Sentence view

Universal Dependencies - Maltese - MUDT

LanguageMaltese
ProjectMUDT
Corpus Parttest
AnnotationČéplö, Slavomír; Zeman, Daniel

showing 301 - 400 of 518 • previousnext

[1] tree
Xi drabi nixxemxu jew nixxarrbu bix-xita, nitbandlu mar-riħ u nirtogħdu fil-kesħa tax-xitwa Maltija.
s-301
42_04F09:17
Xi drabi nixxemxu jew nixxarrbu bix-xita, nitbandlu mar-riħ u nirtogħdu fil-kesħa tax-xitwa Maltija.
[2] tree
Iżda qatt ma qtajna qalbna.
s-302
42_04F09:18
Iżda qatt ma qtajna qalbna.
[3] tree
Konna determinati li nisfidaw l-elementi u nżommu sod.
s-303
42_04F09:19
Konna determinati li nisfidaw l-elementi u nżommu sod.
[4] tree
Iż-żmien itir u hekk kif bdiet riesqa r-rebbiegħa erġajna bdejna ndoqqu t-trombi.
s-304
42_04F09:20
Iż-żmien itir u hekk kif bdiet riesqa r-rebbiegħa erġajna bdejna ndoqqu t-trombi.
[5] tree
Dan hu ż-żmien meta aħna niffjorixxu u nfewwħu kullimkien.
s-305
42_04F09:21
Dan hu ż-żmien meta aħna niffjorixxu u nfewwħu kullimkien.
[6] tree
Nimlew il-ġonna kollha lwien.
s-306
42_04F09:22
Nimlew il-ġonna kollha lwien.
[7] tree
Jien safra, u sħabi uħud bojod, oħrajn ħomor, vjola, u anke oranġjo.
s-307
42_04F09:23
Jien safra, u sħabi uħud bojod, oħrajn ħomor, vjola, u anke oranġjo.
[8] tree
Ta' kull sena jkollna ħafna opportunitajiet u nferrħu ħafna nies.
s-308
42_04F09:24
Ta' kull sena jkollna ħafna opportunitajiet u nferrħu ħafna nies.
[9] tree
Jien inkun fl-aqwa tiegħi.
s-309
42_04F09:25
Jien inkun fl-aqwa tiegħi.
[10] tree
Jisimni Fresja!
s-310
42_04F09:26
Jisimni Fresja!
[11] tree
PERPETUUM MOBILE
s-311
44_06F09:1
PERPETUUM MOBILE
[12] tree
Smajt ħoss u nħsadt.
s-312
44_06F09:2
Smajt ħoss u nħsadt.
[13] tree
Qomt minn bħal raqda fonda u ma kontx naf eżatt fejn ninsab.
s-313
44_06F09:3
Qomt minn bħal raqda fonda u ma kontx naf eżatt fejn ninsab.
[14] tree
Bdejt inħoss rasi ddur bija u bil-kemm ma ħassejtnix xi ftit imdardar ukoll.
s-314
44_06F09:4
Bdejt inħoss rasi ddur bija u bil-kemm ma ħassejtnix xi ftit imdardar ukoll.
[15] tree
Ippruvajt inqum fuq saqajja, iżda sibt dawra likwidu skur aħmar madwari.
s-315
44_06F09:5
Ippruvajt inqum fuq saqajja, iżda sibt dawra likwidu skur aħmar madwari.
[16] tree
X'kien ġara?
s-316
44_06F09:6
X'kien ġara?
[17] tree
Irrealizzajt li kont ġo dari imma, kont waħdi?
s-317
44_06F09:7
Irrealizzajt li kont ġo dari imma, kont waħdi?
[18] tree
Ma kien hemm l-ebda sinjal ta' vjolenza la fuq id-dar u wisq anqas fuqi.
s-318
44_06F09:8
Ma kien hemm l-ebda sinjal ta' vjolenza la fuq id-dar u wisq anqas fuqi.
[19] tree
Allura dan id-demm minn fejn ġie?
s-319
44_06F09:9
Allura dan id-demm minn fejn ġie?
[20] tree
Bdejt insejjaħ biex nara kienx hemm xi ħadd, imma leħni maħnuq u dgħajjef instema' jidwi lura.
s-320
44_06F09:10
Bdejt insejjaħ biex nara kienx hemm xi ħadd, imma leħni maħnuq u dgħajjef instema' jidwi lura.
[21] tree
Ħarist madwari u lmaħt it-tapit kwadru tas-salott fejn kont, li kellu kantuniera minnu mgħawġa bħal meta xi ħadd jgħawwiġha b'saqajh u ma qagħadx jikkoppa jerġa' jirranġaha.
s-321
44_06F09:11

[22] tree
Kien maħsul bl-istess demm.
s-322
44_06F09:12
Kien maħsul bl-istess demm.
[23] tree
It-tavolina tal-ħġieġ li kien hemm fuqu kienet maqsuma b'daqqa ta' xi ħaġa iebsa u ċappa mudullun lewn il-kremżi mwaħħla magħha.
s-323
44_06F09:13
It-tavolina tal-ħġieġ li kien hemm fuqu kienet maqsuma b'daqqa ta' xi ħaġa iebsa u ċappa mudullun lewn il-kremżi mwaħħla magħha.
[24] tree
Bdejt nistaqsi bejni u bejn ruħi, ' X'ġara?
s-324
44_06F09:14
Bdejt nistaqsi bejni u bejn ruħi, ' X'ġara?
[25] tree
Kont fis-sakra u kelli xi ngħid ma' xi ħadd u weġġajtu? '
s-325
44_06F09:15
Kont fis-sakra u kelli xi ngħid ma' xi ħadd u weġġajtu? '
[26] tree
Min kien tilef ħafna demm u bħalissa jinsab mejjet x'imkien fid-dar żgur!
s-326
44_06F09:16
Min kien tilef ħafna demm u bħalissa jinsab mejjet x'imkien fid-dar żgur!
[27] tree
Bdejt nidħol kamra kamra nfittex.
s-327
44_06F09:17
Bdejt nidħol kamra kamra nfittex.
[28] tree
La fil-kċina, la fil-kamra tal-banju u l-anqas fil-kamra tas-sodda ma sibt xejn u kollox kien kif ħallejtu jien.
s-328
44_06F09:18
La fil-kċina, la fil-kamra tal-banju u l-anqas fil-kamra tas-sodda ma sibt xejn u kollox kien kif ħallejtu jien.
[29] tree
Kif kont aljenat naħseb u inkwetat nisma' brejk qawwi ta' żewġ karozzi u ħabta.
s-329
44_06F09:19
Kif kont aljenat naħseb u inkwetat nisma' brejk qawwi ta' żewġ karozzi u ħabta.
[30] tree
Bumm!
s-330
44_06F09:20
Bumm!
[31] tree
Għat-tieni darba erġajt inħsadt u nfxilt.
s-331
44_06F09:21
Għat-tieni darba erġajt inħsadt u nfxilt.
[32] tree
Mort niġri ħa nara x'ġara barra.
s-332
44_06F09:22
Mort niġri ħa nara x'ġara barra.
[33] tree
Kif kont għaddej mis-salott tfixkilt fit-tapit li kont ħallejtu mgħawweġ u ħbatt rasi mat-tavolina tal-ħġieġ u din inqasmet.
s-333
44_06F09:23
Kif kont għaddej mis-salott tfixkilt fit-tapit li kont ħallejtu mgħawweġ u ħbatt rasi mat-tavolina tal-ħġieġ u din inqasmet.
[34] tree
Beda ħiereġ gelgul demm u jien intlift minn sensija, sakemm wara ftit ħin ... Smajt ħoss u nħsadt ...
s-334
44_06F09:24
Beda ħiereġ gelgul demm u jien intlift minn sensija, sakemm wara ftit ħin ... Smajt ħoss u nħsadt ...
[35] tree
Fil-kobor bla sura tal-belt li Erica qiegħda titgħallem tgħix fiha, l-arja tinħass għal kollox differenti minn dik li trewwaħ lill-belt ċkejkna fejn trabbiet.
s-335
48_02F09:1

[36] tree
Qishom iż-żewġt ibliet ma jagħmlux sehem minn dinja waħda, imma jinsabu fuq żewġ pjaneti mbiegħda li ma jafux bl-eżistenza ta' xulxin.
s-336
48_02F09:2
Qishom iż-żewġt ibliet ma jagħmlux sehem minn dinja waħda, imma jinsabu fuq żewġ pjaneti mbiegħda li ma jafux bl-eżistenza ta' xulxin.
[37] tree
Illum tiskanta kif f'ambjent kwiet u miġbur bħal dak li ħalliet warajha, ma kienx jirnexxilha tisma' l-ħoss tas-sikta; l-aktar fid-dar kbira ta' missierha mibnija fuq daqsxejn ta' għolja f'tarf il-belt imkenna, u mxerrfa għal fuq kampanja li għal għajnejn nemmiesa tidher tħaddan eżistenza waħdanija fl-għamla tagħha għax bħallikieku mixtarra minnha nnifisha.
s-337
48_02F09:3

[38] tree
Missierha kien għaraf jitwaħħad mal-kalma tal-madwar u kien lest jirfed dan l-istat rebbieħ b'ħiltu kollha.
s-338
48_02F09:4
Missierha kien għaraf jitwaħħad mal-kalma tal-madwar u kien lest jirfed dan l-istat rebbieħ b'ħiltu kollha.
[39] tree
L-ispirtu qallieb tiegħu kellu jinbeżaq minn ġewwa għal barra bla ebda limitazzjoni, xi drabi wkoll taħt is-sura iebsa ta' stmerrija għal kull eżistenza li b'xi mod thedded li xxellef is-sikta misjuba minnu.
s-339
48_02F09:5

[40] tree
Forsi x-xejra merfugħa ta' ħsibijietu kienet gerrxitha mill-għarfien tal-ħemda ġewwiena u kontra r-rieda tiegħu ġagħlitha tissielet mad-dehra kwieta li, fl-opinjoni tagħha, ġiet minsuġa apposta madwarha.
s-340
48_02F09:6

[41] tree
Fl-appartament ċkejken ġol-qalba tal-belt il-ġdida l-kampanja naturali tinħass 'il bogħod u s-sikta mixtieqa tinsab mirfuda biss mill-qawwa ta' l-illużjoni.
s-341
48_02F09:7

[42] tree
Il-ħajt dejjaq li fuq naħa waħda jifridhom minn ġirien għaġġieba għall-aħħar, ma jitfix id-diwi ta' l-ilħna werżieqa u ma joħnoqx it-tħanxir ta' mużika b'ritmu mgħaġġel, li tinstama' f'mumenti meta ma tkunx mistennija.
s-342
48_02F09:8

[43] tree
Li kieku Erica kellha tkun imgħarrfa b'dawn iċ-ċirkustanzi minn qabel, kieku x'aktarx li kienet tieħu kollox biċ-ċajt għax dak iż-żmien kienet taħseb li tista' tinħamel ma' kull għamla ta' ħsejjes, imqar dawk mhux maħluqa minnha.
s-343
48_02F09:9

[44] tree
Iżda malli l-ispazju ta' madwarha ċkien fid-dieher, bdiet tħoss il-ħtieġa li s-skiet li qatt ma tatu ċ-ċans jitnissel minn ġewwa, jiġi sostitwit minn ieħor imnibbet fl-ambjent li sabet ruħha fih.
s-344
48_02F09:10

[45] tree
Karl ma kienx jidher milqut bħalha miċ-ċirkustanzi li bdew jinħassu jagħfsu fuqha bi pressjoni li ma setgħetx ma tagħtix kas tagħha.
s-345
48_02F09:11
Karl ma kienx jidher milqut bħalha miċ-ċirkustanzi li bdew jinħassu jagħfsu fuqha bi pressjoni li ma setgħetx ma tagħtix kas tagħha.
[46] tree
Kellu fiex jedha fil-pittura u ma kienx imdorri jżomm il-kont ta' kif iqatta' l-ħin.
s-346
48_02F09:12
Kellu fiex jedha fil-pittura u ma kienx imdorri jżomm il-kont ta' kif iqatta' l-ħin.
[47] tree
L-importanti għalih li ż-żmien jibqa' għaddej kemm jista' jkun bla tfixkil u bla ma jazzarda jsabbtu wiċċ imb'wiċċ miegħu nnifsu.
s-347
48_02F09:13
L-importanti għalih li ż-żmien jibqa' għaddej kemm jista' jkun bla tfixkil u bla ma jazzarda jsabbtu wiċċ imb'wiċċ miegħu nnifsu.
[48] tree
Hi wkoll kienet taħseb li la jkollha 'l Karl jgħix magħha, il-ħin jitlef mis-siwi tiegħu għaliha.
s-348
48_02F09:14
Hi wkoll kienet taħseb li la jkollha 'l Karl jgħix magħha, il-ħin jitlef mis-siwi tiegħu għaliha.
[49] tree
F'li ma tkun tixtieq xejn għajr ir-raġel li tħobb, jingħelbu d-distanzi kważi illużorji u l-ħin ma jibqagħlux ma' xiex jitkejjel.
s-349
48_02F09:15
F'li ma tkun tixtieq xejn għajr ir-raġel li tħobb, jingħelbu d-distanzi kważi illużorji u l-ħin ma jibqagħlux ma' xiex jitkejjel.
[50] tree
Qatt ma basret li setgħet titqarraq u li ħajjitha kienet teħtieġ xi ħaġa aktar mill-preżenza fiżika ta' l-artist meqjum minnha.
s-350
48_02F09:16
Qatt ma basret li setgħet titqarraq u li ħajjitha kienet teħtieġ xi ħaġa aktar mill-preżenza fiżika ta' l-artist meqjum minnha.
[51] tree
Kienu għaddew biss ftit xhur minn meta bdiet tgħammar miegħu u ġa setgħet tagħraf ix-xenqa mliġġma li jkollha tarbija li tkun tiegħu daqskemm tkun tagħha u li forsi twassalhom biex jillegalizzaw ir-rabta ta' bejniethom.
s-351
48_02F09:17

[52] tree
Iżda Karl ma kienx ta' l-istess fehma.
s-352
48_02F09:18
Iżda Karl ma kienx ta' l-istess fehma.
[53] tree
Mill-ewwel urieha biċ-ċar li ma kellu ebda ħajra la li jerġa' jintrabat biż-żwieġ u wisq anqas li jibda jrabbi.
s-353
48_02F09:19
Mill-ewwel urieha biċ-ċar li ma kellu ebda ħajra la li jerġa' jintrabat biż-żwieġ u wisq anqas li jibda jrabbi.
[54] tree
Hi kienet aċċettatu kif inhu, waħdu, u hu kien laqagħha fi ħdanu bla kompromessi jew tamiet li, fl-opinjoni tiegħu, faċli jirriżultaw fiergħa.
s-354
48_02F09:20
Hi kienet aċċettatu kif inhu, waħdu, u hu kien laqagħha fi ħdanu bla kompromessi jew tamiet li, fl-opinjoni tiegħu, faċli jirriżultaw fiergħa.
[55] tree
Dak in-nhar ipprovat tifhmu u għamlet ħilitha biex twarrab l-idea bikrija minn moħħha.
s-355
48_02F09:21
Dak in-nhar ipprovat tifhmu u għamlet ħilitha biex twarrab l-idea bikrija minn moħħha.
[56] tree
Għalkemm hi u Karl kienu sabu 'l xulxin, ma kinitx żgura jekk bħala individwi kinux sabu lilhom infushom.
s-356
48_02F09:22
Għalkemm hi u Karl kienu sabu 'l xulxin, ma kinitx żgura jekk bħala individwi kinux sabu lilhom infushom.
[57] tree
Kienu jeħtieġu ż-żmien u l-ispazju li kien ġa limitat.
s-357
48_02F09:23
Kienu jeħtieġu ż-żmien u l-ispazju li kien ġa limitat.
[58] tree
Karl kien għadu bla xogħol u wara t-tweġiba t'ommha għall-ittra tagħha, għeb kull pjan ta' rikonċiljazzjoni ma' niesha.
s-358
48_02F09:24
Karl kien għadu bla xogħol u wara t-tweġiba t'ommha għall-ittra tagħha, għeb kull pjan ta' rikonċiljazzjoni ma' niesha.
[59] tree
Missierha ma kienx lest jaħfrilha u t-triq li għażlet kellha tkejjilha waħedha, 'il bogħod minnhom kemm jista' jkun.
s-359
48_02F09:25
Missierha ma kienx lest jaħfrilha u t-triq li għażlet kellha tkejjilha waħedha, 'il bogħod minnhom kemm jista' jkun.
[60] tree
Id-deċiżjoni iebsa li ma tgħarrafhomx aktar bi ħbarha u li tinjora l-eżistenza tagħhom, għenitha tinsa kull ħsieb jew riżoluzzjoni oħra li ma kellhiex x'taqsam direttament magħhom.
s-360
48_02F09:26

[61] tree
Ix-xewqa li jkollha tarbija kellha titwarrab fil-ġenb.
s-361
48_02F09:27
Ix-xewqa li jkollha tarbija kellha titwarrab fil-ġenb.
[62] tree
L-imħabba ta' Karl biss setgħet ittaffi xi ftit mir-rabja li kienet qiegħda tħoss għaliha u għall-ġens uman kollu.
s-362
48_02F09:28
L-imħabba ta' Karl biss setgħet ittaffi xi ftit mir-rabja li kienet qiegħda tħoss għaliha u għall-ġens uman kollu.
[63] tree
Ix-xogħol monotonu fil-fabbrika ma kienx jgħinha tinsa, iżda anqas ma kien għadu jweġġa' s-sentimenti tagħha.
s-363
48_02F09:29
Ix-xogħol monotonu fil-fabbrika ma kienx jgħinha tinsa, iżda anqas ma kien għadu jweġġa' s-sentimenti tagħha.
[64] tree
Fil-belt il-kbira, miżgħuda bin-nies, mhux faċli ssib ix-xogħol kif u xħin tixtieq u Erica kienet tgħodd ruħha b'ixxurtjata li bdiet taħdem ħmistax wara li waslu.
s-364
48_02F09:30

[65] tree
Kellhom bżonn il-flus u s-sodisfazzjon li ma setgħetx tikseb fin-nisġa tax-xogħol il-ġdid kien jinstab fir-rieda li ssaħħaħ ir-rabta ta' bejniethom.
s-365
48_02F09:31
Kellhom bżonn il-flus u s-sodisfazzjon li ma setgħetx tikseb fin-nisġa tax-xogħol il-ġdid kien jinstab fir-rieda li ssaħħaħ ir-rabta ta' bejniethom.
[66] tree
Fl-istess waqt kienet qiegħda tgħin lir-raġel li tħobb, iwettaq l-ideal tiegħu.
s-366
48_02F09:32
Fl-istess waqt kienet qiegħda tgħin lir-raġel li tħobb, iwettaq l-ideal tiegħu.
[67] tree
Jekk jistabbilixxi ruħu fil-ħajja u jsib is-sliem mixtieq, jagħmilha ħienja miegħu.
s-367
48_02F09:33
Jekk jistabbilixxi ruħu fil-ħajja u jsib is-sliem mixtieq, jagħmilha ħienja miegħu.
[68] tree
Il-ħsieb imbejjet fit-tama li l-impjieg maħtuf minnha kellu jkun temporanju u x'aktarx għal żmien qasir, kien joħloq fiha aspett negattiv aktar milli pożittiv.
s-368
48_02F09:34
Il-ħsieb imbejjet fit-tama li l-impjieg maħtuf minnha kellu jkun temporanju u x'aktarx għal żmien qasir, kien joħloq fiha aspett negattiv aktar milli pożittiv.
[69] tree
Ma kellhiex ħajra ttejjeb il-qagħda tagħha f'dik il-fabbrika magħġuna b'għan wieħed ta' żieda sfrenata fil-produzzjoni, imqar jekk spejjeż tal-ħaddiema u xi drabi wkoll tal-prodott innifsu.
s-369
48_02F09:35

[70] tree
Fiċ-ċaħda volontarja ta' kull sens t'oriġinalità jew kreattività f'dak l-ambjent imgħaġġel, kienet tagħżel li ssir biċċa mill-magna biex tinħamel mal-pass tax-xogħol li ma setgħetx iġġerragħ.
s-370
48_02F09:36

[71] tree
Il-qagħda mirżuħa la tgħinha tinsa l-qadim u anqas tiftakar il-ġdid.
s-371
48_02F09:37
Il-qagħda mirżuħa la tgħinha tinsa l-qadim u anqas tiftakar il-ġdid.
[72] tree
B'ħażna ta' ħsibijiet ippakkjati fis-subkonxju, tasal li taddotta l-magna b'biċċa minnha.
s-372
48_02F09:38
B'ħażna ta' ħsibijiet ippakkjati fis-subkonxju, tasal li taddotta l-magna b'biċċa minnha.
[73] tree
Iżda xħin isir il-ħin biex titlaq minn fuq il-post tax-xogħol terġa' tħoss in-nifs tal-ħajja jirfidha u għalkemm fiżikament għajjiena, tħaffef lejn id-dar biex taqsam ħajjitha mar-raġel li tħobb.
s-373
48_02F09:39

[74] tree
Sakemm beda ż-żmien tal-prova tiegħu mad-ditta tar-reklamar, Karl kien ikun lest jistennieha kull filgħaxija biex jilqagħha fi ħdanu.
s-374
48_02F09:40
Sakemm beda ż-żmien tal-prova tiegħu mad-ditta tar-reklamar, Karl kien ikun lest jistennieha kull filgħaxija biex jilqagħha fi ħdanu.
[75] tree
Matul il-jum kien jilħaq ipinġi u jistrieħ kemm irid bla xkiel ta' ħadd, u li jħejji xi ħaġa ta' l-ikel għalih u għal Erica kienet tiswielu ta' mogħdija tal-ħin.
s-375
48_02F09:41

[76] tree
Il-preżenza tal-maħbuba tiegħu wara ġurnata 'l bogħod minnu tkattarlu ssodisfazzjon li jkun kiseb, jew jekk ikun hemm bżonn, twittilu l-ħotob tad-delużjoni.
s-376
48_02F09:42
Il-preżenza tal-maħbuba tiegħu wara ġurnata 'l bogħod minnu tkattarlu ssodisfazzjon li jkun kiseb, jew jekk ikun hemm bżonn, twittilu l-ħotob tad-delużjoni.
[77] tree
Biha jew mingħajrha ma kienx xorta la għalih u anqas għall-arti tiegħu u din id-darba l-għażla ta' sieħba kienet tirrendi u lilu tagħmillu ġieħ.
s-377
48_02F09:43
Biha jew mingħajrha ma kienx xorta la għalih u anqas għall-arti tiegħu u din id-darba l-għażla ta' sieħba kienet tirrendi u lilu tagħmillu ġieħ.
[78] tree
Iżda malli beda jaħdem, il-ħin għad-dispożizzjoni tiegħu naqas b'mod drastiku.
s-378
48_02F09:44
Iżda malli beda jaħdem, il-ħin għad-dispożizzjoni tiegħu naqas b'mod drastiku.
[79] tree
L-effett tal-bidla fuqu ma kienx dak mistenni minn Erica.
s-379
48_02F09:45
L-effett tal-bidla fuqu ma kienx dak mistenni minn Erica.
[80] tree
Kienet ħasbet li fl-ewwel jiem tax-xogħol kien se jiġi lura d-dar igerger fuq il-kundizzjonijiet imfellka u jisħet il-mument li fih mar japplika għall-impjieg.
s-380
48_02F09:46
Kienet ħasbet li fl-ewwel jiem tax-xogħol kien se jiġi lura d-dar igerger fuq il-kundizzjonijiet imfellka u jisħet il-mument li fih mar japplika għall-impjieg.
[81] tree
Minn rajha ħejjiet ruħha biex tgħinu u tkun qrib tiegħu aktar mis-soltu malli jistqarr li ma kienx jista' jsib is-sodisfazzjon mixtieq.
s-381
48_02F09:47
Minn rajha ħejjiet ruħha biex tgħinu u tkun qrib tiegħu aktar mis-soltu malli jistqarr li ma kienx jista' jsib is-sodisfazzjon mixtieq.
[82] tree
Iżda b'sorpriża għaliha, Karl donnu ma kienx jixtieq jaqsam l-esperjenza l-ġdida tiegħu magħha.
s-382
48_02F09:48
Iżda b'sorpriża għaliha, Karl donnu ma kienx jixtieq jaqsam l-esperjenza l-ġdida tiegħu magħha.
[83] tree
Għall-ewwel ipprovat taħseb li kien qiegħed ikun għajjien u mingħajr aptit li jitkellem fit-tul fuq it-tip ta' xogħol li daħal għalih.
s-383
48_02F09:49
Għall-ewwel ipprovat taħseb li kien qiegħed ikun għajjien u mingħajr aptit li jitkellem fit-tul fuq it-tip ta' xogħol li daħal għalih.
[84] tree
Fuq kollox anqas hi ma kienet qatt tiddiskuti miegħu x'jgħaddi mingħaliha fil-fabbrika.
s-384
48_02F09:50
Fuq kollox anqas hi ma kienet qatt tiddiskuti miegħu x'jgħaddi mingħaliha fil-fabbrika.
[85] tree
Dak kien ambjent differenti mill-appartament tagħhom u ż-żewġ ambjenti ma kellhomx jitħalltu flimkien.
s-385
48_02F09:51
Dak kien ambjent differenti mill-appartament tagħhom u ż-żewġ ambjenti ma kellhomx jitħalltu flimkien.
[86] tree
Imma li jgħaddi ż-żmien u tibqa' ma tkun taf xejn dwar jekk kienx qiegħed jikseb sodisfazzjon jew le fit-twettiq tal-ħidma l-ġdida li suppost kellha tkun ukoll artistika, kien qiegħed jagħtiha ġewwa.
s-386
48_02F09:52

[87] tree
Ħafna mistoqsijiet minn dejjem kienu jdejquh.
s-387
48_02F09:53
Ħafna mistoqsijiet minn dejjem kienu jdejquh.
[88] tree
Karl ma jiħux gost iħossu mgħarbel, għalkemm mhux is-soltu tiegħu li jingħalaq fit-tul fih innifsu.
s-388
48_02F09:54
Karl ma jiħux gost iħossu mgħarbel, għalkemm mhux is-soltu tiegħu li jingħalaq fit-tul fih innifsu.
[89] tree
Imqar jekk kellha għalfejn tkun kburija li l-personalità tagħha kienet ħalliet timbru fuq il-personalità tiegħu, ma setgħetx tixtieq li l-artist jibda jimitaha fit-tendenzi merfugħa tal-karattru tagħha.
s-389
48_02F09:55

[90] tree
Kien jeħtiġilha żżomm is-sabar.
s-390
48_02F09:56
Kien jeħtiġilha żżomm is-sabar.
[91] tree
Karl ma kienx jonqosha mill-imħabba għadilli l-ħin li qabel kien jiddedika għaliha waħedha issa kellu jiġi mnaqqas sew.
s-391
48_02F09:57
Karl ma kienx jonqosha mill-imħabba għadilli l-ħin li qabel kien jiddedika għaliha waħedha issa kellu jiġi mnaqqas sew.
[92] tree
Ix-xogħol tal-pittura li kien l-aktar għal qalbu kien jista' jitkompla biss filgħaxijiet, wara sigħat twal ta' xogħol ieħor b'impenn kummerċjali barra mid-dar, u waqt li l-maħbub tagħha jkun ipinġi ma jkunx f'burdata li jaqsam l-eżistenza tiegħu ma' ħaddieħor.
s-392
48_02F09:58

[93] tree
Forsi minħabba l-qawwa tal-komunikazzjoni ulterjuri ma' l-oħrajn permezz ta' l-arti, fl-aktar mumenti li l-artist ikun waħdu u maqtugħ għalih joħloq fuq it-tila, l-anqas li jħossu maħkum mill-biża' tas-solitudni.
s-393
48_02F09:59

[94] tree
Iżda għaliha xort'oħra, għax ta' kull darba l-preżenza tagħha tinħass tinxtorob ġewwa fiha mqar jekk tkun qiegħda tippoża ta' mudella għalih, u l-ħsejjes bla kontroll tal-madwar jinħassu mġelġla u jheżżu l-fdalijiet tal-preżenza mġannta.
s-394
48_02F09:60

[95] tree
Kien jeħtiġilha taljena ruħha u ssib ftuħ ieħor fejn moħħha jkun jista' jimraħ, biex waqt li Karl ikun jinħass 'il bogħod minnha, tibqa' tiġġustifika s-siwi ta' l-eżistenza tagħha.
s-395
48_02F09:61

[96] tree
Ix-xewqa mwarrba li jkollha tarbija mhux biss kienet reġgħet bdiet tfeġġ, iżda nbidlet fi bżonn ewlieni li kien essenzjali għat-twettiq ta' ħajjitha.
s-396
48_02F09:62
Ix-xewqa mwarrba li jkollha tarbija mhux biss kienet reġgħet bdiet tfeġġ, iżda nbidlet fi bżonn ewlieni li kien essenzjali għat-twettiq ta' ħajjitha.
[97] tree
Għalkemm ma kinitx żgura jekk ir-raġel li għażlet għaliha kellux jippersevera jew le fl-impjieg li sab, u forsi jerġa' kollox għal li kien, din id-darba wiegħdet lilha nnifisha li ma tilħaq ebda kompromess miegħu.
s-397
48_02F09:63

[98] tree
Kienet lesta li tieħu d-deċiżjoni mixtieqa waħedha u tidħol responsabbli għal kulma jista' jiġri wara.
s-398
48_02F09:64
Kienet lesta li tieħu d-deċiżjoni mixtieqa waħedha u tidħol responsabbli għal kulma jista' jiġri wara.
[99] tree
Dak li waħħlet f'rasha li twettaq, ukoll jekk bħas-soltu jiġi magħdud minn ħaddieħor b'għemil għaġġieli u mferfex, ma kien se jisfrattahulha ħadd.
s-399
48_02F09:65
Dak li waħħlet f'rasha li twettaq, ukoll jekk bħas-soltu jiġi magħdud minn ħaddieħor b'għemil għaġġieli u mferfex, ma kien se jisfrattahulha ħadd.
[100] tree
Fl-opinjoni tagħha, min ma kellux ir-rieda li jgħinha tgħix ħajjitha fis-sħiħ, ma kellux il-jedd jikkritikaha.
s-400
48_02F09:66
Fl-opinjoni tagħha, min ma kellux ir-rieda li jgħinha tgħix ħajjitha fis-sħiħ, ma kellux il-jedd jikkritikaha.

Edit as listText viewDependency trees