Dependency Tree

Universal Dependencies - Maltese - MUDT

LanguageMaltese
ProjectMUDT
Corpus Parttrain
AnnotationČéplö, Slavomír; Zeman, Daniel

Select a sentence

Showing 502 - 601 of 1123 • previousnext

s-502 U ħolom li qed ipoġġilha l-fjuri kkuluriti fuq sidirha abjad.
s-503 Darba waħda staqsietu jekk qattx ħasibha biex imur jaraha.
s-504 'Ejja,' qaltlu.
s-505 'Ejja int,' qalilha.
s-506 Imma hi ma kellhiex ħsieb li żżur gżira bla xmara.
s-507 Allura ċeda.
s-508 Wara kollox kien ilu ma jsiefer.
s-509 Kien nesa x'jiġifieri ssiefer.
s-510 Staqsieha kif se jsibha u qaltlu, 'issibni ħdejn ix-xmara.'
s-511 U daħaq.
s-512 Qalilha li hekk mhux biżżejjed biex jiltaqgħu.
s-513 ' Ejja, ' qaltlu, ' biex tara l-ilma miexi tax-xmara bħal liżar kbir, ejja biex tismagħha tirrakkontalek l-istejjer ta' mħabba.
s-514 U tibżax, lili ssibni żgur.
s-515 Twasslek hi għal għandi.
s-516 Dik kienet l-ewwel darba f'għoxrin sena li telaq mill-gżira biex imur ifittex l-imħabba ħdejn id-Danubju.
s-517 Kien ċert li kienet ġennata mill-kbar.
s-518 Għax hu kien tip prattiku s-soltu, ir-romantiċiżmu jqażżu sal-punt tan-nawsja, u ħafna drabi ma jemminx fl-imħabba.
s-519 Ħalef li ma kellux jaqa' għal xmara oħra ta' dmugħ.
s-520 Ma kellux iħalli d-Danubju tisseduċih.
s-521 Imma xorta waħda kien jinsab fuq l-ajruplan lejn Budapest biex ifittex lil Eva, sabiħa u misterjuża, li sar jafha biss fuq facebook, u bla indirizz, wara kollox, forsi ma jsibhiex, imma anki din, fiha nfisha, kienet sabiħa.
s-522 Le, ma kienx inkwetat għax fl-aħħar mill-aħħar jekk Eva ma teżistix, kellu jqatta' biss ftit jiem fil-lukanda ta' ħdejn il-pont tal-ktajjen u mbagħad iparpar lura mnejn telaq.
s-523 Ix-xmara ma rrakontatlu l-ebda storja fis-sigħat bikrin ta' wara nofsinhar.
s-524 Fakkritu biss fix-xmara ta' pajjiżu u ħallietu waħdu jibki l-memorja tagħhom...
s-525 Ħalef li din kienet l-ewwel u l-aħħar darba li se jżur belt bix-xmara għaddejja siekta.
s-526 U jekk ma jsibx lil Eva kien se jippakkja kollox u jmur lura l-ajruport dakinhar stess.
s-527 Imma filgħaxija, meta x-xemx kienet għadha mdendla, ra tfajla bil-fjuri f'idejha tistenna lil xi ħadd jiġi jixtri.
s-528 U resaq bil-mod biex jara min kienet.
s-529 Hi kienet.
s-530 Is-sabiħa Eva tal-ħafna stejjer u l-ħafna ħrejjef.
s-531 Fil-pront għarfitu u tbissmet.
s-532 U għal ftit waqtiet, sa ma niżlet ix-xemx ma tkellmux.
s-533 Imbagħad tefgħu l-fjuri li kien fadlilha fix-xmara, 'għal niesek,' qaltlu, 'għal niesek li nqatlu u tefgħuhom fix-xmara.'
s-534 Kellha appartament ċkejken Eva, kollu njam iżaqżaq ma' kull pass umli li tagħmel.
s-535 Kċina li tesa biss persuna waħda, sufan u mejda qodma u żlugati u kamra tas-sodda bit-tojlit u xawer ġo fiha.
s-536 U kien hemm bieb ieħor li dehrlu li kienet il-kamra tal-imbarazz.
s-537 Stħajjel li kienet żgħira bħall-bqija tal-kmamar l-oħra u li malli tiftaħ il-bieb jisplodi kollox għal wiċċek.
s-538 Kielu u nħabbu u pejpu sigarett wara l-ieħor, u ma' kull ċikka li ntfiet intemmet storja oħra.
s-539 Kien fit-tieni lejl li qam biex jixrob ftit ilma u ra dawl ċkejken ħiereġ mill-kamra li skontu kienet tal-imbarazz.
s-540 Imma fil-fatt kien mar żmerċ.
s-541 Ma kinitx kamra tal-imbarazz għax kieku ma kienx hemm id-dawl ħiereġ u l-bieb imbexxaq, għax kieku, kif stħajjel hu, l-imbarazz kien ikun qed jittawwal mill-bieb u minn dal-bieb kien hemm biss kalma ħierġa u ftit dawl bati.
s-542 Ma resaqx iktar, xorob ftit ilma u reġa' mar fis-sodda jistennieha tiġi tgħannqu.
s-543 Ma jafx ġietx għax x'aktarx laħaq raqad.
s-544 Imma l-għada filgħodu, xħin Eva kienet qed tinħasel mar jipprova jidħol fil-kamra, għax qal f'qalbu, x'seta' kellha dil-kamra isbaħ minn raġel għarwien fis-sodda.
s-545 Il-bieb sabu msakkar.
s-546 Qatt ma kienet kelmitu fuqha u meta filgħaxija staqsieha x'hemm fiha qaltlu li hemm il-memorji ta' niesha u li għalih ma kienu jfissru xejn.
s-547 L-aħħar lejl ta' nbid u mħabba, sigaretti u stejjer, kien wieħed mill-iktar intimi.
s-548 Stedinha biex tmur għandu.
s-549 U qaltlu li kien diffiċli tħalli lil niesha warajha.
s-550 Qaltlu biex jerġa' jmur iżurha u wegħedha li jmur ma jdumx.
s-551 U kien dak l-istess lejl, l-aħħar lejl, li reġa' qam bil-għatx, wara ħolma ftit skabruża, ftit skifuża, u hekk kif ħareġ mill-kamra, sab l-istess bieb tal-kamra ċ-ċkejkna mbexxaq, b'dawl bati inkejjuż.
s-552 U mexa lejha bil-mod, jipprova ma jħallix l-injam ta' taħt saqajh jikxfu, bexxaq il-bieb bil-kalma u ħass riħa stramba tifggħu.
s-553 'Hawnhekk ħadd qatt ma jidħol,' semagħha tgħidlu.
s-554 ' Aħfirli Eva, imma mhux l-ewwel darba li rajtek f'dil-kamra kemm ili hawn u ddum ma terġa' tidħol fis-sodda.
s-555 Qabditni l-kurżita.
s-556 Xi tkun din il-kamra riħa ta'... riħa ta' mewt? '
s-557 Dak il-ħin, Eva xagħlet id-dawl u l-kamra mtliet ħars mitfi.
s-558 Kull ħajt kien mimli ritratti tan-nies.
s-559 Kull ritratt kien ċkejken bħal dak tal-passaport, u kien ippinjat mal-ħajt.
s-560 Kull ħajt, l-erbgħa ħitan kienu mimlija ritratti, wieħed ħdejn l-ieħor minn saqaf sa art.
s-561 Imbagħad ħares fuq rasu u anki s-saqaf kien inċanat bihom, iħarsu lejh.
s-562 Hi biss kienet qed tħares lejn l-art dak il-ħin.
s-563 Eva biss.
s-564 ' Dawn niesi, ' qaltlu, ' li nqatlu u ntefgħu fid-Danubju.
s-565 Kieku għedtlek bihom qabel, ma kontx tiġi. '
s-566 U dak il-ħin lemaħ f'għajnejha għajjiena l-ħarsa siekta.
s-567 Kienu ġabuh dahru mal-ħajt.
s-568 Daħak, għax fil-veru sens tal-kelma, kien jinsab bilqiegħda ma' l-art, dahru ma' blata kiesħa.
s-569 Fuq ħoġru kellu ħatar iswed, b'ras tonda.
s-570 Idejh imċappsa bid-demm, mhux minn tiegħu, iżda minn ta' sid il-ħatar.
s-571 Ħwejġu kienu mċarrtin, kien migruf minn fuq s'isfel, il-kaxxa ta' sidru tuġgħu bid-daqqiet li kien qala' fil-ġlieda.
s-572 Kellu siequ l-leminija misluħa u taħarqu kull darba li l-għaraq beda jaqa' fil-ġerħa.
s-573 'Ġejjin mgħallem!' għajjat Damjan li kien bilwieqfa ftit passi 'l bogħod, jittawwal lejn l-għelieqi ta' taħthom.
s-574 Kuġinuh, Sa-marin, kien bilqiegħda fuq blata oħra faċċata tagħhom, dahru lejhom u jħares in-naħa l-oħra.
s-575 Kull ma huma iżgħar minni ftit snin, u xorta jsejħuli mgħallem.
s-576 Imma żgur kienu iżgħar?
s-577 Kienu ħafna ikbar!
s-578 Daħħal idu fil-but tal-ġlekk skur li kien liebes, u ħareġ mazz karti, mqattgħin minn naħa waħda.
s-579 Kienu diġà mċappsin sew bid-demm, għax kien ilu triq sħiħa jdaħħal idu fil-but biex ikun żgur li għadhom hemm.
s-580 Ħares lejhom u tbissem.
s-581 Kull karta kienet miksija b'kitba rqiqa sabiħa, isem wara isem, wieħed wara l-ieħor.
s-582 Tewa l-karti f'erbgħa u deffishom fiż-żarbuna.
s-583 Issa li kien irnexxielu jakkwistahom, kien se jagħmel li jista' biex ma jitlifhomx.
s-584 Min jaf kemm se jinkorla la jsib il-paġni mqattgħin!
s-585 Ħallieh ħa jinkorla.
s-586 Iċ-ċuċata li ma stajtx nisraq il-ktejjeb sħiħ.
s-587 U kieku qatt iżjed attent, kien ikolli l-imfetaħ ukoll!
s-588 Issa kellu l-ħatar x'jieħu ħsieb.
s-589 'Ersaq 'l hawn Damjan.'
s-590 It-tifel, boċċu boċċu, b'wiċċu mfaqqa', ruxxan mill-ġiri kollu li kienu ġrew, resaq maġenbu u l-Anġlu nġibed miegħu u qam bilwieqfa.
s-591 Kien għajjien.
s-592 Kien ilhom sitt sigħat jiġru bla waqfien, u issa kien ilhom ma jorqdu jumejn.
s-593 Ħali iċ-ċinturin u fetaħ il-buttuna tal-qalziet.
s-594 Daħħal il-ħatar fil-qalza maġenb siequ l-leminija, u reġa' qafel kollox.
s-595 Imbagħad ħareġ maktur mimli demm mill-but u qattgħu biċċiet u rabathom ma' siequ.
s-596 Mexa żewġ passi biex jara kif iħossu.
s-597 Min jarah jgħid li weġġa' siequ u ma jistax jimxi sew fuqha.
s-598 'Reskin mgħallem!' reġa' sejjaħ Damjan, li kien reġa' ħa postu jħares 'l isfel.
s-599 'X'ħa nagħmlu?'
s-600 ' Ma nistgħux naħarbu iżjed.
s-601 Ħallihom jaqbduna. '

Text viewDownload CoNNL-U