mt-mudt-train
Universal Dependencies - Maltese - MUDT
Language | Maltese |
---|
Project | MUDT |
---|
Corpus Part | train |
---|
Annotation | Čéplö, Slavomír; Zeman, Daniel |
---|
View options
Tags:
Javascript seems to be turned off, or there was a communication error. Turn on Javascript for more display options.
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
Illum waranofsinhar il-Maġistrat Miriam Hayman iddikjarat li hemm biżżejjed provi biex il-ħames aħwa tan-negozjant George Farrugia jitqiegħdu taħt att ta' akkuża. L-aħwa tressqu l-Qorti lbieraħ u ġew mixlijin b'tixħim fil-każ tax-xiri taż-żejt mill-Enemalta fi żmien il-Gvern Nazzjonalista, f'liema każ ħuhom George ngħata l-proklama. L-aħwa huma Antonio Farrugia ta' 68 sena minn Santa Venera; Gaetano Farrugia ta' 65 sena minn Santa Venera; Raymond Farrugia, ta' 62 sena minn Ħ' Attard; Saviour Farrugia ta' 60 sena minn Santa Venera; u Emanuel Farrugia, ta' 59 sena minn Ħaż- Żebbuġ. Fis-seduta tal-lum xehed George Farrugia nnifsu, li kkonferma li ħutu kienu jafu li kienu qed isiru ħlasijiet bħala tixħim lil ċerti nies. Dawn il-ħlasijiet kienu jinkludu 500,000 dollaru lil Frank Sammut u Tancred Tabone kif ukoll 40,000 liri Maltin lil Alfred Mallia u Tarcisio Mifsud. Rapport aktar dettaljat fil-ħin li ġej.
Download XML • Download text
• Sentence view • Dependency trees