mt-mudt-test
Universal Dependencies - Maltese - MUDT
Language | Maltese |
---|
Project | MUDT |
---|
Corpus Part | test |
---|
Annotation | Čéplö, Slavomír; Zeman, Daniel |
---|
View options
Tags:
Javascript seems to be turned off, or there was a communication error. Turn on Javascript for more display options.
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
Għalkemm ħadet il-kors kollu, rasha baqgħet tuġagħha b'mod persistenti u bdiet tara doppju. Filgħaxija huma ħaduha l-Isptar Mater Dei fejn wara sitt siegħat jistennew daħħluha għand it-tabib li iktar tard il-ġenituri saru jafu li kien Junior Doctor. Wara li qalilhom li fl-opinjoni kienet ' migraine ', it-tabib daħal ġewwa u wara nofs siegħa ħareġ fejn wara qalilhom li ikkonsulta ma' ta' fuqu u ma kienx hemm bżonn ta' iktar testijiet. Li għamel it-tabib kien taha ' drip ' biex il-' paracetamol ' jaħdmu iktar malajr mill-pilloli ħalli ma tibqax muġugħa kif ukoll kitbilhom l-' paracetamol ' u l-Voltaren. Wara jumejn, il-ġenituri reġgħu ħadu lil Sharon fl-emerġenza wara li bdiet tirrametti u l-kpiepel t'għajnejha bdew jingħalqu. Hemmhekk għamlu t-testijiet, fosthom l-MRI, fejn it-tobba tawhom l-aħbar ħażin li t-tifla kienet f'qagħda kritika. Sharon ġiet ' sedated ' u ttellgħet l-ITU fejn bdew jippruvaw iraqqgħulha d-demm peress li kellha ' blood clot ' f'moħħha. Wara tliet ijiem fl-ITU, Sharon taha attakk tal-qalb. Għalkemm saru tentattivi biex jippruvaw isalvawha, saħħitha iggravat sakemm spiċċat tgħix bil-magna. Għalkemm il-ġenituri offrew li jagħtu l-organi tagħha, mill-isptar kienu nfurmati li peress li kellha infezzjoni ma riedux jieħdu riskju fuq ħaddieħor. Kien għalhekk li xi jumejn wara, fis-7 ta' Ġunju 2012, il-magna li kienet qed iżżomm lil Sharon ħajja ntfiet.
Download XML • Download text
• Sentence view • Dependency trees