Text view

Universal Dependencies - Maltese - MUDT

LanguageMaltese
ProjectMUDT
Corpus Partdev
AnnotationČéplö, Slavomír; Zeman, Daniel

Javascript seems to be turned off, or there was a communication error. Turn on Javascript for more display options.

indexsentence 18 - 28 < sentence 29 - 39 > sentence 40 - 50

' Din hi xi ħaġa serja li qed tikxef ċerti attitudnijiet min-naħa tal-Gvern. Mhix l-ewwel darba li l-Assoċjazzjoni tħalliet barra minn livelli ta' deċiżjonijiet importanti. L-istess storja rrepetiet ruħha fil-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, l-MCESD. Anki hawn, il-Gvern għażel li jħalli lill-Assoċjazzjoni 'l bogħod mill-qafas tad-deċiżjonijiet. ' ' Il-proġett tal-bini ta' mina taħt il-baħar bejn Malta u Għawdex għandu jgħin biex iż-żgħażagħ Għawdxin jibqgħu jgħixu f'Għawdex. Dan ikun ifisser li Għawdex ma jibqax b'popolazzjoni li dejjem qed tixjieħ. ' Hekk qal lil IL-ĠENSillum online kelliem għas-Segretarjat Parlamentari għall-Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika dwar il-possibbiltà ta' bini ta' tunnel taħt il-baħar bejn Malta u Għawdex. Hu żied jgħid li l-għan aħħari tal-proġett hu li jgħaqqad il-gżira u l-ekonomija ta' Għawdex mal-mainland u l-ekonomija ta' Malta. B'hekk, fi kliemu, 'Għawdex ma jibqax żvantaġġjat mill-insularità doppja'. Saħaq ukoll li dan għandu jgħin, fost l-oħrajn, biex jinħolqu aktar impjiegi f'Għawdex, kif ukoll biex l-Għawdxin ma jibqax ikollhom raġuni għalfejn jirrilokaw f'Malta, iżda jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu fi gżirithom. Qal ukoll li bis-saħħa ta' dan il-proġett il-ħinijiet ta' stennija u tal-ivvjaġġar jonqsu.

Download XMLDownload textSentence viewDependency trees