l-informazzjoni kollha lill-awtoritajiet kompetenti. 'Madankollu d-deċizjoni tal-Melita li tirrevedi l-affari ttieħdet biss mill-kumpanija u ma kinitx ir-riżultat ta' xi talba mill-awtoritajiet kompetenti,' temm jgħid il-kelliem tal-kumpanija. Fit-18 ta' Jannar 2009 kelliema għall-MCA kkonfermat ma' Illum li kienet bdiet tinvestiga lill-Melita wara li din il-kumpanija fil-bidu tas-sena avżat lill-klijenti li se tibda titlob ħlas ta' ewro għal kull pagament li jagħmlu b'ċekk. Din it-tariffa daħlet fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2009. L-MCA ikkonfermat li rċeviet ilment wieħed dwar din it-tariffa u mistoqsijiet minn individwu ieħor. L-Awtorità kienet sostniet ma' Illum li ' bdiet investigazzjoni dwar il-każ u talbet lill-Melita biex tipprovdi dokumenti u tagħrif b'rabta mal-azzjoni tagħha. Tlabna wkoll lill-Melita biex timxi ma' numru ta' passi li huma biex tkun konformi mal-liġijiet kif amministrati mill-MCA. Il-Melita qatt ma kkonsultat magħna dwar din it-tariffa, ' kienet spjegat l-Awtorità. It-tariffa ta' ewro fuq kull pagament tqieset inġusta l-aktar fil-konfront ta' persuni li ma jagħmlux użu mill-internet, fosthom anzjani. Jidher li dan il-punt ittieħed inkonsiderazzjoni mill-Awtorità li waqt li sostniet li bil-Liġi hi m'għandhiex saħħa li ġġiegħel lill-Melita tirtira d-deċiżjoni madankollu talbitha ssegwi numru ta' passi.

Download XMLDownload textSentence viewDependency trees