Dependency Tree

Universal Dependencies - Maltese - MUDT

LanguageMaltese
ProjectMUDT
Corpus Parttest
AnnotationČéplö, Slavomír; Zeman, Daniel

Select a sentence

Showing 1 - 100 of 518 • previousnext

s-1 Philip Schembri, iċ-Chairman tal-Bord ta' Inkjesta dwar l-allegat rimi illegali ta' kimika imsejħa mercaptan mill-Enemalta, qal li l-Bord ta' Inkjesta talab id-dokumenti li qal li kellu f'idejh id-Deputat Laburista Joe Mizzi wara li hu b'mod pubbliku qal li kellu dokumenti li kien lest jgħaddihom lil Bord ta' Inkjesta.
s-2 Iċ-Chairman qal li l-Bord qal lil Joe Mizzi li huma kienu lesti jirrispettaw is-sors li kellu imma Joe Mizzi qal li hu kien għadda d-dokumenti lura lil min tagħhomlu.
s-3 Dan ħareġ meta l-Kumitat Parlamentari dwar il-Kontijiet Pubbliċi beda jiddiskuti r-Rapport tal-Korporazzjoni Enemalta ta' Diċembru 2011 dwar l-inkjesta fuq l-allegat rimi illegali ta' kimika imsejħa mercaptan.
s-4 Ir-rapport kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti fit-30 ta' April li għadda.
s-5 Fil-bidu tal-laqgħa, li tmexxiet mid-Deputat Laburista Charles Mangion bħala ċ-Chairman, saret diskussjoni dwar il-lista tax-xhieda li għandha tissejjaħ quddiem il-Kumitat u l-proċedura li se tintuża.
s-6 Il-Membru tal-Kumitat Leo Brincat talab li bħala xhud ikun hemm rappreżentant tal-MEPA u kien hemm qbil filwaqt li d-Deputat Laburista Joe Mizzi ta lista ta' persuni oħrajn mill-Korporazzjoni Enemalta u minn WasteServ u ma kienx hemm oġġezzjoni.
s-7 Il-Ministru Tonio Fenech talab li jittella' wkoll Karl Camilleri, Kap Eżekuttiv tal-Enemalta.
s-8 B'kollox se jitressqu 16-il xhud u kull xhud hu intitolat li jekk irid iġib assistent personali tiegħu.
s-9 Dwar id-dati tal-laqgħat li fihom se jidhru x-xhieda, kien deċiż li jsiru tliet seduti fis-16, 17 u 18 ta' Lulju fl-4 p. m.
s-10 Joe Mizzi talab li jittellgħu dokumenti marbutin mat-tender.
s-11 Tonio Fenech qal li hu m'għandux oġġezzjoni għat-talbiet tal-Oppożizzjoni imma qal li wieħed m'għandux jorbot il-kwistjoni tal-mercaptan mal-proċeduri jekk ċertu xiri li sar mill-Enemalta hux korrett.
s-12 Hu qal li x-xiri taċ-ċilindri tal-gass m'għandux x'jaqsam mar-rapport ta' inkjesta dwar il-mercaptan.
s-13 Tonio Fenech qal li l-aħjar li l-Kumitat jiffoka fuq il-kwistjoni ta' kif inħaraq il-mercaptan u qal li hemm nies kompetenti li jitrattaw jekk it-tenders sarux kif suppost.
s-14 Iċ-Chairman qal li jekk proċeduri finanzjarji tat-tender kienu abbużati u dan joħroġ mil-laqgħat tal-Kumitat, jaqbel li l-Awditur Ġenerali jinvestiga.
s-15 Skont Joe Mizzi mir-rapport ta' inkjesta ma toħroġx il-verità.
s-16 Wara l-Awditur Ġenerali, Peter Grech, spjega fil-qosor f'hiex jikkonsisti r-rapport.
s-17 Attendew ukoll il-membri tal-Bord ta' Inkjesta.
s-18 Antoine d' Ambrogio, f'isem l-Awditur Ġenerali, ta sommarju tar-rapport ta' inkjesta dwar ir-rimi tal-mercaptan u qal li saru diversi intervisti ma' persuni mill-Enemalta u entitajiet oħrajn.
s-19 L-Enemalta, allegatament, irmiet darbtejn il-mercaptan imma ma jirriżultax li f'dak il-perijodu kien hemm xi każi ta' persuni li belgħu xi gassijiet minħabba dan.
s-20 TFAJLA TMUT BI TRASKURAĠNI?
s-21 Koppja titlob inkjesta dwar il-mewt ta' bintha
s-22 Eżattament bħal-lum seba' xhur ilu, koppja mis-Swieqi ħadet l-ikbar xokk ta' ħajjitha hekk kif tilfu lil binthom ta' 17-il sena.
s-23 Illum, id-dwejjaq tal-koppja nbidlet f'rabja għall-fatt li għalkemm xahrejn ilu talbu li ssir inkjesta dwar il-mewt tagħha s'issa għadhom lanqas biss irċevew acknowledgment tat-talba tagħha.
s-24 Il-koppja qed titlob inkjesta għax temmen li kienet it-traskuraġni ta' żewġ tobba li wasslu għall-mewt ta' binthom meta naqsu li jagħmlulha t-testijiet meħtieġa li suppost isiru meta jidhru s-sintomi li kellha.
s-25 Il-każ jikkonċerna lil Sharon Rodenas, l-unika wild tal-koppja Robert u Esmeralda mis-Swieqi.
s-26 Sa Mejju 2012, it-tfajla kienet xempju tas-saħħa u s-sbuħija.
s-27 Tfajla ferriħija, maħbuba minn sħabha u intelliġenti tant li kienet qed iġġib marki għoljin fl-eżamijiet.
s-28 Kien fl-imsemmi xahar li darba minnhom qabadha 'synus' u l-ġenituri iddeċidew li jeħduha għand it-tabib li taha l-antibijotiċi.
s-29 Għalkemm ħadet il-kors kollu, rasha baqgħet tuġagħha b'mod persistenti u bdiet tara doppju.
s-30 Filgħaxija huma ħaduha l-Isptar Mater Dei fejn wara sitt siegħat jistennew daħħluha għand it-tabib li iktar tard il-ġenituri saru jafu li kien Junior Doctor.
s-31 Wara li qalilhom li fl-opinjoni kienet ' migraine ', it-tabib daħal ġewwa u wara nofs siegħa ħareġ fejn wara qalilhom li ikkonsulta ma' ta' fuqu u ma kienx hemm bżonn ta' iktar testijiet.
s-32 Li għamel it-tabib kien taha ' drip ' biex il-' paracetamol ' jaħdmu iktar malajr mill-pilloli ħalli ma tibqax muġugħa kif ukoll kitbilhom l-' paracetamol ' u l-Voltaren.
s-33 Wara jumejn, il-ġenituri reġgħu ħadu lil Sharon fl-emerġenza wara li bdiet tirrametti u l-kpiepel t'għajnejha bdew jingħalqu.
s-34 Hemmhekk għamlu t-testijiet, fosthom l-MRI, fejn it-tobba tawhom l-aħbar ħażin li t-tifla kienet f'qagħda kritika.
s-35 Sharon ġiet ' sedated ' u ttellgħet l-ITU fejn bdew jippruvaw iraqqgħulha d-demm peress li kellha ' blood clot ' f'moħħha.
s-36 Wara tliet ijiem fl-ITU, Sharon taha attakk tal-qalb.
s-37 Għalkemm saru tentattivi biex jippruvaw isalvawha, saħħitha iggravat sakemm spiċċat tgħix bil-magna.
s-38 Għalkemm il-ġenituri offrew li jagħtu l-organi tagħha, mill-isptar kienu nfurmati li peress li kellha infezzjoni ma riedux jieħdu riskju fuq ħaddieħor.
s-39 Kien għalhekk li xi jumejn wara, fis-7 ta' Ġunju 2012, il-magna li kienet qed iżżomm lil Sharon ħajja ntfiet.
s-40 Robert qalilna li huma sabu għajnuna kbira mill-familjari u l-ħbieb u wara xahar tkellmu ma' avukatessa għax fil-fond ta' qalbhom kienu konvinti li binthom mietet minħabba t-traskuraġni ta' żewġ tobba.
s-41 Huma tkellmu ma' konsulent mediku li wara li ra l-fajl dwar dak li għaddiet minnhom bintu qalilhom li mhux biss meta persuna jkollha 'double vision' u uġiegħ ta' ras persistenti jrid isir CET scan jew MRI, li fil-fatt ma sarx l-ewwel darba li Sharon ittieħdet l-isptar, imma li t-tfajla ma kellix meninġite kif issemma li kellha fiċ-ċertifikat tal-mewt.
s-42 Il-koppja iddeċidiet li tkellem avukat u fis-6 ta' Novembru li għadda talbet uffiċjalment liċ-Chief Medical Officer tal-Isptar Mater Dei biex tinfetaħ inkjesta kemm dwar il-mewt ta' binthom kif ukoll dwar id-deċiżjonijiet li ħadu t-tobba li rawha l-ewwel darba fl-isptar.
s-43 Minkejja li għaddew xahrejn, sal-lum l-avukat tagħhom għadha ma rċeviet lanqas konferma tat-talba.
s-44 Missier it-tfajla insista magħna li huwa mhux biss irid li jrid issir ġustizzja ma' bintu imma li każ bħal dan ma jiġix ripetut ħalli b'hekk ma jkunx hemm ġenituri li jgħaddu mill-istess trawma li għaddew huwa u martu.
s-45 Xahar wara li l-gazzetta Illum żvelat li l-Awtorità Maltija dwar il-Komunikazzjoni (MCA) nediet investigazzjoni dwar il-ħlas ta' ewro li Melita, il-kumpannija tat-telekomunikazzjonijiet, bdiet tiċċarġja għal kull pagament li jsir b'ċekk, jidher li issa l-kumpanija reġa' bdielha u waqqfet dan il-ħlas.
s-46 Mistoqsi dwar dan, kelliem għall-Melita ikkonferma ma' Illum li l-ħlas kien twaqqaf sakemm tittieħed deċiżjoni finali dwar din il-materja.
s-47 'Melita bħalissa qed tirrevedi din il-materja u f'dan iż-żmien meta t-tariffa hi taħt reviżjoni, il-Melita ma ċċarġjatx, u qatt m'hi se tiċċarġja, il-ħlas ta' ewro għall-ipproċessar taċ-ċekkijiet sakemm tittieħed deċiżjoni dwar x'se jsir,' stqarr il-kelliem tal-kumpanija.
s-48 Huwa fisser li l-Melita qed tħares lejn mezzi kif tħeġġeġ lin-nies jużaw l-użu ta' metodi oħra ta' kif isir il-ħlas, biex trażżan l-ispejjeż amministrattivi assoċjati mal-ipproċessar taċ-ċekkijiet kif ukoll biex jitnaqqas xi ftit l-użu tal-karti.
s-49 Il-kelliem ta' Melita xorta waħda jipprova jiġġustifika d-deċiżjoni oriġinali tal-kumpannija.
s-50 'Il-Melita mhix l-unika kumpanija li qed tikkunsidra mezzi simili,' stqarr il-kelliem.
s-51 'Biżżejjed li ngħid li anki l-banek kummerċjali daħħlu bosta ħlasijiet għall-ipproċessar tat-transazzjonijet bankarji matul ix-xhur li għaddew u anki riċentement fuq is-servizzi bankarji fuq l-internet,' kompla jgħid il-kelliem.
s-52 Jekk id-deċiżjoni tteħditx wara intervent minn xi regolatur estern bħall-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta jew l-MCA dwar il-materja, jew jekk kinitx tneħħiet wara r-rispons tal-pubbliku dwar il-ħaġa, il-kelliem tal-Melita qal li l-kumpanija ' għaddiet l-informazzjoni kollha lill-awtoritajiet kompetenti.
s-53 'Madankollu d-deċizjoni tal-Melita li tirrevedi l-affari ttieħdet biss mill-kumpanija u ma kinitx ir-riżultat ta' xi talba mill-awtoritajiet kompetenti,' temm jgħid il-kelliem tal-kumpanija.
s-54 Fit-18 ta' Jannar 2009 kelliema għall-MCA kkonfermat ma' Illum li kienet bdiet tinvestiga lill-Melita wara li din il-kumpanija fil-bidu tas-sena avżat lill-klijenti li se tibda titlob ħlas ta' ewro għal kull pagament li jagħmlu b'ċekk.
s-55 Din it-tariffa daħlet fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2009.
s-56 L-MCA ikkonfermat li rċeviet ilment wieħed dwar din it-tariffa u mistoqsijiet minn individwu ieħor.
s-57 L-Awtorità kienet sostniet ma' Illum li ' bdiet investigazzjoni dwar il-każ u talbet lill-Melita biex tipprovdi dokumenti u tagħrif b'rabta mal-azzjoni tagħha.
s-58 Tlabna wkoll lill-Melita biex timxi ma' numru ta' passi li huma biex tkun konformi mal-liġijiet kif amministrati mill-MCA.
s-59 Il-Melita qatt ma kkonsultat magħna dwar din it-tariffa, ' kienet spjegat l-Awtorità.
s-60 It-tariffa ta' ewro fuq kull pagament tqieset inġusta l-aktar fil-konfront ta' persuni li ma jagħmlux użu mill-internet, fosthom anzjani.
s-61 Jidher li dan il-punt ittieħed inkonsiderazzjoni mill-Awtorità li waqt li sostniet li bil-Liġi hi m'għandhiex saħħa li ġġiegħel lill-Melita tirtira d-deċiżjoni madankollu talbitha ssegwi numru ta' passi.
s-62 L-MCA kienet talbet lill-Melita biex temenda t-termini u l-kundizzjonijiet li jsiru lill-klijenti l-ġodda u fihom jgħidu ċar u tond li hemm tariffa ta' ewro għal kull darba li wieħed iħallas b'ċekk.
s-63 L-Awtorità fakkret lill-Melita li kellha l-obbligu li tirrilaxxa mill-kuntratt mingħajr xi penali lil dawk il-konsumaturi li kienu komdi jħallsu biss b'ċekk.
s-64 'L-MCA qed tħeġġeġ ukoll lill-Melita biex tneħħi din it-tariffa ta' ewro minn fuq l-orħos pakketti biex tevita piżijiet ġodda fuq persuni li lanqas li jistgħu jaffordjaw jixtru servizzi tal-komunikazzjoni,' kienet temmet tgħid il-kelliema tal-MCA lill-Illum.
s-65 Wara waqfa ta' kważi 14-il xahar milli jxandar leħnu fuq ir-radju jew jidher fuq it-televiżjoni, Carlo Borg Bonaci hu lest biex ikompli minn fejn waqaf.
s-66 Mill-ġimgħa d-dieħla se jirritorna fuq l-iskrin permezz tal-kwiżż ' Kontra l-Ħin ' fuq Net Television u r-rekordings diġà bdew.
s-67 Il-waqfa madankollu ma kenitx dovuta għal kapriċċ.
s-68 Carlo Borg Bonaci, li għandu 44 sena, ħabbat wiċċu mad-dilemma tal-ħajja, fejn ftit aktar minn sena ilu kien mogħti l-aħbar li kien jeħtieġ il-kura bil-kimoterapija minħabba djanjosi mhux mistennija għal lymphoma.
s-69 'Ġara li meta kont l-isptar għal operazzjoni minuri ġie fuqi t-tabib li kien qed jieħu ħsieb il-kura tiegħi u qalli li kien hemm bżonn intervent immedjat għaliex mit-testijiet tad-demm irriżulta li kelli l-problemi,' spjega Borg Bonaci li żied jgħid kif l-aħbar ħasditu sal-punt li kien donnu rrassenja ruħu.
s-70 'Li ma kenitx għall-kuraġg kbir li tħaddan marti Natalie ma nafx kif psikoloġikament stajt naffronta l-ġimgħat ta' kura li kelli bżonn.'
s-71 Borg Bonaci jispjega kif għex ir-realtà tal-qawl Malti li l-appoġġ hu nofs il-fejqan, fejn bis-saħħa tal-familja u l-ħbieb, ikkronfronta din ir-realtà l-ġdida f'ħajtu.
s-72 Filwaqt li jispjega l-biża' tiegħu li jikkonfronta r-realtà tal-Isptar Boffa, Borg Bonaci jgħid li l-aktar ħaġa li serrħitu kienet l-attitudni pożittiva u dedikata tal-istaff, in-nurses u t-tobba.
s-73 'Min ikun rikoverat fl-Isptar Boffa jkun hemm għal ħaġa ovvja, iżda lil hinn mill-awra li jista' jkollu dan l-isptar, il-verità hi li min jirċievi l-kura hemmhekk ikun f'idejn tajbin u dedikati.'
s-74 Il-kimoterapija twassal għall-għejja fiżika, tant li tneħħi l-aptit għal kollox inkluż li toħroġ barra għar-raġuni li tolqot fil-vanità hekk kif jaqa' x-xagħar.
s-75 ' Kont ħadtha bi kbira u kont nilbes beritta biex ngħatti.
s-76 Madankollu bdejt nidra f'din ir-realtà u bis-saħha tal-kuntatt li żammew miegħi l-ħbieb irnexxieli naffronta dan il-mument ukoll. '
s-77 Carlo Borg Bonaci jkompli jispjega kif minbarra sħabu tas-soltu, feġġew ukoll il-ħbieb l-antiki li kien ilu ma jisma' b'aħbarhom għal snin twal, inklużi dawk ta' żmien l-iskola.
s-78 'Permezz tal-Facebook bdejt nirċievi messaġġi ta' kuraġġ, kif ukoll żjarat id-dar mingħand nies li kont ili ma nara jew nisma' bihom.'
s-79 Iżda issa li minn dak li rrappurtawlu t-tobba li l-kura li rċieva ħadmet tajjeb, Borg Bonaci qed iħares 'il quddiem b'ottimiżmu mġedded.
s-80 'Inħossni twelidt mill-ġdid u bi grinta liema bħalha ' jistqarr Borg Bonaci li jispjega kif minn din il-ġimgħa stess se jerġa' jibda r-rekordings tal-programm ' Kontra l-Ħin ' li se jerġa' jibda jixxandar fuq Net Television għal staġun televiżiv ġdid.
s-81 Jirrakkonta li l-pawsa ta' 14-il xahar mir-radju u t-televiżjoni servietu biex jaġġorna ruħu aktar u jlesti ruħu għal ritorn bil-qawwi.
s-82 'Ninsab lest b'determinazzjoni kbira biex nerġa' nibda minn fejn tlaqt,' isostni, filwaqt li żied kif anki fejn jidħol ir-radju, 'għaddejjin diskussjonijiet.'
s-83 'Il-mużika hi parti integrali minn ħajti u teħtieġ tkun miegħi f'kull ma nagħmel,' jgħid Carlo, li jispjega kif anki matul il-perjodu li għamel taħt il-kimoterapija, il-mużika kienet l-aktar ħaġa li tagħtu ispirazzjoni biex iqawwi qalbu u jżomm il-burdata f'postha.
s-84 'Għalija l-mużika hi l-fuel għal ħajti, miniex assolutament kapaċi nkun mingħajrha,' tenna Carlo.
s-85 Il-karriera ta' Borg Bonaci tmur lura għas-snin 80 meta kien disc jockey f'diskoteka magħrufa f'San Ġiljan, u l-popolarità tiegħu ġiet mix-xejn hekk kif Charles Flores, dak iż-żmien Kap tal-Programmi fuq Radju Malta kien offrielu breakfast show u mbagħad programm wara nofsinhar.
s-86 Borg Bonaci hu bniedem li ma jħobbx il-medjokrità.
s-87 In-namur tiegħu għad-dinja tar-radju wasslitu biex jipproduċi programmi li fi ftit kliem biddlu x-xejra ta' dak li l-Maltin kienu tradizzjonalment imdorrija jisimgħu fejn jidħlu d-disc jockeys.
s-88 Bis-saħħa tal-fatt li Carlo kien u għadu jsegwi l-metodi ta' produzzjoni ta' programmi fuq ir-radju barra l-pajjiż, irnexxielu jdaħħal il-kunċett ta' preżentatur, u b'dan irnexxielu jsaħħaħ il-kontenut.
s-89 ' Ir-radju hu kumpanija u passatemp utli.
s-90 Kapaċi jgħallmek, iferrħek, jagħtik is-sabar u għalhekk fi żmien meta f'Malta kien għad hawn Radju Malta biss, irnexxa l-kunċett ta' kontenut waqt programm. '
s-91 Carlo kien qed jirreferi għall-programm ' Il-Bella Kumpanija ' li fl-1990 kien l-aktar programm popolari fuq Radju Malta u li permezz tiegħu kien għaqqad tim ta' nies u ħoloq il-karattri, iċ-ċajt u anki skopra t-talent.
s-92 'Minn dak il-programm ħarġu l-prezentaturi Joe Tanti, Mario l-Banana u anki Martin Sapiano, filwaqt li kien hemm ukoll Alfie Fabri u Toni Sant li kienu diġà qed jiksbu popolarità '
s-93 Minn Radju Malta, Borg Bonaci kien wieħed mill-fundaturi ta' Bay Radio u kien hemmekk li r-radju kummerċjali ta spinta lill-kunċett ta' programm bil-kontenut.
s-94 'Il-preżentatur mhux biss dak li jgħid x'diska ġejja jew li spiċċat, iżda l-preżentatur hu propju r-ruħ tal-programm u bl-għajnuna tal-jingles tagħmel id-differenza kollha tagħti qawwa lill-prodott.'
s-95 Borg Bonaci jemmen li s-suċċess tiegħu fejn tidħol il-popolarità hi marbuta mal-karattru tiegħu li jkun sinċier mas-semmiegħa u li ma jkunx vojt f'dak li jgħid.
s-96 ' Ma tridx titkellem vojt, pastaż, doppju sens jew ta' kiesaħ
s-97 Ir-radju hu komunikazzjoni mal-bnedmin u nemmen li l-bnedmin huma kollha intelliġenti li kapaċi jiġgudikaw bejn min hu ġenwin magħhom u min mhux '
s-98 Wara aktar minn 10 snin f'Bay Radio, Carlo Borg Bonaci għadda għall-X- FM fejn kompla jespandi fuq il-proġett tiegħu li jkompli jwessa' l-kunċett tal-kontenut waqt il-programmi tar-radju.
s-99 ' Nemmen li anki hemmhekk irnexxielna nkomplu nsaħħu dik id-differenza bejn radijiet oħra li jiddandnu b'sempliċi mikrofonu biex jimlew il-ħin fl-iskeda tagħhom.
s-100 'Ir-radju hu tant sabiħ u l-mod kif tittrattah hu arti minnu nnifsu ' isostni.

Text viewDownload CoNNL-U