mt-mudt-test

Universal Dependencies - Maltese - MUDT

LanguageMaltese
ProjectMUDT
Corpus Parttest
AnnotationČéplö, Slavomír; Zeman, Daniel

Javascript seems to be turned off, or there was a communication error. Turn on Javascript for more display options.

indexsentence 1 - 6 < sentence 7 - 17 > sentence 18 - 28

Il-Ministru Tonio Fenech talab li jittella' wkoll Karl Camilleri, Kap Eżekuttiv tal-Enemalta. B'kollox se jitressqu 16-il xhud u kull xhud hu intitolat li jekk irid iġib assistent personali tiegħu. Dwar id-dati tal-laqgħat li fihom se jidhru x-xhieda, kien deċiż li jsiru tliet seduti fis-16, 17 u 18 ta' Lulju fl-4 p. m. Joe Mizzi talab li jittellgħu dokumenti marbutin mat-tender. Tonio Fenech qal li hu m'għandux oġġezzjoni għat-talbiet tal-Oppożizzjoni imma qal li wieħed m'għandux jorbot il-kwistjoni tal-mercaptan mal-proċeduri jekk ċertu xiri li sar mill-Enemalta hux korrett. Hu qal li x-xiri taċ-ċilindri tal-gass m'għandux x'jaqsam mar-rapport ta' inkjesta dwar il-mercaptan. Tonio Fenech qal li l-aħjar li l-Kumitat jiffoka fuq il-kwistjoni ta' kif inħaraq il-mercaptan u qal li hemm nies kompetenti li jitrattaw jekk it-tenders sarux kif suppost. Iċ-Chairman qal li jekk proċeduri finanzjarji tat-tender kienu abbużati u dan joħroġ mil-laqgħat tal-Kumitat, jaqbel li l-Awditur Ġenerali jinvestiga. Skont Joe Mizzi mir-rapport ta' inkjesta ma toħroġx il-verità. Wara l-Awditur Ġenerali, Peter Grech, spjega fil-qosor f'hiex jikkonsisti r-rapport. Attendew ukoll il-membri tal-Bord ta' Inkjesta.

Download XMLDownload textSentence viewDependency trees