mt-mudt-test

Universal Dependencies - Maltese - MUDT

LanguageMaltese
ProjectMUDT
Corpus Parttest
AnnotationČéplö, Slavomír; Zeman, Daniel

Javascript seems to be turned off, or there was a communication error. Turn on Javascript for more display options.

indexsentence 7 - 17 < sentence 18 - 28 > sentence 29 - 39

Antoine d' Ambrogio, f'isem l-Awditur Ġenerali, ta sommarju tar-rapport ta' inkjesta dwar ir-rimi tal-mercaptan u qal li saru diversi intervisti ma' persuni mill-Enemalta u entitajiet oħrajn. L-Enemalta, allegatament, irmiet darbtejn il-mercaptan imma ma jirriżultax li f'dak il-perijodu kien hemm xi każi ta' persuni li belgħu xi gassijiet minħabba dan. TFAJLA TMUT BI TRASKURAĠNI? Koppja titlob inkjesta dwar il-mewt ta' bintha Eżattament bħal-lum seba' xhur ilu, koppja mis-Swieqi ħadet l-ikbar xokk ta' ħajjitha hekk kif tilfu lil binthom ta' 17-il sena. Illum, id-dwejjaq tal-koppja nbidlet f'rabja għall-fatt li għalkemm xahrejn ilu talbu li ssir inkjesta dwar il-mewt tagħha s'issa għadhom lanqas biss irċevew acknowledgment tat-talba tagħha. Il-koppja qed titlob inkjesta għax temmen li kienet it-traskuraġni ta' żewġ tobba li wasslu għall-mewt ta' binthom meta naqsu li jagħmlulha t-testijiet meħtieġa li suppost isiru meta jidhru s-sintomi li kellha. Il-każ jikkonċerna lil Sharon Rodenas, l-unika wild tal-koppja Robert u Esmeralda mis-Swieqi. Sa Mejju 2012, it-tfajla kienet xempju tas-saħħa u s-sbuħija. Tfajla ferriħija, maħbuba minn sħabha u intelliġenti tant li kienet qed iġġib marki għoljin fl-eżamijiet. Kien fl-imsemmi xahar li darba minnhom qabadha 'synus' u l-ġenituri iddeċidew li jeħduha għand it-tabib li taha l-antibijotiċi.

Download XMLDownload textSentence viewDependency trees