Sentence view
Universal Dependencies - Maltese - MUDT
Language | Maltese |
---|
Project | MUDT |
---|
Corpus Part | dev |
---|
Annotation | Čéplö, Slavomír; Zeman, Daniel |
---|
showing 201 - 300 of 433 • previous • next
Jekk tneħħi t-tpaċpiċ tal-Ministru Żammit Dimech, il-pożi għar-ritratti, u retorika li issa kulħadd xaba' jismagħha m'hemm xejn li jindika li qed issir xi ħaġa bis-serjetà li tista' mqar titfa' xaqq ta' dawl li l-affarijiet qed jirranġaw.
s-201
19_06J02:2

Il-pajjiż illum fatti jinħtieġ.
s-202
19_06J02:3
Il-pajjiż illum fatti jinħtieġ.
Tpaċpiċ, pjani, strateġiji, laqgħat, pożi, ritratti, fanfarunati, tberbiq ta' miljuni, ilna s-snin sejrin bihom.
s-203
19_06J02:4
Tpaċpiċ, pjani, strateġiji, laqgħat, pożi, ritratti, fanfarunati, tberbiq ta' miljuni, ilna s-snin sejrin bihom.
Minn jum għal jum qegħdin naraw aktar minn dak kollu li għajr falliment sħiħ ma ġabx f'pajjiżna.
s-204
19_06J02:5
Minn jum għal jum qegħdin naraw aktar minn dak kollu li għajr falliment sħiħ ma ġabx f'pajjiżna.
F'dawn l-aħħar jiem komplejna nisimgħu li f'April kien hemm tnaqqis fl-akkomadazzjoni ġol-lukandi.
s-205
19_06J02:6
F'dawn l-aħħar jiem komplejna nisimgħu li f'April kien hemm tnaqqis fl-akkomadazzjoni ġol-lukandi.
Smajna wkoll li mal-bidu ta' l-istaġun tat-turiżmu, f'Ġunju, l-istatistika diġà wriet li kien hemm aktar tnaqqis fit-turisti li għaddew mill-ajruport.
s-206
19_06J02:7

Is-sitwazzjoni għall-ewwel sitt xhur tas-sena bl-ebda mod ma tindika li għandna fhiex inserrħu rasna, filwaqt li l-mod kif nattiraw it-turisti mis-swieq tas-soltu jindika dejjem aktar taħwid u inkonsistenza.
s-207
19_06J02:8

Indikazzjonijiet mis-settur privat
s-208
19_06J02:9
Indikazzjonijiet mis-settur privat
Minkejja l-ftaħir u d-daqq tat-trombi dwar l-investiment li jkun hemm fis-settur tat-turiżmu mis-settur privat, il-mod kif qed ikomplu jsiru l-affarijiet min-naħa tal-gvern ta' Dottor Gonzi, li kien huwa li daħal direttament ukoll għat-turiżmu, bl-ebda mod ma jnisslu fiduċja.
s-209
19_06J02:10

Għall-kuntrarju hemm ħafna u ħafna nkwiet u skuntentizza min-naħa tas-settur privat li huwa l-mutur ewlieni f'din l-industrija tant importanti għall-pajjiż.
s-210
19_06J02:11
Għall-kuntrarju hemm ħafna u ħafna nkwiet u skuntentizza min-naħa tas-settur privat li huwa l-mutur ewlieni f'din l-industrija tant importanti għall-pajjiż.
Għad irid jiġi żmien li jkun hemm studju bir-reqqa u analiżi sħiħa dwar kif fil-verità kienu qed isiru l-affarijiet f'kull settur tat-turiżmu min-naħa tal-gvern, kif qed isiru issa u kif se jkomplu jsiru sakemm il-poplu jkollu ċ-ċans demokratiku li jwassal fehmtu permezz ta' elezzjoni.
s-211
19_06J02:12

Kollox jindika li għad iridu joħorġu fatti li jiskandalizzaw lill-pajjiż.
s-212
19_06J02:13
Kollox jindika li għad iridu joħorġu fatti li jiskandalizzaw lill-pajjiż.
Bħalissa u fix-xhur li ġejjin se nkomplu nisimgħu ħafna dwar il-Konferenza tal-Kapijiet tal-Commonwealth li għad irridu naraw minn fejn se joħorġu l-flus għal dak kollu li qed isir, f'but min sejrin il-mijiet ta' eluf, min hemm involut u l-ħrafa li minn dil-konferenza l-pajjiż se jkollu xi benefiċċju straordinarju għat-turiżmu.
s-213
19_06J02:14

J'Alla l-konferenza nnifisha ma tispiċċax f'xi arena ta' tilwim bħalma ġara tant drabi fl-imgħoddi, imma l-fatt jibqa' wkoll li jekk taqta' barra l-Ingilterra ftit li xejn hemm pajjiżi li se jieħdu sehem li fil-fatt aħna nistgħu nibbenefikaw turiżmu mingħandħom.
s-214
19_06J02:15

U hija biss ħrafa u propaganda vojta li minn dak li se jsir f'dil-konferenza, mill-mijiet kbar ta' eluf li se jkunu qegħdin jintefqu se jkun hemm xi benefiċċju serju għat-turiżmu.
s-215
19_06J02:16

Hemm ħafna u ħafna li jmissu ilu jsir u li jmissu qed isir illum wara l-għajjat kollu tar-responsabbiltà diretta ta' Dottor Gonzi għat-turiżmu, li mhux qed isir, filwaqt li hemm kobba mħabbla sew li xi darba trid tinħall jekk irridu li l-industrija tat-turiżmu tibda tiffunzjona kif inhu xieraq għal pajjiżna.
s-216
19_06J02:17

Pajjiżna jista' jkollu ġejjieni sabiħ fit-turiżmu, imma ċertament li mhux fir-rotta li tefgħuna fiha l-gvernijiet tal-Partit Nazzjonalista u kif sejrin l-affarijiet illum.
s-217
19_06J02:18

Hemm diġà diversi indikazzjonijiet li dawk li sal-lum kienu moħħhom fl-investiment fit-turiżmu f'pajjiżna qed iwarrbu minn hawn u jitfgħu saqajhom f'pajjiżi oħrajn.
s-218
19_06J02:19

Din is-sitwazzjoni mhix aċċettabbli għall-ħaddiema Maltin u l-familji tagħhom.
s-219
19_06J02:20
Din is-sitwazzjoni mhix aċċettabbli għall-ħaddiema Maltin u l-familji tagħhom.
Il-każ ta' spjunaġġ mill-PN ilu għaddej minn qabel l-elezzjoni
s-220
20_07J02:1
Il-każ ta' spjunaġġ mill-PN ilu għaddej minn qabel l-elezzjoni
Reklutati persuni nvoluti fi spjunaġġ fit-tmeninijiet
s-221
20_07J02:2
Reklutati persuni nvoluti fi spjunaġġ fit-tmeninijiet
L-ispjunaġġ mill-Partit Nazzjonalista (PN) fuq iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin ma kienx se jibda taħt is-segretarju ġenerali l-ġdid tal-PN, Paul Borg Olivier.
s-222
20_07J02:3

Kien diġà ġie organizzat u kien ilu jitmexxa sa minn aktar minn sena ilu.
s-223
20_07J02:4
Kien diġà ġie organizzat u kien ilu jitmexxa sa minn aktar minn sena ilu.
Grupp li ħadem mill-istamperija kien jieħu ħsieb ix-xogħol kollu, fosthom persuni li kienu nvoluti f'kampanja ta' spjunaġġ triq triq lura fis-snin tmenin.
s-224
20_07J02:5

Dawn il-persuni huma wkoll involuti fil-ħidma mal-uffiċċju elettorali tal-PN, l-ELCOM, fejn minkejja li m'għadux imexxih hu, għad għandu influwenza kbira l-ministru Austin Gatt.
s-225
20_07J02:6

Fix-xhur ta' qabel il-kampanja elettorali ta' dis-sena il-PN beda proċess ta' spjunaġġ fuq individwi, l-aktar fuq dawk li jkunu qed jersqu lejn ministeri tal-gvern bl-ilmenti u bit-talbiet tagħhom.
s-226
20_07J02:7

Dan huwa saħansitra kkonfermat mill-istess e-mail mibgħuta minn Paul Borg Olivier u li kopja tagħha kienet mgħoddija lill-istampa mill-mexxej laburista, Joseph Muscat, f'konferenza stampa din il-ġimgħa.
s-227
20_07J02:8

L-aqwa targets għall-din il-kampanja mibdija qabel l-elezzjoni kienu ċittadini ta' tendenza Nazzjonalista li tbegħdu mill-PN, u oħrajn ta' tendenza Laburista li setgħu jew ma jivvotawx, jew saħansitra jivvotaw PN jekk jingħataw ċertu għalf.
s-228
20_07J02:9

Għalhekk, kienet ħaġa kruċjali li l-grupp li ħadem fuq l-ispjunaġġ ikollu kemm informazzjoni personali jista' ħalli jasal għal ġudizzju dwar min kien joffri l-aħjar target għall-PN.
s-229
20_07J02:10

Mingħajr ma kienu jafu xinhu jiġri, l-informazzjoni dwar l-indivdwi li għamlu dawn l-ilmenti u talbiet, inkluża informazzjoni personali, spiċċat qed tmur għand dal-grupp ċentralizzat imwaqqaf apposta fl-istamperija Nazzjonalista.
s-230
20_07J02:11

Sa fejn hu magħruf, l-informazzjoni li nġabret għadha maħżuna fil-kompjuters tal-PN tal-Pietà.
s-231
20_07J02:12
Sa fejn hu magħruf, l-informazzjoni li nġabret għadha maħżuna fil-kompjuters tal-PN tal-Pietà.
Lura lejn is-snin tmenin
s-232
20_07J02:13
Lura lejn is-snin tmenin
Il-ħidma ta' spjunaġġ inghatat importanza kbira mid-diriġenti Nazzjonalisti.
s-233
20_07J02:14
Il-ħidma ta' spjunaġġ inghatat importanza kbira mid-diriġenti Nazzjonalisti.
Biex imexxuha tpoġġew nies ta' esperjenza kbira fil-maniġġi tal-PN.
s-234
20_07J02:15
Biex imexxuha tpoġġew nies ta' esperjenza kbira fil-maniġġi tal-PN.
Fuq quddiem nett kien hemm Charles Demicoli, veteran minn tmiem is-snin sebgħin ta' kif il-PN kien organizza ruħu kważi b'mod militari ħalli jinkwadra lis-segwaċi tiegħu.
s-235
20_07J02:16

Demicoli kien wieħed mill-uffiċjali tal-PN li kienu preżenti għal-laqgħa li saret referenza għaliha fl-email ta' Borg Olivier, tant li r-referenza li ssir għalih hija bħala wieħed minn tlieta li kienu involuti fil-proċess qabel l-Elezzjoni.
s-236
20_07J02:17

It-tnejn l-oħra kienu Ivan Falzon u Karol Aquilina.
s-237
20_07J02:18
It-tnejn l-oħra kienu Ivan Falzon u Karol Aquilina.
Demicoli beda l-karriera tiegħu fil-pulizija imma mbaghad spiċċa wieħed mil-aktar nies fdati fl-apparat il-ġdid tal-PN li ħa s-sura wara li Eddie Fenech Adami laħaq kap.
s-238
20_07J02:19

Demicoli kien involut f'ħidmiet ta' sigurtà li kienu ngħataw il-barka mil-leadership ta' Fenech Adami, Guido Demarco u Louis Galea.
s-239
20_07J02:20
Demicoli kien involut f'ħidmiet ta' sigurtà li kienu ngħataw il-barka mil-leadership ta' Fenech Adami, Guido Demarco u Louis Galea.
Biex iwettaq dil-ħidma politika, Demicoli kien spiċċa mill-korp tal-pulizija.
s-240
20_07J02:21
Biex iwettaq dil-ħidma politika, Demicoli kien spiċċa mill-korp tal-pulizija.
Imma fi tmiem is-snin tmenin, reġa' daħal jaħdem għal ġurnata fil-korp, ingħata l-grad ta' superintendent, u ħareġ l-għada.
s-241
20_07J02:22
Imma fi tmiem is-snin tmenin, reġa' daħal jaħdem għal ġurnata fil-korp, ingħata l-grad ta' superintendent, u ħareġ l-għada.
Permezz ta' dil-manuvra, beda jgawdi minnufih mil-pensjoni tal-grad il-ġdid tiegħu.
s-242
20_07J02:23
Permezz ta' dil-manuvra, beda jgawdi minnufih mil-pensjoni tal-grad il-ġdid tiegħu.
Fl-aħħar snin, Demicoli kien inqata' xi ftit mill-makna tal-PN biex isegwi l-aktar l-interessi tan-negozju li kellu.
s-243
20_07J02:24
Fl-aħħar snin, Demicoli kien inqata' xi ftit mill-makna tal-PN biex isegwi l-aktar l-interessi tan-negozju li kellu.
Imma baqa' qrib tad-diriġenti l-antiki u fit-tellieqa għat-tmexxija nazzjonalista kien appoġġa bil-miftuħ lil John Dalli kontra Lawrence Gonzi.
s-244
20_07J02:25
Imma baqa' qrib tad-diriġenti l-antiki u fit-tellieqa għat-tmexxija nazzjonalista kien appoġġa bil-miftuħ lil John Dalli kontra Lawrence Gonzi.
Li reġa' ddaħħal fil-grupp ta' spjunaġġ ta' qabel l-elezzjoni juri kemm sa nofs is-sena li għaddiet, il-gvern ta' Gonzi kien qed iħossu dahru mal-ħajt.
s-245
20_07J02:26
Li reġa' ddaħħal fil-grupp ta' spjunaġġ ta' qabel l-elezzjoni juri kemm sa nofs is-sena li għaddiet, il-gvern ta' Gonzi kien qed iħossu dahru mal-ħajt.
Uħud minn dawk li kienu appoġġjaw lil Gonzi fit-tellieqa għat-tmexxija tal-PN wara li telaq Fenech Adami, kienu għamluhielu ċara li ma tantx jaqblu li nies bħal Demicoli jkollhom is-saħħa fil-PN.
s-246
20_07J02:27

Dan baqa' l-aktar magħruf bħala organizzatur ewlieni tal-grupp tal-Ġakketta Blu li fis-snin tmenin kien ħa fama bħala skwadra paramilitari.
s-247
20_07J02:28
Dan baqa' l-aktar magħruf bħala organizzatur ewlieni tal-grupp tal-Ġakketta Blu li fis-snin tmenin kien ħa fama bħala skwadra paramilitari.
Il-PN kien jgħid li din l-iskwadra twaqqfet biex tagħti protezzjoni lill-membri tal-partit.
s-248
20_07J02:29
Il-PN kien jgħid li din l-iskwadra twaqqfet biex tagħti protezzjoni lill-membri tal-partit.
Imma fil-fatt kienet tintuża għal ħafna affarijiet oħra.
s-249
20_07J02:30
Imma fil-fatt kienet tintuża għal ħafna affarijiet oħra.
Meta l-eżistenza tagħha saret magħrufa, il-PN għamel sforz kbir biex jiċħad li kien hemm xi organizazzjoni speċjali li tagħmel il-funzjonijiet tal-grupp tal-Ġakketta blu.
s-250
20_07J02:31

Fl-istess żmien, tal-PN kienu organizzaw xibka ta' street leaders mat-toroq kollha ta' Malta u Għawdex biex jirrapportaw lura lill-partit dwar ir-residenti tat-triq tagħhom.
s-251
20_07J02:32

Anki f'dal-każ, bħal-lum, meta ħarġet l-istorja tal-ispjunaġġ li kien qed isir mit-toroq, qam aghħa kbir fil-pajjiż.
s-252
20_07J02:33
Anki f'dal-każ, bħal-lum, meta ħarġet l-istorja tal-ispjunaġġ li kien qed isir mit-toroq, qam aghħa kbir fil-pajjiż.
L-ironija hi li l-istess nies li kellhom x'jaqsmu mal-ispjunaġġ tas-snin tmenin, issa reġgħu daru fuqhom ta' gonzi- pn biex jagħmlulhom xogħol simili.
s-253
20_07J02:34
L-ironija hi li l-istess nies li kellhom x'jaqsmu mal-ispjunaġġ tas-snin tmenin, issa reġgħu daru fuqhom ta' gonzi- pn biex jagħmlulhom xogħol simili.
Kif għazilt il-Powerlifting?
s-254
23_03J03:1
Kif għazilt il-Powerlifting?
Onestament jien qatt ma ħlomt li xi darba ħa nkun qed nipprattikah dan l-isport, aħseb u ara kemm nikkompeti fih.
s-255
23_03J03:2
Onestament jien qatt ma ħlomt li xi darba ħa nkun qed nipprattikah dan l-isport, aħseb u ara kemm nikkompeti fih.
F'Settembru 2011, kien hemm ħabib tiegħi li huwa kompetitur tal-Powerlifting u wkoll kollega tiegħi fuq ix-xogħol, li kien spiss jiġi ħdejja u l-kliem kien dejjem jaqa' fuq il-gym, taħriġ u dieti.
s-256
23_03J03:3

Dan dejjem ħajjarni biex nipprova il-Powerlifting, iżda jien dejjem kont ngħidlu li dan l-isport ma jogħġobnix.
s-257
23_03J03:4
Dan dejjem ħajjarni biex nipprova il-Powerlifting, iżda jien dejjem kont ngħidlu li dan l-isport ma jogħġobnix.
Però darba fost l-oħrajn, ġieni f'mohhi biex nibagħtlu sms u nieħu dan iċ-ċans.
s-258
23_03J03:5
Però darba fost l-oħrajn, ġieni f'mohhi biex nibagħtlu sms u nieħu dan iċ-ċans.
Minn hemmhekk huwa qabbadni ma' xi ħaddiehor li huwa ħabib tiegħu, u bdejt nitħarreġ u nitgħallem bil-mod il-mod it-teknika ta' kif issir kull lift.
s-259
23_03J03:6
Minn hemmhekk huwa qabbadni ma' xi ħaddiehor li huwa ħabib tiegħu, u bdejt nitħarreġ u nitgħallem bil-mod il-mod it-teknika ta' kif issir kull lift.
Li kelli favur tiegħi, li kont għamilt sitt snin nittrenja l-Bodybuilding u meta tagħmel bidla bħal din, tibda tinnota li hemm ħafna x'titgħallem għalkemm it-tnejn għandhom ħafna minn xulxin bħala sport.
s-260
23_03J03:7

F'kemm ili ngħidlek bdilt il-ħsieb tiegħi fuq il-Powerlifting għax aktar ma beda jgħaddi ż-żmien, aktar beda jogħġobni.
s-261
23_03J03:8
F'kemm ili ngħidlek bdilt il-ħsieb tiegħi fuq il-Powerlifting għax aktar ma beda jgħaddi ż-żmien, aktar beda jogħġobni.
Kemm titħarreġ fil-Powerlifting?
s-262
23_03J03:9
Kemm titħarreġ fil-Powerlifting?
Kieku nista' kuljum iżda minħabba l-ħajja mgħaġġla li ngħixu fiha llum ma nistax.
s-263
23_03J03:10
Kieku nista' kuljum iżda minħabba l-ħajja mgħaġġla li ngħixu fiha llum ma nistax.
Bejn wieħed u ieħor nikkalkula li qisni nitħarreġ minn tlieta sa erba' darbiet fil-ġimgħa.
s-264
23_03J03:11
Bejn wieħed u ieħor nikkalkula li qisni nitħarreġ minn tlieta sa erba' darbiet fil-ġimgħa.
Apparti minn hekk jien nipprova insib ħin ukoll biex inkompli insir naf dwar dan l-isport li nippratika, billi naqra artikli, kotba u nara diversi vidjows.
s-265
23_03J03:12
Apparti minn hekk jien nipprova insib ħin ukoll biex inkompli insir naf dwar dan l-isport li nippratika, billi naqra artikli, kotba u nara diversi vidjows.
Minn hawn u minn hemm dejjem irnexxieli nlaħħaq nagħmel kollox.
s-266
23_03J03:13
Minn hawn u minn hemm dejjem irnexxieli nlaħħaq nagħmel kollox.
F'liema kompetizzjonijiet lokali u jew internazzjonali ħadt sehem?
s-267
23_03J03:14
F'liema kompetizzjonijiet lokali u jew internazzjonali ħadt sehem?
S'issa ħadt sehem f'kompetizzjonijiet lokali biss, però fil-futur viċin għandi f'moħħi li mmur barra minn Malta wkoll.
s-268
23_03J03:15
S'issa ħadt sehem f'kompetizzjonijiet lokali biss, però fil-futur viċin għandi f'moħħi li mmur barra minn Malta wkoll.
Hawn Malta s'issa ħadt sehem f'Test Competitions u anke f'National Championships u rnexxieli dejjem intejjeb it-total tiegħi minn kompetizzjoni għal oħra.
s-269
23_03J03:16
Hawn Malta s'issa ħadt sehem f'Test Competitions u anke f'National Championships u rnexxieli dejjem intejjeb it-total tiegħi minn kompetizzjoni għal oħra.
Fit-tieni parti tal-intervista li Newsbook. com. mt se jwasslilkom għada, Sean se jispjega d-differenza bejn Weightlifting u Powerlifting.
s-270
23_03J03:17
Fit-tieni parti tal-intervista li Newsbook. com. mt se jwasslilkom għada, Sean se jispjega d-differenza bejn Weightlifting u Powerlifting.
AnnaBelle, Isabelle, Konrad Pulè, Daniela Delicata.
s-271
23b_04J03:1
AnnaBelle, Isabelle, Konrad Pulè, Daniela Delicata.
Dawn huma wħud mill-ismijiet minn fost il-lista ta' 14-il kantant finalist li fi Frar li ġej se jikkompetu biex jaslu sa l-aħħar serata tal-Kanzunetta għall-Ewropa f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt.
s-272
23b_04J03:2

L-ismijiet huma biss ftit mil-lista ta' finalisti - kif magħżula ġimgħa ilu - li hi dominata minn 'ismijiet sorpriża' jew li huma pjuttost ġodda fix-xena mużikali.
s-273
23b_04J03:3

L-uniċi ismijiet ta' kantanti stabbiliti li rnexxielhom jidħlu bħala finalisti huma Olivia Lewis u William Mangion.
s-274
23b_04J03:4
L-uniċi ismijiet ta' kantanti stabbiliti li rnexxielhom jidħlu bħala finalisti huma Olivia Lewis u William Mangion.
Għaliex dan it-taqlib kollu?
s-276
23b_04J03:6
Għaliex dan it-taqlib kollu?
Ir-risposta tinsab fil-metodu ġdid li beda jintuża biex jintgħażlu l-kantanti, u fuq kollox dik il-kanzunetta li tista' taqla' lil Malta mill-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Eurovision ta' Helsinki f'Mejju li ġej.
s-277
23b_04J03:7

Ir-riżultat diżastruż miksub minn Malta aktar kmieni din is-sena f'Ateni bil-kanzunetta 'I Do' ta' Fabrizio Faniello tikseb l-aħħar post fil-klassifika tal-voti finali, iġġiegħel lil Malta li tipparteċipa fi prekompetizzjoni li matulha issa teħtieġ li tintgħażel minn fost 10 li jridu jidħlu għall-finali ta' l-Eurovision f'Helsinki.
s-278
23b_04J03:8

B'hekk r-riżultat diżappuntanti miksub minn Malta wassal għal reviżjoni sħiħa fil-metodu ta' l-għażla tal-kanzunetta li se tirrappreżenta lil Malta.
s-279
23b_04J03:9
B'hekk r-riżultat diżappuntanti miksub minn Malta wassal għal reviżjoni sħiħa fil-metodu ta' l-għażla tal-kanzunetta li se tirrappreżenta lil Malta.
' Irridu nifhmu li l-kanzunetta ta' Malta għall-Eurovision mhix se tibqa' Malta.
s-280
23b_04J03:10
' Irridu nifhmu li l-kanzunetta ta' Malta għall-Eurovision mhix se tibqa' Malta.
Se tkun esportata u għalhekk teħtieġ tirrispondi għall-ħtiġiet tal-gosti u s-suq internazzjonali, ' sostna ċ-Chairman tal-Maltasong Robert Abela f'intervista ma' Illum li matulha spjega l-mekkaniżmu li tħaddem biex intgħażlu l-kanżunetti finalisti għall-festival li ġej.
s-281
23b_04J03:11

'Din kienet l-ewwel darba li morna għal ġurija totalment barranija magħmula minn esperti fil-qasam mużikali,' spjega Robert Abela li żied fuq kif il-ġurija ma ħarset lejn wiċċ u isem ħadd.
s-282
23b_04J03:12

'Il-MaltaSong hi determinata li twassal sa Helsinki dik il-kanzunetta li tista' tinbiegħ barra u li ma tkunx popolari biss għall-widna Maltija,' insista.
s-283
23b_04J03:13
'Il-MaltaSong hi determinata li twassal sa Helsinki dik il-kanzunetta li tista' tinbiegħ barra u li ma tkunx popolari biss għall-widna Maltija,' insista.
Viżibbilment konvint mill-istrateġija l-ġdida li nsista fuqha kemm ilu fil-kariga bħala Chairman tal-MaltaSong, Robert Abela qed jappella lill-pubbliku Malti biex jifhem l-importanza li tintgħażel kanzunetta li tkun 'esportabbli'.
s-284
23b_04J03:14

B'kollox kien hemm 228- ilkanzunetta li kienu sottomessi għall-konsiderazzjoni.
s-285
23b_04J03:15
B'kollox kien hemm 228- ilkanzunetta li kienu sottomessi għall-konsiderazzjoni.
Madankollu fit-tieni fażi ntgħażlu 35 li minnhom intgħażlu 14-il finalista għas-semifinali f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi.
s-286
23b_04J03:16
Madankollu fit-tieni fażi ntgħażlu 35 li minnhom intgħażlu 14-il finalista għas-semifinali f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi.
' Neħħejna l-ġurija ta' Maltin apposta.
s-287
23b_04J03:17
' Neħħejna l-ġurija ta' Maltin apposta.
U bl-akbar responsabbiltà ninsisti li għamilna sew għax hekk neħħejna l-piż li wieħed jiffavorixxi aktar lill-kantant milli l-kanzunetta '.
s-288
23b_04J03:18
U bl-akbar responsabbiltà ninsisti li għamilna sew għax hekk neħħejna l-piż li wieħed jiffavorixxi aktar lill-kantant milli l-kanzunetta '.
Għal Robbie Abela ' ma jfisser xejn jekk int stabbilit jew le.
s-289
23b_04J03:19
Għal Robbie Abela ' ma jfisser xejn jekk int stabbilit jew le.
L-importanti li l-kanzunetta tkun tajba għall-barra u mhux staġnata għas-suq lokali biss. '
s-290
23b_04J03:20
L-importanti li l-kanzunetta tkun tajba għall-barra u mhux staġnata għas-suq lokali biss. '
B'hekk, fi ftit kliem, hu dan il-fattur prinċipali li 'heżżeż' l-affarijiet għall-festival li ġej.
s-291
23b_04J03:21
B'hekk, fi ftit kliem, hu dan il-fattur prinċipali li 'heżżeż' l-affarijiet għall-festival li ġej.
Robert Abela hu ċar fi kliemu: ' Nappella lill-awturi u lill-kompożituri biex jimirħu u ma jistaġnawx.
s-292
23b_04J03:22
Robert Abela hu ċar fi kliemu: ' Nappella lill-awturi u lill-kompożituri biex jimirħu u ma jistaġnawx.
Neħtieġu ħoss ġdid u mhux aktar dak li nassumu li hu tradizzjonali għall-Eurovision. '
s-293
23b_04J03:23
Neħtieġu ħoss ġdid u mhux aktar dak li nassumu li hu tradizzjonali għall-Eurovision. '
Il-ġurija barranija ma jimpurtahiex min hu jew min hi l-kantanta.
s-294
23b_04J03:24
Il-ġurija barranija ma jimpurtahiex min hu jew min hi l-kantanta.
Jimpurtaha biss mill-ħoss mużikali, jimpurtaha biss jekk il-kanzunetta hiex kompetittiva, tal-widna u li tappella għall-pubbliku kollu mifrux madwar il-kontinent u mhux f'Malta biss.
s-295
23b_04J03:25

'Jien sorpriż ħafna bit-talent il-ġdid li ħiereġ u li jidher fil-lista ta' finalisti,' spjega Abela li żied kif minn fost il-ġurija kien hemm min diġa' ħa nota ta' xi ismijiet ta' kantanti u dan għax hemm il-possibbiltà li wara l-festival ċerti kantanti jkunu avviċinati għal kuntratti.
s-296
23b_04J03:26

'Dan hu li rrid nisma' u nara li qed jiġri fix-xena mużikali Maltija,' saħaq Robert Abela li żied jikkummenta fuq dak li fisser bħala 'bir wiesa' ta' talent kbir'.
s-297
23b_04J03:27
'Dan hu li rrid nisma' u nara li qed jiġri fix-xena mużikali Maltija,' saħaq Robert Abela li żied jikkummenta fuq dak li fisser bħala 'bir wiesa' ta' talent kbir'.
'B'dan it-talent kollu li għandna kapaċi niksbu s-suċċessi, kemm fuq livell ta' kantanti individwali kif ukoll bħala pajjiż u dan ovvjament fuq il-palk internazjonali.'
s-298
23b_04J03:28
'B'dan it-talent kollu li għandna kapaċi niksbu s-suċċessi, kemm fuq livell ta' kantanti individwali kif ukoll bħala pajjiż u dan ovvjament fuq il-palk internazjonali.'
Waqt l-intervista fakkart lil Robert Abela fir-riżultat miksub minn Malta fil-Eurovision li għadda.
s-299
23b_04J03:29
Waqt l-intervista fakkart lil Robert Abela fir-riżultat miksub minn Malta fil-Eurovision li għadda.
Hu reġa' tenna kif bħala chairperson, kif ukoll il-kumitat kollu tal-MaltaSong, m'għandhom iġorru l-ebda ħtija għar-riżultat.
s-300
23b_04J03:30
Hu reġa' tenna kif bħala chairperson, kif ukoll il-kumitat kollu tal-MaltaSong, m'għandhom iġorru l-ebda ħtija għar-riżultat.
Edit as list • Text view • Dependency trees