mt-mudt-dev

Universal Dependencies - Maltese - MUDT

LanguageMaltese
ProjectMUDT
Corpus Partdev
AnnotationČéplö, Slavomír; Zeman, Daniel

Javascript seems to be turned off, or there was a communication error. Turn on Javascript for more display options.

indexsentence 7 - 17 < sentence 18 - 28 > sentence 29 - 39

Qabel is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea l-MEUSAC kien il-qafas ta' konsultazzjoni bejn il-Gvern, is-soċjetà ċivili, l-imsieħba soċjali u l-partiti politiċi. Wara d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea l-MEUSAC kien iżżarma iżda issa reġa' twaqqaf mill-ġdid u nhar il-Ħamis iltaqa' għall-ewwel darba. Ikkuntattjat minn din il-gazzetta Jimmy Magro, Segretarju Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, ikkonferma r-rabja tal-Assoċjazzoni. 'Mhux aċċettabbli li l-Gvern ħa din il-pożizzjoni fil-konfront tal-Kunsilli Lokali,' saħaq Magro. ' Hu fl-interess taċ-ċittadin li kull Kunsill Lokali jkun rappreżentat mill-Assoċjazzjoni fil-Core Group u mhux f'sempliċi kumitat wieħed. Dan għaliex fil-MEUSEC jittieħdu deċiżjonijiet dwar proġetti kbar tal-Unjoni Ewropea li jolqtu direttament lill-lokalitajiet, ' spjega Magro. Numru ta' sindki li tkellmu magħna sostnew li l-attitudni tal-Gvern hi nkwetanti aktar u aktar meta fuq quddiem nett fit-twaqqif mill-ġdid tal-MEUSAC hemm involut l-eks sindku Nazzjonalista Chris Said li issa hu s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-kumitat. 'Konna nippretendu li Chris Said, għad għandu għal qalbu l-' kawża ' u l-kontribut tal-Kunsilli Lokali fis-soċjetà,' saħaq sindku Nazzjonalista fin-naħa t'isfel ta' Malta. ' Din mhix kwistjoni politika. 'Il-maġġoranza tas-sindki ta' Malta u Għawdex żgur tal-istess fehma' qalet Claudette Abela Baldacchino Viċi President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. 'Il-Gvern kellu d-dmir li jara li l-Kunsilli jkunu proattivi billi jkunu preżenti fil-core group mhux biss f'sotto kumitat,' sostniet Abela Baldacchino li fi ħdan l-Assoċjazzjoni hi responsabbli wkoll mill-qasam nazzjonali.

Download XMLDownload textSentence viewDependency trees