Sentence view
Universal Dependencies - Maltese - MUDT
Language | Maltese |
---|
Project | MUDT |
---|
Corpus Part | dev |
---|
Annotation | Čéplö, Slavomír; Zeman, Daniel |
---|
showing 301 - 400 of 433 • previous • next
' Għamilna dak kollu li kien meħtieġ li jsir u ma fallejna l-ebda obbligu tagħna.
s-301
23b_04J03:31
' Għamilna dak kollu li kien meħtieġ li jsir u ma fallejna l-ebda obbligu tagħna.
Il-kanzunetta ta' Fabrizio Faniello ntgħażlet mill-pubbliku Malti u mhux minna l-kumitat, ' sostna.
s-302
23b_04J03:32
Il-kanzunetta ta' Fabrizio Faniello ntgħażlet mill-pubbliku Malti u mhux minna l-kumitat, ' sostna.
Fi kliem iċ-Chairperson tal-MaltaSong, il-kanzunetta 'I Do' ta' Fabrizio Faniello għamlet suċċess mal-Maltin.
s-303
23b_04J03:33
Fi kliem iċ-Chairperson tal-MaltaSong, il-kanzunetta 'I Do' ta' Fabrizio Faniello għamlet suċċess mal-Maltin.
Madankollu ma niżlitx tajjeb ħafna mal-pubbliku Ewropew f'dawk it-tliet minuti ta' wirja fuq il-palk ta' Ateni.
s-304
23b_04J03:34
Madankollu ma niżlitx tajjeb ħafna mal-pubbliku Ewropew f'dawk it-tliet minuti ta' wirja fuq il-palk ta' Ateni.
Fl-istess ħin kien hemm il-fattur tas-sorpriża tal-Finlandiżi 'Lordi' li bil-kanzunetta 'Rock Allelulia' u l-istil li ħarġu bih kaxkru l-voti mingħand kulħadd u din kompliet titfagħna lura.
s-305
23b_04J03:35

Robert Abela jibqa' sod wara Fabrizio Faniello.
s-306
23b_04J03:36
Robert Abela jibqa' sod wara Fabrizio Faniello.
'Hu kantant tajjeb, umli u kien raġel biżżejjed li jassumi pubblikament ir-responsabbiltà ta' dak li seta' għamel fiċ-ċirkostanżi.'
s-307
23b_04J03:37
'Hu kantant tajjeb, umli u kien raġel biżżejjed li jassumi pubblikament ir-responsabbiltà ta' dak li seta' għamel fiċ-ċirkostanżi.'
'Fabrizio ma beżax imur quddiem il-kameras tat-TV, jieħu l-kritika kollha li saritlu u jibqa' jitkellem mal-pubbliku Malti minkejja l-umiljazzjoni li ġarrab,' sostna.
s-308
23b_04J03:38
'Fabrizio ma beżax imur quddiem il-kameras tat-TV, jieħu l-kritika kollha li saritlu u jibqa' jitkellem mal-pubbliku Malti minkejja l-umiljazzjoni li ġarrab,' sostna.
Filwaqt li żied fuq il-konvinzjoni tiegħu li l-poplu Malti ma ħadhiex lanqas kontra Fabrizio Faniello, Robert Abela sellem l-irġulija tal-kantant li għaraf il-mument li jaffronta lill-pubbliku diżappuntat bir-riżultat.
s-309
23b_04J03:39

'Fabrizio għandu karattru sod u hu professjonista u nemmen bis-sħiħ li l-esperjenza ta' Ateni saħħitu u mmaturatu.'
s-310
23b_04J03:40
'Fabrizio għandu karattru sod u hu professjonista u nemmen bis-sħiħ li l-esperjenza ta' Ateni saħħitu u mmaturatu.'
Imwarrba l-kwistjoni dwar ir-riżultat miksub fl-aħħar edizzjoni ta' l-Eurovision, jien u Robert Abela nibdew nitkellmu fuq l-agħa kbira li tinqala' f'Malta kull darba li jasal iż-żmien kemm għall-festival kif ukoll għall-Eurovision.
s-311
23b_04J03:41

' Tistenna din l-agħa għax hu l-uniku palk internazzjonali għall-kanzunetta Maltija.
s-312
23b_04J03:42
' Tistenna din l-agħa għax hu l-uniku palk internazzjonali għall-kanzunetta Maltija.
It-Taljani għandhom il-vetrina ta' Sanremo, u għalina l-festival tagħna hi l-vetrina tagħna. '
s-313
23b_04J03:43
It-Taljani għandhom il-vetrina ta' Sanremo, u għalina l-festival tagħna hi l-vetrina tagħna. '
'Fil-Eurovision ksibna riżultati eċċellenti u sirna poplu li nagħtu l-appoġġ bis-saħħa lil kulmin irrappreżentah,' sostna.
s-314
23b_04J03:44
'Fil-Eurovision ksibna riżultati eċċellenti u sirna poplu li nagħtu l-appoġġ bis-saħħa lil kulmin irrappreżentah,' sostna.
U l-festival li ġej?
s-315
23b_04J03:45
U l-festival li ġej?
'Qed inbiddlu ħafna affarijiet u se nagħmluh isbaħ,' weġibna Robert Abela li għażel li ma jiżvelax dettalji dwar x'inhu ġej fis-serati ta' l-1 u t-3 ta' Frar 2007.
s-316
23b_04J03:46
'Qed inbiddlu ħafna affarijiet u se nagħmluh isbaħ,' weġibna Robert Abela li għażel li ma jiżvelax dettalji dwar x'inhu ġej fis-serati ta' l-1 u t-3 ta' Frar 2007.
'Li nista' ngħidlek hu li se jkun spettaklu sabiħ u ilna naħdmu għalih għal dawn l-aħħar ġimgħat speċifikament biex il-prodott ikun wieħed tajjeb ħafna u li jirrispondi għaż-żminijiet ta' llum.'
s-317
23b_04J03:47

Allura l-ebda antiċipazzjoni?
s-318
23b_04J03:48
Allura l-ebda antiċipazzjoni?
'Li nista' ngħidlek hu li għadni kif ġibt il-konferma li l-kantanta Ruslana ta' l-Ukrajna, li rebħet il-Eurovision tas-sena l-oħra, se tkun Malta għall-festival fis-serata finali'.
s-319
23b_04J03:49

Din se tkun l-ewwel darba li l-festival se jkollu serata għal semifinali li matulha l-ġurija - li għal darb'oħra se tkun kollha barranija - se jkollha 50 fil-mija tal-vot, filwaqt li l-pubbliku se jkollu 50 fil-mija oħra tal-kelma permezz tat-televoting.
s-320
23b_04J03:50

Minn dik is-serata se jgħaddu sitt finalisti biss.
s-321
23b_04J03:51
Minn dik is-serata se jgħaddu sitt finalisti biss.
Minn fosthom, fis-serata tat-3 ta' Frar, ikun il-pubbliku stess li jkollu r-responsabbiltà ta' l-għażla bit-televoting għall-kanzunetta għall-Ewropa.
s-322
23b_04J03:52
Minn fosthom, fis-serata tat-3 ta' Frar, ikun il-pubbliku stess li jkollu r-responsabbiltà ta' l-għażla bit-televoting għall-kanzunetta għall-Ewropa.
U l-preżentaturi?
s-323
23b_04J03:53
U l-preżentaturi?
' Tkellimna ma' diversi nies u wasalna biex identifikajna l-persuni li se jippreżentaw il-festival li ġej.
s-324
23b_04J03:54
' Tkellimna ma' diversi nies u wasalna biex identifikajna l-persuni li se jippreżentaw il-festival li ġej.
L-ismijiet huma mistennija li jitħabbru aktarx il-ġimgħa d-dieħla. '
s-325
23b_04J03:55
L-ismijiet huma mistennija li jitħabbru aktarx il-ġimgħa d-dieħla. '
Lejn tmiem l-intervista, waqt li Robert Abela kien qed jilgħab bl-ispaga tal-borża tat-tè li niżżel f'kikkra bil-misħun, staqsejtu: Temmen li kapaċi nirbħu l-Eurovision?
s-326
23b_04J03:56
Lejn tmiem l-intervista, waqt li Robert Abela kien qed jilgħab bl-ispaga tal-borża tat-tè li niżżel f'kikkra bil-misħun, staqsejtu: Temmen li kapaċi nirbħu l-Eurovision?
' Mela le.
s-327
23b_04J03:57
' Mela le.
Wasalna sat-tieni post ma' Chiara.
s-328
23b_04J03:58
Wasalna sat-tieni post ma' Chiara.
Ma naslux l-ewwel xi darba tgħid?
s-329
23b_04J03:59
Ma naslux l-ewwel xi darba tgħid?
Irridu nżommu saqajna ma' l-art, u nibqgħu ngħarfu li l-kanzunetta li se nibagħtu għall-Eurovision tkun tappella għas-suq Ewropew, ' jibqa' jinsisti.
s-330
23b_04J03:60
Irridu nżommu saqajna ma' l-art, u nibqgħu ngħarfu li l-kanzunetta li se nibagħtu għall-Eurovision tkun tappella għas-suq Ewropew, ' jibqa' jinsisti.
Allura Robert Abela jixtieq li jkun għadu ċ-Chairperson tal-MaltaSong dakinhar li b'mod ipotetiku Malta tasal biex tirbaħ il-Eurovision?
s-331
23b_04J03:61
Allura Robert Abela jixtieq li jkun għadu ċ-Chairperson tal-MaltaSong dakinhar li b'mod ipotetiku Malta tasal biex tirbaħ il-Eurovision?
Iweġibni b'daħka, iżda żamm serju: ' Dan hu totalment irrilevanti.
s-332
23b_04J03:62
Iweġibni b'daħka, iżda żamm serju: ' Dan hu totalment irrilevanti.
L-importanti li t-talent Malti jkun ħa l-premju li jkun jistħoqqlu fuq il-palk internazzjonali. '
s-333
23b_04J03:63
L-importanti li t-talent Malti jkun ħa l-premju li jkun jistħoqqlu fuq il-palk internazzjonali. '
Sandra kellha tletin sena.
s-335
41_03F08:2
Sandra kellha tletin sena.
Kienet xebba u bla tfal.
s-336
41_03F08:3
Kienet xebba u bla tfal.
Kellha karriera u tgħix għal rasha.
s-337
41_03F08:4
Kellha karriera u tgħix għal rasha.
Kienet tħossha kuntenta u sodisfatta ħafna f'ħajjitha, għax dejjem għamlet dak li ħasset li hu tajjeb.
s-338
41_03F08:5
Kienet tħossha kuntenta u sodisfatta ħafna f'ħajjitha, għax dejjem għamlet dak li ħasset li hu tajjeb.
Xejn ma kien iwaqqafha, avolja f'ħajjitha sabet ħafna ostakli.
s-339
41_03F08:6
Xejn ma kien iwaqqafha, avolja f'ħajjitha sabet ħafna ostakli.
Kellha wkoll ħajja soċjali, kienet taf tgawdi l-ħajja u kienet kuntenta bil-libertà li kellha.
s-340
41_03F08:7
Kellha wkoll ħajja soċjali, kienet taf tgawdi l-ħajja u kienet kuntenta bil-libertà li kellha.
Kull ma kienet tixtieq tagħmel kienet tagħmlu bla ma tagħti kas ħadd.
s-341
41_03F08:8
Kull ma kienet tixtieq tagħmel kienet tagħmlu bla ma tagħti kas ħadd.
Anki jekk toqgħod ġewwa tikteb xi storja jew poeżija, ukoll kienet kuntenta.
s-342
41_03F08:9
Anki jekk toqgħod ġewwa tikteb xi storja jew poeżija, ukoll kienet kuntenta.
Kien wasal żmien il-Milied u kienet waslet dik il-misħuta ġurnata fejn tmur iżżur kontra qalbha lill-familjari tagħha.
s-343
41_03F08:10
Kien wasal żmien il-Milied u kienet waslet dik il-misħuta ġurnata fejn tmur iżżur kontra qalbha lill-familjari tagħha.
F'lejlet il-Milied marret tara l-ġenituri tagħha, avolja ma kellhiex aptit tisma' l-istess kantaliena ta' kull sena, u li aktar ma jagħddi ż-żmien aktar tkun agħar.
s-344
41_03F08:11

Infatti kif kien mistenni, il-kummenti did-darba ma naqsux.
s-345
41_03F08:12
Infatti kif kien mistenni, il-kummenti did-darba ma naqsux.
'Meta se tagħmilna nanniet?' saqsietha ommha.
s-346
41_03F08:13
'Meta se tagħmilna nanniet?' saqsietha ommha.
'Għandek' boyfriend '?' saqsieha missierha.
s-347
41_03F08:14
'Għandek' boyfriend '?' saqsieha missierha.
'Qum minn hemm għax l-arloġġ ta' mara malajr jiskadi,' qalet zijitha.
s-348
41_03F08:15
'Qum minn hemm għax l-arloġġ ta' mara malajr jiskadi,' qalet zijitha.
'Dik mhux bħali ħija, dik mhux normali,' kompliet oħtha.
s-349
41_03F08:16
'Dik mhux bħali ħija, dik mhux normali,' kompliet oħtha.
Din li hi mhux normali kienet ilha tismagħha.
s-350
41_03F08:17
Din li hi mhux normali kienet ilha tismagħha.
Fl-aħħar qabżitilha u qaltilhom:
s-351
41_03F08:18
Fl-aħħar qabżitilha u qaltilhom:
'Issa ta, immur nitqaħħab u noħbol u taraw kemm jien normali!'
s-352
41_03F08:19
'Issa ta, immur nitqaħħab u noħbol u taraw kemm jien normali!'
Telqet bla ma sellmitilhom.
s-353
41_03F08:20
Telqet bla ma sellmitilhom.
Qatgħetha li l-Milied li ġej ma terġax iżżurhom.
s-354
41_03F08:21
Qatgħetha li l-Milied li ġej ma terġax iżżurhom.
Il-kelma normali baqgħet tidwi f'widnejha u, sadattant, qatt ma setgħet tifhem xi tfisser.
s-355
41_03F08:22
Il-kelma normali baqgħet tidwi f'widnejha u, sadattant, qatt ma setgħet tifhem xi tfisser.
Il-kuġina kienet tiġi ta' spiss toqgħod miegħi meta ommi kienet tkun xogħol ta' billejl.
s-357
43_05F08:2
Il-kuġina kienet tiġi ta' spiss toqgħod miegħi meta ommi kienet tkun xogħol ta' billejl.
Kont nagħmel minn kollox biex noqgħod imqareb u ma nobdihiex.
s-358
43_05F08:3
Kont nagħmel minn kollox biex noqgħod imqareb u ma nobdihiex.
Kienet l-akbar għadu tiegħi.
s-359
43_05F08:4
Kienet l-akbar għadu tiegħi.
Rebecca hija l-akbar fost il-kuġini.
s-360
43_05F08:5
Rebecca hija l-akbar fost il-kuġini.
Kienet tiġi torqod għandna meta kienet tiġi tieħu ħsiebi.
s-361
43_05F08:6
Kienet tiġi torqod għandna meta kienet tiġi tieħu ħsiebi.
Kienet iġġib il-kotba, iżda ma kontx inħalliha tiftaħhom.
s-362
43_05F08:7
Kienet iġġib il-kotba, iżda ma kontx inħalliha tiftaħhom.
Ma kontx norqod u kont niġrilha mad-dar kollha nagħmel storbju sħiħ.
s-363
43_05F08:8
Ma kontx norqod u kont niġrilha mad-dar kollha nagħmel storbju sħiħ.
Darba minnhom sabitli tarf.
s-364
43_05F08:9
Darba minnhom sabitli tarf.
'Min jaf li kieku nilagħbu logħba ġdida?' qaltli filwaqt li minn ġo basket kbir ħarġet kostumi kkuluriti tal-karnival.
s-365
43_05F08:10
'Min jaf li kieku nilagħbu logħba ġdida?' qaltli filwaqt li minn ġo basket kbir ħarġet kostumi kkuluriti tal-karnival.
Kienu tagħha u ma kinux baqgħu jiġuha.
s-366
43_05F08:11
Kienu tagħha u ma kinux baqgħu jiġuha.
Ilbist kostum ta' pirata imma ftit li xejn domt bih.
s-367
43_05F08:12
Ilbist kostum ta' pirata imma ftit li xejn domt bih.
Ippruvajt oħrajn u qlibt il-kamra ta' taħt fuq.
s-368
43_05F08:13
Ippruvajt oħrajn u qlibt il-kamra ta' taħt fuq.
Fl-aħħar Rebecca wrietni libsa ħafifa kollha frilli.
s-369
43_05F08:14
Fl-aħħar Rebecca wrietni libsa ħafifa kollha frilli.
'Din għadek ma ppruvajtx!'
s-370
43_05F08:15
'Din għadek ma ppruvajtx!'
Niftakar jien u nilbisha ħassejtha tiżloq fuqi.
s-371
43_05F08:16
Niftakar jien u nilbisha ħassejtha tiżloq fuqi.
Ridt nibqa' biha.
s-372
43_05F08:17
Ridt nibqa' biha.
Ħassejtni ħieles b'saqajja għerja.
s-373
43_05F08:18
Ħassejtni ħieles b'saqajja għerja.
Stħajjiltni ballerina u bdejt indur biha.
s-374
43_05F08:19
Stħajjiltni ballerina u bdejt indur biha.
Ma kinitx proprja libsa tal-'balet', kienet libsa li kienet ħarġet minnha.
s-375
43_05F08:20
Ma kinitx proprja libsa tal-'balet', kienet libsa li kienet ħarġet minnha.
Qatt ma kont ilbist ħwejjeġ tal-bniet qabel għajr meta qabditni l-mamà nilbes tajtz minn tagħha.
s-376
43_05F08:21
Qatt ma kont ilbist ħwejjeġ tal-bniet qabel għajr meta qabditni l-mamà nilbes tajtz minn tagħha.
Kienet għamlet plejtu għax qattajtulha.
s-377
43_05F08:22
Kienet għamlet plejtu għax qattajtulha.
Daż-żmien qed nixtri lbiesi raffinati biex nitla' fuq il-palk bihom.
s-378
43_05F08:23
Daż-żmien qed nixtri lbiesi raffinati biex nitla' fuq il-palk bihom.
Sirt l-aktar trans imħallas tal-gżira.
s-379
43_05F08:24
Sirt l-aktar trans imħallas tal-gżira.
U kull serata jkun hemm Rebecca tlibbisni u tagħmilli xagħri.
s-380
43_05F08:25
U kull serata jkun hemm Rebecca tlibbisni u tagħmilli xagħri.
Il-kuġina saret l-akbar ħabiba tiegħi.
s-381
43_05F08:26
Il-kuġina saret l-akbar ħabiba tiegħi.
ALTAF NAIFEH
s-382
45_07F09:1
ALTAF NAIFEH
Isem: Altaf Naifeh.
s-383
45_07F09:2
Isem: Altaf Naifeh.
Età: 23 sena.
s-384
45_07F09:3
Età: 23 sena.
Kulur tal-ġilda: Skur.
s-385
45_07F09:4
Kulur tal-ġilda: Skur.
Pajjiż: il-Libja.
s-386
45_07F09:5
Pajjiż: il-Libja.
Il-malinkonija ta' fuq xufftejh u l-ħofor fit-toroq tal-Libja kienu jirriflettu s-swied il-qalb tiegħu.
s-387
45_07F09:6
Il-malinkonija ta' fuq xufftejh u l-ħofor fit-toroq tal-Libja kienu jirriflettu s-swied il-qalb tiegħu.
Altaf kien għatxan għal-libertà - ried li jkun bħall-Ispanjoli, bħall-Franċiżi u bħal dawk iċ-ċittadini li huma kburin li għandhom id-demokrazija bħala waħda mill-pilastri li jżommu lil pajjiżhom milli jmiss il-qiegħ.
s-388
45_07F09:7

F'moħħ Altaf bdew għaddejjin numru ta' ritratti, wieħed wara l-ieħor, u kull wieħed kellu l-istorja partikolari tiegħu.
s-389
45_07F09:8
F'moħħ Altaf bdew għaddejjin numru ta' ritratti, wieħed wara l-ieħor, u kull wieħed kellu l-istorja partikolari tiegħu.
Fost l-oħrajn, minn moħħu, għadda r-ritratt tas-suwiċidju.
s-390
45_07F09:9
Fost l-oħrajn, minn moħħu, għadda r-ritratt tas-suwiċidju.
Madankollu, iddeċieda li jimxi skont ix-xena tat-tieni ritratt - ir-ritratt tal-vjaġġ misterjuż.
s-391
45_07F09:10
Madankollu, iddeċieda li jimxi skont ix-xena tat-tieni ritratt - ir-ritratt tal-vjaġġ misterjuż.
Altaf beda jara x'se jagħmel sabiex jiddobba l-flus u bihom ikun jista' jħallas lit-traffikanti.
s-392
45_07F09:11
Altaf beda jara x'se jagħmel sabiex jiddobba l-flus u bihom ikun jista' jħallas lit-traffikanti.
Meta ġabar kemm kellu bżonn telaq ma' sebgħin oħra għall-vjaġġ.
s-393
45_07F09:12
Meta ġabar kemm kellu bżonn telaq ma' sebgħin oħra għall-vjaġġ.
Telgħu fuq tliet injamiet mimlija susa, li flimkien kienu jissejħu dgħajsa, sabiex jaħarbu 'l bogħod mid-dwiefer tal-Libja.
s-394
45_07F09:13
Telgħu fuq tliet injamiet mimlija susa, li flimkien kienu jissejħu dgħajsa, sabiex jaħarbu 'l bogħod mid-dwiefer tal-Libja.
L-għada filgħodu għall-ħabta tad-disgħa, il-ħanut ta' Pawlu l-Amerikan kien miżgħud bin-nies li baqgħu sejrin għandu wara li kienu semgħu l-quddiesa ta' Fr. Tonio.
s-395
45_07F09:14

Jien kont wieħed minnhom.
s-396
45_07F09:15
Jien kont wieħed minnhom.
Xi nies li kellhom il-gazzetti f'idejhom bdew jgħidu; 'Sewwa ġralhom', 'ħaqqhom agħar', 'messhom joqtluhom mill-ewwel' u frażijiet oħra li mhux ta' min isemmihom hawn.
s-397
45_07F09:16

Qabditni l-kurżità, mort niftaħ il-gazzetta u kien hemm ritratt ta' Altaf u l-grupp, u bħala titlu kien hemm miktub, 'Diżgrazzja Oħra Fil-Baħar Mediterran'.
s-398
45_07F09:17
Qabditni l-kurżità, mort niftaħ il-gazzetta u kien hemm ritratt ta' Altaf u l-grupp, u bħala titlu kien hemm miktub, 'Diżgrazzja Oħra Fil-Baħar Mediterran'.
Naħseb li l-omelija li kienu għadhom kemm semgħu ma kienet swiet għalxejn.
s-399
45_07F09:18
Naħseb li l-omelija li kienu għadhom kemm semgħu ma kienet swiet għalxejn.
Fost il-Griegi u t-Torok
s-400
51_02N10:1
Fost il-Griegi u t-Torok
Edit as list • Text view • Dependency trees