Sentence view

Universal Dependencies - Maltese - MUDT

LanguageMaltese
ProjectMUDT
Corpus Parttest
AnnotationČéplö, Slavomír; Zeman, Daniel

showing 401 - 500 of 518 • previousnext

[1] tree
Id-Djalett
s-401
52_03N10:1
Id-Djalett
[2] tree
U issa ngħaddu għad-djaletti Maltin.
s-402
52_03N10:2
U issa ngħaddu għad-djaletti Maltin.
[3] tree
Nibdew billi nippruvaw nagħtu xi definizzjoni ta' djalett; definizzjoni li x'aktarx tkun astratta, u forsi mhux eżatta, imma wara l-ispjegazzjoni kollox jibda jiċċara ruħu.
s-403
52_03N10:3

[4] tree
Djalett huwa varjetà tal-lingwa użata minn komunità żgħira ta' nies, li għandha l-karatteristiċi tagħha partikulari (fil-pronunzja, vokabularju, u grammatika), karatteristiċi li jitnisslu minn ċirkustanzi soċjali, ġeografiċi, u storiċi u li jagħżluha minn kull varjetà oħra.
s-404
52_03N10:4

[5] tree
Għalhekk insibu tliet tipi ta' djaletti: id-djaletti ġeografiċi, id-djaletti temporali, u d-djaletti soċjali.
s-405
52_03N10:5
Għalhekk insibu tliet tipi ta' djaletti: id-djaletti ġeografiċi, id-djaletti temporali, u d-djaletti soċjali.
[6] tree
Dawn il-kategoriji jitolbu spjegazzjoni.
s-406
52_03N10:6
Dawn il-kategoriji jitolbu spjegazzjoni.
[7] tree
Imma qabel xejn, biex tagħmel distinzjoni bejn djalett u ieħor irid ikollok wieħed li jkun tipiku, jiġifieri dak id-djalett l-iżjed li jkun qed jintuża fost il-poplu ta' pajjiż.
s-407
52_03N10:7

[8] tree
Dan id-djalett x'aktarx li jservi ta' mudell ideali għan-nazzjon kollu, u ġeneralment jissejjaħ il-Malti Standard li hu l-Malti l-aktar li nisimgħu fuq ir-radju u t-televixin.
s-408
52_03N10:8

[9] tree
Barra mill-mezzi tax-xandir, il-Malti Standard jinstema' ħafna f'dawk l-inħawi li huma ċentri kummerċjali u dipartimentali, u għalhekk huma ċentri li jiġbdu lejhom taħlita ta' nies ġejjin minn postijiet differenti ta' Malta u Għawdex u li bejniethom jinqdew b'dan it-tip ta' Malti biex jiftehmu.
s-409
52_03N10:9

[10] tree
Id-djalett Belti huwa l-eqreb wieħed għall-Malti Standard minħabba li l-Belt hija ċentru kummerċjali u dipartimentali qawwi (u hija l-kapitali).
s-410
52_03N10:10
Id-djalett Belti huwa l-eqreb wieħed għall-Malti Standard minħabba li l-Belt hija ċentru kummerċjali u dipartimentali qawwi (u hija l-kapitali).
[11] tree
Madankollu, ma rridux ninsew li l-Malti Standard stess huwa djalett u bħala djalett standard seta', kieku ċ-ċirkustanzi storiċi ma ġewx kif ġew, kellna xi djalett ieħor.
s-411
52_03N10:11

[12] tree
Kieku, ngħidu aħna, il-Kavallieri u warajhom l-Ingliżi baqgħu lejn ir-Rabat kien x'aktarx ikollna d-djalett Rabti bħala standard.
s-412
52_03N10:12
Kieku, ngħidu aħna, il-Kavallieri u warajhom l-Ingliżi baqgħu lejn ir-Rabat kien x'aktarx ikollna d-djalett Rabti bħala standard.
[13] tree
Jew seta' l-poplu Malti ġie attirat minn xi lokal ieħor fl-oqsma kummerċjali, dipartimentali, u tad-divertiment, u għalhekk dak il-lokal biż-żmien seta' tana d-djalett tiegħu bħala l-Malti Standard.
s-413
52_03N10:13

[14] tree
Mela l-istabilizzazzjoni tad-djalett standard tiddependi bosta drabi minn fatturi soċjali, politiċi, u storiċi.
s-414
52_03N10:14
Mela l-istabilizzazzjoni tad-djalett standard tiddependi bosta drabi minn fatturi soċjali, politiċi, u storiċi.
[15] tree
Meta wieħed jitkellem fuq id-djaletti x'aktarx li jkun qed jirreferi għall-mitkellem u mhux għall-miktub.
s-415
52_03N10:15
Meta wieħed jitkellem fuq id-djaletti x'aktarx li jkun qed jirreferi għall-mitkellem u mhux għall-miktub.
[16] tree
Għalhekk differenza fil-pronunzja ma titlobx bilfors differenza fil-kitba, infatti differenza djalettali qatt ma titlob ortografija differenti.
s-416
52_03N10:16
Għalhekk differenza fil-pronunzja ma titlobx bilfors differenza fil-kitba, infatti differenza djalettali qatt ma titlob ortografija differenti.
[17] tree
Pereżempju, il-kelma 'tiegħu' jista' jkollha dawn l-erba' varjanti fid-diskors: /'ti:ou/ /'ti:au/ /'ti:eu/ /'ti:u/
s-417
52_03N10:17
Pereżempju, il-kelma 'tiegħu' jista' jkollha dawn l-erba' varjanti fid-diskors: /'ti:ou/ /'ti:au/ /'ti:eu/ /'ti:u/
[18] tree
Dan ma jfissirx li għandek tbiddel il-kitba f'kull każ.
s-418
52_03N10:18
Dan ma jfissirx li għandek tbiddel il-kitba f'kull każ.
[19] tree
Anki meta f'xi nħawi jlissnu 'taha' bil-ħoss ta' 'ħ' (i. e. 'taħa ktieb'), ma jfissirx li 'taha' nistgħu niktbuha bil-'ħ'; jew meta f'xi lokalitajiet nisimgħu 'kalbi' minflok 'qalbi' jew 'qniepel' minflok 'qniepen'.
s-419
52_03N10:19

[20] tree
Hu x'inhu l-Malti tal-kelliem, tmur fejn tmur, dejjem, dejjem issib ortografija waħda: il-varjazzjonijiet li ssib kultant huma x'aktarx etimoloġiċi jew developmentali.
s-420
52_03N10:20

[21] tree
U din l-ortografija hija indipendenti mill-ħafna bidliet djalettali.
s-421
52_03N10:21
U din l-ortografija hija indipendenti mill-ħafna bidliet djalettali.
[22] tree
Kultant xi kittieb jiżvija ftit mill-ortografija t-tajba apposta biex jirrappreżenta xi djalett.
s-422
52_03N10:22
Kultant xi kittieb jiżvija ftit mill-ortografija t-tajba apposta biex jirrappreżenta xi djalett.
[23] tree
Imma anki f'każijiet bħal dawn, il-kittieb iżomm ħafna mal-ortografija stabbilita u r-regoli tal-kitba.
s-423
52_03N10:23
Imma anki f'każijiet bħal dawn, il-kittieb iżomm ħafna mal-ortografija stabbilita u r-regoli tal-kitba.
[24] tree
Meta kittieb kreattiv jirrappreżenta djalett billi jvarja mill-kitba stabbilita, jista' jkun każ li jkun qiegħed jirrappreżenta l-pronunzja komuni għal ħafna, għalkemm il-qarrej forsi ma jindunax b'dan u xorta jieħu l-kitba varjata bħala rappreżentazzjoni ta' djalett minħabba li l-qarrej huwa mdorri bil-kitba stabbilita.
s-424
52_03N10:24

[25] tree
Pereżempju, kieku f'novella nġib karattru li jlissen 'jixxi' minflok 'jixtri', inkun qiegħed nirrifletti xi aspetti djalettali avolja ħafna huma dawk il-Maltin u l-Għawdxin li l-kelma jippronunzjawha 'jixxi'.
s-425
52_03N10:25

[26] tree
Barra minn hekk, kitba varjata fil-letteratura tista' tfisser nuqqas ta' edukazzjoni billi timplika li l-karattru ma jafx jikteb tajjeb il-Malti, u għalħekk tista' tirrappreżenta djalett soċjali.
s-426
52_03N10:26

[27] tree
L-akbar vantaġġ ta' kitba stabbilita huwa li tista' tinqara kullimkien f'Malta u Għawdex, u anki fost l-emigranti.
s-427
52_03N10:27
L-akbar vantaġġ ta' kitba stabbilita huwa li tista' tinqara kullimkien f'Malta u Għawdex, u anki fost l-emigranti.
[28] tree
Mela, nistgħu nitħaddtu fuq kitba stabbilita u definita, imma ftit nistgħu nitkellmu fuq pronunzja definita fis-sens li hi t-tajba u l-unika waħda.
s-428
52_03N10:28
Mela, nistgħu nitħaddtu fuq kitba stabbilita u definita, imma ftit nistgħu nitkellmu fuq pronunzja definita fis-sens li hi t-tajba u l-unika waħda.
[29] tree
L-ebda djalett ma għandna d-dritt insejħulu ħażin, għax kull djalett hu prodott naturali miġbur mill-ambjent tal-individwu; u kull ambjent jipprovdi mod tad-diskors partikulari għalih.
s-429
52_03N10:29

[30] tree
Minkejja dan kollu, is-soċjetà (u dan isir f'kull soċjetà) għażlet djalett, minn fost il-ħafna, biex iservi ta' djalett standard.
s-430
52_03N10:30
Minkejja dan kollu, is-soċjetà (u dan isir f'kull soċjetà) għażlet djalett, minn fost il-ħafna, biex iservi ta' djalett standard.
[31] tree
Kif diġà għedna, il-fatturi li jwasslu għall-għażla tad-djalett standard mhumiex lingwistiċi imma soċjali, politiċi, u / jew storiċi; u għalhekk mhux la kemm tħaqqaqha ma' nazzjon biex tipprova turih li lingwistikament djalett ma għandu ebda privileġġ aktar mill-oħrajn biex ikun imlaqqam 'standard'.
s-431
52_03N10:31

[32] tree
Għalkemm Malta, meta nqabbluha ma' artijiet oħra bħall-Ingilterra, l-Italja, u l-Awstralja, għandha popolazzjoni żgħira, għandha nies li jitkellmu l-Malti Standard u l-Malti varjat; jiġifieri, Malti li jvarja xi ftit jew wisq minn dak Standard u għalhekk jiġbor fih id-djaletti kollha ta' Malta.
s-432
52_03N10:32

[33] tree
Dawn it-taqsimiet huma ġenerali ħafna u jeħtieġu elaborazzjoni għax it-tnejn jistgħu jinqasmu f'kategoriji oħra.
s-433
52_03N10:33
Dawn it-taqsimiet huma ġenerali ħafna u jeħtieġu elaborazzjoni għax it-tnejn jistgħu jinqasmu f'kategoriji oħra.
[34] tree
Matul it-Tqala
s-434
53_04N10:1
Matul it-Tqala
[35] tree
Fl-imgħoddi, il-Maltin, bħal bosta ġnus oħra, ma kellhomx wisq biex jiddevertu, u ma kellhomx tradizzjonijiet li jagħmlu riċevimenti għal kull ħaġa ta' xejn.
s-435
53_04N10:2

[36] tree
Imma kellhom tliet okkażjonijiet tal-familja li fihom kienu jiltaqgħu flimkien, u dawn kienu ż-żwiġijiet, it-twelid, u l-mewt ta' xi ħadd mill-familja.
s-436
53_04N10:3

[37] tree
Rajna kemm drawwiet daħlu fit-tiġijiet, u kemm jidħlu nies aktar milli dawk involuti.
s-437
53_04N10:4
Rajna kemm drawwiet daħlu fit-tiġijiet, u kemm jidħlu nies aktar milli dawk involuti.
[38] tree
L-istess jiġri fit-twelid tat-trabi, għax dan il-proċess bijoloġiku, vitali għall-familja u għall-komunità, huwa fih innifsu misterjuż, u ġrajja importanti fil-familja u sodisfazzjon għall-ġenituri.
s-438
53_04N10:5

[39] tree
Minħabba l-misterju li t-tqala u t-twelid kienu joħolqu fil-popli primittivi u fost l-injoranza tal-imgħoddi, inħolqu għadd kbir ta' superstizzjonijiet, qwiel, għajdut twemmin ieħor li jkompli jikkomplika proċess li fih innifsu huwa ġa kkomplikat biżżejjed fin-natura tiegħu.
s-439
53_04N10:6

[40] tree
Filwaqt li d-drawwiet tat-tieġ mimlijin ċerimonji, twemmin, u qwiel, huma biss manifestazzjonijiet estemi ta' okkażjoni, it-tqala u t-twelid mhux biss fihom drawwiet, ċerimonji, u l-kumplament, imma jittieħdu b'serjetà kbira għax din id-darba jinvolvu l-ħajja tal-mara u tat-tarbija, għalhekk ma jibqgħux biss drawwiet.
s-440
53_04N10:7

[41] tree
Fi żmienna, bl-avvanzi tax-xjenza u l-edukazzjoni, nistgħu ngħidu li nafu sewwa x'ikun qed jiġri fl-omm u t-tarbija li qed tiżviluppa, imma xorta għadhom jidħlu suspetti, misterji, devozzjonijiet, u superstizzjonijiet, għax il-moħħ tal-bniedem jibqa' jibża' minn dak li għad irid jiġri, mill-inċertezzi u mill-esperjenzi ġodda.
s-441
53_04N10:8

[42] tree
It-tqala u t-twelid huma aktar problema medika jew bijoloġika u minħabba f'hekk insibu li l-folklor u d-drawwiet assoċjati magħhom għandhom aktar mill-mediċina popolari milli ħaġa oħra.
s-442
53_04N10:9

[43] tree
Qabel it-tqala
s-443
53_04N10:10
Qabel it-tqala
[44] tree
L-ommijiet li jkollhom il-bniet sa minn dejjem jaslu biex jibdew jaħsbu u jinkwetaw dwar l-iżvilupp u l-fertilità tat-tifla tagħhom.
s-444
53_04N10:11
L-ommijiet li jkollhom il-bniet sa minn dejjem jaslu biex jibdew jaħsbu u jinkwetaw dwar l-iżvilupp u l-fertilità tat-tifla tagħhom.
[45] tree
Dejjem jibżgħu li se jkollha xi difett u ma tkunx tista' tiżżewweġ jew twelled, għax wara kollox l-antiki ma kinux iħabblu rashom wisq fuq il-futur skolastiku tat-tifla, għax skola mhux dejjem kien hemm, u jekk kien hemm ftit kienu jibagħtu lit-tfal.
s-445
53_04N10:12

[46] tree
Il-ħajja ta' kuljum u r-rwol tat-tifla kien mill-ewwel meqjus dak li 'l quddiem issir omm bil-familja tagħha.
s-446
53_04N10:13
Il-ħajja ta' kuljum u r-rwol tat-tifla kien mill-ewwel meqjus dak li 'l quddiem issir omm bil-familja tagħha.
[47] tree
Meta t-tifla tiżviluppa u turi s-sinjali li saret xebba l-omm kienet tifraħ, u ma ddumx ma tqiegħed il-qasrija tal-ħabaq fuq il-ħarrieġa, għax kif rajna qabel kienu jżewġuhom malajr.
s-447
53_04N10:14

[48] tree
Kont issib ommijiet li meta jitwildulhom bosta bniet wara xulxin, jiddeċiedu li l-kbira ddum d-dar kemm jista' jkun biex tista' tieħu ħsieb ta' ħutha iċken minnha; u xi drabi kienet tispiċċa ma tiżżewwiġx anzi titwikka tibqa' d-dar ma' ommha anzjana u ddur biha wkoll.
s-448
53_04N10:15

[49] tree
Kellhom ħabta l-ġenituri jiddeċiedu x'se jsir mit-tfal li jkollhom; jgħidu li waħda tibqa' d-dar, oħra ssir soru, l-oħra nibagħtuha taħdem ma' xi ħadd, u l-kumplament.
s-449
53_04N10:16

[50] tree
Madankollu meta tfajla tilħaq xebba kien ikun pass kbir u tajjeb 'il quddiem, u malli l-omm tintebaħ bis-sinjali, ġeneralment tgħannaq u tbus lil bintha, li aktarx tkun beżgħet titkellem dwar dak li għaddej minn għaliha.
s-450
53_04N10:17

[51] tree
Kif rajna, ħafna ommijiet jixtrulha d-drapp għal liżar kbir biex toqgħod tirrakkmah bil-mod, għal meta tiżżewweġ u tasal bżonnu.
s-451
53_04N10:18
Kif rajna, ħafna ommijiet jixtrulha d-drapp għal liżar kbir biex toqgħod tirrakkmah bil-mod, għal meta tiżżewweġ u tasal bżonnu.
[52] tree
Inzerta li ċ-ċiklu tal-mara fl-aħjar tagħha jieħu bejn wieħed u ieħor tmienja u għoxrin jum.
s-452
53_04N10:19
Inzerta li ċ-ċiklu tal-mara fl-aħjar tagħha jieħu bejn wieħed u ieħor tmienja u għoxrin jum.
[53] tree
Minħabba li b'kumbinazzjoni d-dawra tal-qamar madwar id-dinja tieħu preċiż tmienja u għoxrin jum, malajr il-bniedem tal-imgħoddi, tista' tgħid mad-dinja kollha, minħabba l-injoranza u doża qawwija ta' superstizzjoni beda jqabbel iż-żmien tal-qamar maż-żmien taċ-ċiklu tal-mara.
s-453
53_04N10:20

[54] tree
Il-qamar u x-xahar tal-mara m'għandhom x'jaqsmu assolutament xejn bejniethom, imma moħħ il-bniedem idaħħal xi ħaġa f'moħħu, ukoll jekk mingħajr loġika u mingħajr provi, u jibda jemminha.
s-454
53_04N10:21

[55] tree
Għalhekk iħobbu jbassru dwar it-twelid tat-trabi, billi jqabblu mal-fażijiet tal-qamar, u jagħtu interpretazzjonijiet skont moħħhom dwar meta jkun ġdid jew mod ieħor.
s-455
53_04N10:22

[56] tree
Jekk meta jibda qamar ġdid tfajla kien jiskorrilha ż-żmien meta suppost kienet tistenna li tara kienu jpasprulha ġbara bil-weraq taż-żebbuġ u l-ħwawar.
s-456
53_04N10:23
Jekk meta jibda qamar ġdid tfajla kien jiskorrilha ż-żmien meta suppost kienet tistenna li tara kienu jpasprulha ġbara bil-weraq taż-żebbuġ u l-ħwawar.
[57] tree
Oħrajn kien ikollhom merfugħa s-sieħba jew is-sekonda li tiġi wara t-twelid ta' tewmin, u jekk ma jkollhomx huma jiddubbaw biċċa, u jagħmluhielha mal-ġbara.
s-457
53_04N10:24
Oħrajn kien ikollhom merfugħa s-sieħba jew is-sekonda li tiġi wara t-twelid ta' tewmin, u jekk ma jkollhomx huma jiddubbaw biċċa, u jagħmluhielha mal-ġbara.
[58] tree
Is-sekonda hija l-afterbirth jew il-fdal tal-plaċenta, u dari kien hawn min inixxifha u jerfagħha għal esiġenza bħal din.
s-458
53_04N10:25
Is-sekonda hija l-afterbirth jew il-fdal tal-plaċenta, u dari kien hawn min inixxifha u jerfagħha għal esiġenza bħal din.
[59] tree
M'għandniex xi ngħidu tagħmel x'tagħmel kollox isir kif għandu jsir, imma fid-dilemma l-bniedem jagħmel u jemmen f'kollox.
s-459
53_04N10:26
M'għandniex xi ngħidu tagħmel x'tagħmel kollox isir kif għandu jsir, imma fid-dilemma l-bniedem jagħmel u jemmen f'kollox.
[60] tree
Jekk ma tinqabadx tqila kien jiġiha s-sinjal li tkun tistenna, għax ikun ittardja ftit, bil-ġbara jew mingħajrha, imma min ikun issuġġerixxa l-ġbara jgħidlek: 'Qed tara kemm għamlitilha tajjeb dik il-ġbara!'
s-460
53_04N10:27

[61] tree
Kienu wkoll jemmnu li ma jistgħux jaħslu xagħarhom meta jkunu fix-xahar tagħhom, għax ħażin, u jaħsluh biss jekk ikun qamar ġdid.
s-461
53_04N10:28
Kienu wkoll jemmnu li ma jistgħux jaħslu xagħarhom meta jkunu fix-xahar tagħhom, għax ħażin, u jaħsluh biss jekk ikun qamar ġdid.
[62] tree
Il-qamar, bħal pjaneti oħra, ma jistax ikun li jkollu effett fuq dan il-proċess, għax l-ewwelnett il-fażijiet tal-qamar huma biss dawl u nuqqas ta' dawl tax-xemx fuq il-qamar jiddependi f'liema qagħda jinsab, u t-tieni kieku l-qamar għandu x'jaqsam, kieku in-nisa tad-dinja kollha f'daqqa jwelldu u f'daqqa jsiru xebbiet.
s-462
53_04N10:29

[63] tree
(Karmenu Spiteri, iż-Żejtun, 81 sena):
s-463
53_04N10:30
(Karmenu Spiteri, iż-Żejtun, 81 sena):
[64] tree
' Isemmu l-qamar u mhux qamar, m'għandux ħajja hu, (kif) jista jagħti ħajja lil ħaddieħor?
s-464
53_04N10:31
' Isemmu l-qamar u mhux qamar, m'għandux ħajja hu, (kif) jista jagħti ħajja lil ħaddieħor?
[65] tree
Kienu jsemmuh il-qamar ukoll, għax dik il-ħabta kienu jkorru ħafna nisa, u jgħidu: ' Qamar ħażin! ' jew: ' Ħlas ħażin għax qamar ħażin! '
s-465
53_04N10:32
Kienu jsemmuh il-qamar ukoll, għax dik il-ħabta kienu jkorru ħafna nisa, u jgħidu: ' Qamar ħażin! ' jew: ' Ħlas ħażin għax qamar ħażin! '
[66] tree
Dan m'għandux ħajja, allura kif għandu setgħa fuq ħaddieħor? '
s-466
53_04N10:33
Dan m'għandux ħajja, allura kif għandu setgħa fuq ħaddieħor? '
[67] tree
Il-qamar, fiżikament, jaffettwa biss il-wiċċ vast tal-oċeani meta jgħaddi bi dritthom u jimla jew jofrogħ il-baħar, u mhux farka ta' bniedem.
s-467
53_04N10:34
Il-qamar, fiżikament, jaffettwa biss il-wiċċ vast tal-oċeani meta jgħaddi bi dritthom u jimla jew jofrogħ il-baħar, u mhux farka ta' bniedem.
[68] tree
Imma dak hu l-gost; it-tbassir, u mhux il-fatti, għax il-fatti nafuhom u jitilfu n-novità u l-kurżità.
s-468
53_04N10:35
Imma dak hu l-gost; it-tbassir, u mhux il-fatti, għax il-fatti nafuhom u jitilfu n-novità u l-kurżità.
[69] tree
Għalhekk sal-ġurnata ta' llum għad hawn ħafna jibbużullottjaw bl-oroskopji, tbassir tal-futur, u s-superstizzjonijiet, kemm dawk li jibilgħuhom, kif ukoll dawk li jbellgħuhom.
s-469
53_04N10:36

[70] tree
Issa qegħdin fi żmien meta l-edukazzjoni u x-xjenza tant imxew 'il quddiem li issa jekk dak li tgħid ma tafx tippruvah tgħidux, u ħallih fil-moħħ.
s-470
53_04N10:37
Issa qegħdin fi żmien meta l-edukazzjoni u x-xjenza tant imxew 'il quddiem li issa jekk dak li tgħid ma tafx tippruvah tgħidux, u ħallih fil-moħħ.
[71] tree
Il-folklor nistudjawh biex naraw kif kien jaħsibha l-bniedem, u għal bosta raġunijiet oħra, imma mhux biex ngħidu li dak li kien jagħmel kien dejjem korrett, ukoll jekk għal żmienu kien hekk.
s-471
53_04N10:38

[72] tree
Il-qamar isemmuh ukoll għat-tqala, u mara bla tfal kienet tgħid: 'Il-qamar mimli le jsellimli!' u biex tinqabad u ssir tqila kienet toħroġ ftit għad-dawl ta' qamar għax kienu jgħidu: 'Jekk fil-qamar tħuf, issaħħan il-ġuf.'
s-472
53_04N10:39

[73] tree
Jgħidu wkoll: 'Meta tiżżewweġ, il-qamar bik ibewweġ.'
s-473
53_04N10:40
Jgħidu wkoll: 'Meta tiżżewweġ, il-qamar bik ibewweġ.'
[74] tree
Jiġifieri tinqabad tqila.
s-474
53_04N10:41
Jiġifieri tinqabad tqila.
[75] tree
'Il-qamar jimla meta l-qalb tkun ħimla,' li jfisser meta l-qalb tkun mimlija jidher isbaħ.
s-475
53_04N10:42
'Il-qamar jimla meta l-qalb tkun ħimla,' li jfisser meta l-qalb tkun mimlija jidher isbaħ.
[76] tree
L-antiki kienu jaħsbu li jekk meta jasal ix-xahar tagħha ma jidhirx is-sinjal li jkun mistenni kienu jaħsbu li d-demm li ma jitfaċċax jista' jibqa' tiela' għal moħħha, jinġabrilha demm ħażin, u tista' tiġġennen.
s-476
53_04N10:43

[77] tree
Kien hemm min jgħallilhom ħxejjex aromatiċi biex jixorbu l-ilma tagħhom, biex il-mestruwazzjoni tkun regolari.
s-477
53_04N10:44
Kien hemm min jgħallilhom ħxejjex aromatiċi biex jixorbu l-ilma tagħhom, biex il-mestruwazzjoni tkun regolari.
[78] tree
Ta' sikwit konna nisimgħu min jgħid: 'It-tifla waqgħet it-taraġ!' meta tara fix-xahar tagħha.
s-478
53_04N10:45
Ta' sikwit konna nisimgħu min jgħid: 'It-tifla waqgħet it-taraġ!' meta tara fix-xahar tagħha.
[79] tree
F'superstizzjoni oħra, meta mara tkun qed tħammar għax jasal ix-xahar tagħha, kien hemm min jemmen (u għad hawn min jemmen) li jekk tmiss frott, fjuri jew l-ikel, dawn jitħassru.
s-479
53_04N10:46

[80] tree
Ġieli waħħlu fil-mara meta x-xitla tbielet, it-tuffieħa tħassret, il-ħalib qras jew il-ġbejna m'għaqditx.
s-480
53_04N10:47
Ġieli waħħlu fil-mara meta x-xitla tbielet, it-tuffieħa tħassret, il-ħalib qras jew il-ġbejna m'għaqditx.
[81] tree
Mentri hi tkun bla ħtija, għax dawn l-affarijiet ma jsirux.
s-481
53_04N10:48
Mentri hi tkun bla ħtija, għax dawn l-affarijiet ma jsirux.
[82] tree
Forsi fl-imgħoddi l-iġjene mhux dejjem kienet dik li nafu aħna, għalhekk kienu jsibu fiex jaqbdu, għax bosta drabi, ukoll, ma kinux iħalluhom imorru l-knisja.
s-482
53_04N10:49
Forsi fl-imgħoddi l-iġjene mhux dejjem kienet dik li nafu aħna, għalhekk kienu jsibu fiex jaqbdu, għax bosta drabi, ukoll, ma kinux iħalluhom imorru l-knisja.
[83] tree
Fost superstizzjonijiet insibu li l-għerq sinjur, dik il-pjanta li tikber fuq Ħaġret il-General, Għawdex (u rari bnadi oħra) billi għandha għamla li tfakkrek f'simbolu falliku jew tal-fertilità, (wara kollox hekk tfisser il-kelma Maltija għerq) in-nisa kienu jdendluh, jew biċċa minnu, m'għonqhom bħallikieku amuleta jew talisman.
s-483
53_04N10:50

[84] tree
2 Billi aħmar, dawk li ma kinux iridu tqala, kienu jaħsbu li tajjeb biex iwaqqaf id-demm, u ġieli kienu jużawh biex iħammru, sinjal li ma nqabdux.
s-484
53_04N10:51
2 Billi aħmar, dawk li ma kinux iridu tqala, kienu jaħsbu li tajjeb biex iwaqqaf id-demm, u ġieli kienu jużawh biex iħammru, sinjal li ma nqabdux.
[85] tree
Kienu jibżgħu li jekk nisa tqal jieħdu qatgħa jew xokk, iħassru d-demm.
s-485
53_04N10:52
Kienu jibżgħu li jekk nisa tqal jieħdu qatgħa jew xokk, iħassru d-demm.
[86] tree
Dejjem kienu jsibu xi mara li tappunta ruħha t-tabiba tar-raħal, tkewwes u tħawwad fil-mistura, u kien hemm min imur għandha b'tidlika demm biex mad-daqqa t'għajn tiddeċiedi jekk ikunx tħassar jew le.
s-486
53_04N10:53

[87] tree
M'għandniex xi ngħidu, kienet tirrikmanda xi rimedju jekk ikun hemm il-bżonn, u ftit ħxejjex bi ftit awrina ma kinux jagħmlu ħażin.
s-487
53_04N10:54
M'għandniex xi ngħidu, kienet tirrikmanda xi rimedju jekk ikun hemm il-bżonn, u ftit ħxejjex bi ftit awrina ma kinux jagħmlu ħażin.
[88]
INGREDJENTI
s-488
54_01N11:1
INGREDJENTI
[89]
METODU
s-489
54_01N11:2
METODU
[90] tree
1. Naddaf il-qargħa ħamra u qattagħha f'biċċiet imdaqqsa.
s-490
54_01N11:3
1. Naddaf il-qargħa ħamra u qattagħha f'biċċiet imdaqqsa.
[91] tree
Poġġihom f'dixx tal-forn flimkien mat-tewm (it-tewm tqaxxrux).
s-491
54_01N11:4
Poġġihom f'dixx tal-forn flimkien mat-tewm (it-tewm tqaxxrux).
[92] tree
Itfa' nofs iż-żejt u ixwi għal madwar 30 minuta (Gas no 6 / 400 ° F / 200 ° C ), sakemm jirtabu u jibdew jiħmaru.
s-492
54_01N11:5
Itfa' nofs iż-żejt u ixwi għal madwar 30 minuta (Gas no 6 / 400 ° F / 200 ° C ), sakemm jirtabu u jibdew jiħmaru.
[93] tree
2. Sadattant, saħħan il-kumplament taż-żejt f'kazzola, żid il-kurrat, il-karfus u l-patata.
s-493
54_01N11:6
2. Sadattant, saħħan il-kumplament taż-żejt f'kazzola, żid il-kurrat, il-karfus u l-patata.
[94] tree
Sajjar fuq nar bati għal 10 minuti.
s-494
54_01N11:7
Sajjar fuq nar bati għal 10 minuti.
[95] tree
Żid l-istokk tal-ħaxix sakemm jagħli.
s-495
54_01N11:8
Żid l-istokk tal-ħaxix sakemm jagħli.
[96] tree
3. Meta l-qargħa ħamra u t-tewm ikunu saru, neħħi t-tewm mill-qoxra u itfagħhom mat-taħlita tal-kurrat, il-karfus u l-patata.
s-496
54_01N11:9
3. Meta l-qargħa ħamra u t-tewm ikunu saru, neħħi t-tewm mill-qoxra u itfagħhom mat-taħlita tal-kurrat, il-karfus u l-patata.
[97] tree
Ħalli sakemm jagħli u tektek għal 10 minuti.
s-497
54_01N11:10
Ħalli sakemm jagħli u tektek għal 10 minuti.
[98] tree
4. Għaddi kollox minn liquidizer u erġa' itfa' fil-borma.
s-498
54_01N11:11
4. Għaddi kollox minn liquidizer u erġa' itfa' fil-borma.
[99] tree
Żid il-melħ u l-bżar kemm tiggosta.
s-499
54_01N11:12
Żid il-melħ u l-bżar kemm tiggosta.
[100] tree
Jekk tara li s-soppa ġiet magħquda ħafna, żid ftit ilma jew stokk ieħor tal-ħaxix.
s-500
54_01N11:13
Jekk tara li s-soppa ġiet magħquda ħafna, żid ftit ilma jew stokk ieħor tal-ħaxix.

Text viewDependency treesEdit as list