mt-mudt-test
Universal Dependencies - Maltese - MUDT
Language | Maltese |
---|
Project | MUDT |
---|
Corpus Part | test |
---|
Annotation | Čéplö, Slavomír; Zeman, Daniel |
---|
View options
Tags:
Javascript seems to be turned off, or there was a communication error. Turn on Javascript for more display options.
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
Philip Schembri, iċ-Chairman tal-Bord ta' Inkjesta dwar l-allegat rimi illegali ta' kimika imsejħa mercaptan mill-Enemalta, qal li l-Bord ta' Inkjesta talab id-dokumenti li qal li kellu f'idejh id-Deputat Laburista Joe Mizzi wara li hu b'mod pubbliku qal li kellu dokumenti li kien lest jgħaddihom lil Bord ta' Inkjesta. Iċ-Chairman qal li l-Bord qal lil Joe Mizzi li huma kienu lesti jirrispettaw is-sors li kellu imma Joe Mizzi qal li hu kien għadda d-dokumenti lura lil min tagħhomlu. Dan ħareġ meta l-Kumitat Parlamentari dwar il-Kontijiet Pubbliċi beda jiddiskuti r-Rapport tal-Korporazzjoni Enemalta ta' Diċembru 2011 dwar l-inkjesta fuq l-allegat rimi illegali ta' kimika imsejħa mercaptan. Ir-rapport kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti fit-30 ta' April li għadda. Fil-bidu tal-laqgħa, li tmexxiet mid-Deputat Laburista Charles Mangion bħala ċ-Chairman, saret diskussjoni dwar il-lista tax-xhieda li għandha tissejjaħ quddiem il-Kumitat u l-proċedura li se tintuża. Il-Membru tal-Kumitat Leo Brincat talab li bħala xhud ikun hemm rappreżentant tal-MEPA u kien hemm qbil filwaqt li d-Deputat Laburista Joe Mizzi ta lista ta' persuni oħrajn mill-Korporazzjoni Enemalta u minn WasteServ u ma kienx hemm oġġezzjoni.
Download XML • Download text
• Sentence view • Dependency trees