s-404
| Kieku kien hawn ċertament li kien jirrispondi għad-domanda ta' l-Onor. Interpellant. |
s-405
| Irrid ngħid ukoll li ħadd m'għandu jippretendi li dak il-ministru li jqum biex jirrispondi fl-assenza ta' sieħbu, f'daqqa waħda jsir espert u informat f'kollox fuq qasam li mhux tiegħu. |
s-406
| L-ewwel ħaġa mhix prudenza li jien nidħol fuq sieħbi u l-mistoqsija li donnu se jibqa' jinsisti fuqha l-Onor. Farrugia, hi fuq materja totalment differenti minn dik originali. |
s-407
| Jien mhux daqshekk prużuntuż li ndaħħal imnieħri f'kollox ! |
s-408
| Jekk l-Onor. Farrugia jrid li nitkellmu fuq il-vultaġġ tad-dawl nista' nwieġbu sa ċertu punt għax għandi ftit esperjenza fuq dawn l-affarijiet, imma m'għandux jippretendi li nirrispondih għal kull domanda li jagħmilli. |
s-409
| Diġa' għedtlu li l-Ministru Bonnici hu l-bniedem intiż fuq dawn l-affarijiet u nitolbu jistaqsi lilu. |
s-410
| Qomt jien nirrispondi l-mistoqsija oriġinali dwar vultaġġ peress li sieħbi jinsab impenjat fuq xogħol ieħor tal-gvern. |
s-411
| Jekk l-Onor. Interpellant irid jagħmel aktar domandi, nitolbu jagħmilhom lil min għandu jagħmilhom. |
s-412
| Naħseb li anke l-etika hekk titlob. |
s-413
| MR SPEAKER: L-Onor. Mizzi. |
s-414
| ONOR. JOE MIZZI: Il-Ministru qed isemmi l-etika u jien ngħidlu li l-etika titlob li l-ministri jkunu qegħdin hawn preżenti fil-Kamra. |
s-415
| Naħseb li jaqbel miegħi wkoll li dak il-ministru li lilu tiġi indirizzata l-ewwel interprellanza li tkun tidher fuq l-aġenda, għandu jkun preżenti biex jagħti t-tweġiba tiegħu. |
s-416
| (Interruzzjonijiet) Forsi xi ħadd jista' jispjegalna għaliex m'huwiex qiegħed hawn il-Ministru Josef Bonnici? |
s-417
| Jista' jkun li għalih hemm ħaġa oħra li tiġi qabel l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż! |
s-418
| MR SPEAKER: Il-Ministru |
s-419
| ONOR. NINU ZAMMIT: Jiena nerġa' ngħid li l-ministru m'huwiex assenti b'kapriċċ imma qiegħed fuq xogħol ieħor tal-gvern. |
s-420
| (Interuzzjonijiet) |
s-421
| Sur President, jien infakkar lill-Onor. Mizzi li meta huma kienu fuq din in-naħa tal-Kamra kien iqum hu jirrispondi f'isem kulħadd. |
s-422
| Dak iż-żmien ma kienx jiġi ministru wieħed hawn ġew imma kienu jbellgħu kollox lilu u kien jieħu pjaċir iservi għal kulħadd! |
s-423
| MR SPEAKER: l-Onor. Mizzi. |
s-424
| ONOR. JOE MIZZI: Meta jiena kont nirrispondi f'isem sħabi intom kontu takkużawna b'irresponsabbilta ', allavolja kontu tkunu tafu li sħabi kienu qegħdin fuq xogħol ieħor tal-gvern. |
s-425
| Issa tistgħu tgħidulna fuq liema xogħol qiegħed l-Onor. Josef Bonnici? |
s-426
| Jien naħseb li l-Ministru qed jgħid li qiegħed fuq xogħol ieħor biex jgħattilu! |
s-427
| MR SPEAKER: Il-Ministru. |
s-428
| ONOR. NINU ZAMMIT: Nerġa' niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Mizzi li l-Ministru Josef Bonnici llum m'huwiex hawn preżenti minħabba li għandu xogħol ieħor. |
s-429
| (Interruzzjonijiet) Meta se nitgħallmu nirrispettaw lil xulxin hawnhekk? |
s-430
| MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni. |
s-431
| ONOR. NINU ZAMMIT: Nerġa' nfakkar li fl-amministazzjoni preċedenti, ta' kuljum preċett l-uniku ministru li kien jiġi hawnhekk biex jirrispondi għall-interpellanzi kien l-Onor. Joe Mizzi, ministru mingħajr portafoll. |
s-432
| Kien iservi għall-ministri l-oħra kollha. |
s-433
| (Interruzzjonijiet) Ara x'jidħaq l-Onor. Farrugia! |
s-434
| MR SPEAKER: L-Onor. Farrugia. |
s-435
| ONOR. NOEL FARRUGIA: Qed nidħak għax il-Ministru qed jikkonferma li almenu kien jirrispondi l-Onor. Joe Mizzi! |
s-436
| (Interruzzjonijiet) Lili ħadd m'hu qed jirrispondini, allavolja qed inkun prudenti fil-mistoqsijiet li nagħmel. |
s-437
| Nerġa' ngħid li tliet ġimgħat ilu tħabbar li l-MDC, l-IPSE u l-METCO kellhom jingħaqdu f'organizzazzjoni waħda u jien nixtieq li xi ħadd jgħidli x'se tkun il-pożizzjoni tal-management u tal-ħaddiema! |
s-438
| L-impjieg tagħhom se jkun imħares u ssalvagwardat taħt din l-intrapriża l-ġdida? |
s-439
| Din hija xi ħaġa li jkun jafha kull ministru għax nifhem li d-deċiżjoni tkun ġiet approvata mill-kabinett. |
s-440
| Jekk il-Ministru m'għandux din l-informazzjoni jgħidli li ma jafx, imma peress li hawn qed nitkellmu fuq kwestjoni ta' natura ġenerali, kont nippretendi li dawn l-affarijiet ikun jafhom fuq ponot subgħajh! |
s-441
| MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru. |
s-442
| ONOR. LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): L-ewwelnett il-Ministru Bonnici m'huwiex qiegħed hawn għax għandu mpenji oħra, bħalma nimmaġina li għandhom impenji oħra l-Kap ta' l-Oppożizzjoni li m'huwiex qiegħed hawn, l-Onor. Charles Buhagiar, l-Onor. John Attard Montalto, l-Onor. Joe Cuschieri, l-Onor. Helena Dall u l-Onor. Carmelo Vella. |
s-443
| Fi kliem ieħor l-oppożizzjoni kollha m'hijiex hawn ħlief għall-Onor. Noel Farrugia u l-Onor. Joe Mizzi! |
s-444
| MR SPEAKER: On a point of order, l-Onor. Mizzi. |
s-445
| ONOR. JOE MIZZI: Filwaqt li l-mistoqsijiet isiru minn din in-naħa għalkemm jista' jagħmilhom ħaddieħor ukoll, il-Viċi Prim Ministru m'huwiex qed jgħid li l-prim ministru, li huwa responsabbli mill-kabinett u allura jista' jirrispondi f'isem kulħadd, lanqas m'hu qiegħed hawn preżenti. |
s-446
| Biex nuri l-irresponsabbilta' tan-naħa tal-gvern li lanqas għandhom membri biżżejjed biex iżommu l-parlament għaddej, qed ngħajjat għal quorum, Sur President. |
s-447
| MR SPEAKER: Hawn talba għal quorum. |
s-448
| Is-Seduta hija sospiża għal-ħames minuti. |
s-449
| Is-Seduta ġiet sospiża fis-6. 14 p. m. minħabba nuqqas ta' quorum u rriżumiet ħames minuti wara. |
s-450
| MR SPEAKER: Is-Seduta tkompli. |
s-451
| L-Onor. Mizzi. |
s-452
| ONOR. JOE MIZZI: Ninsisti fuq it-talba tiegħi. |
s-453
| MR SPEAKER: Nitlob lill-Iskrivan tal-Kamra jgħodd in-numru ta' l-Onor. Membri preżenti. |
s-454
| Preżenti kienu l-Onor: Francis Agius Frederick Azzopardi Michael Bonnici Joe Borg Tonio Borg John Dalli Louis Deguara Eddie Fenech Adami Censu Galea Mario Galea Lawrence Gonzi Joe Mizzi Michael Refalo Ninu Zammit |
s-455
| MR SPEAKER: Peress li m'hawnx preżenti n-numru ta' membri kif rikjest bir-regolamenti, qed naġġorna l-Kamra għal nhar it-Tnejn 1 ta' Lulju, 2002 fis-6: 00 p. m. bl-istess aġenda. |
s-456
| Fis-6: 20 p. m. il-Kamra aġġornat. |
s-457
| JAKE JEW NATHAN? |
s-458
| Krista, tfajla ta' sittax-il sena, b'figura pulita, b'għajnejha żoroq u xagħarha iswed, din is-sena bdiet tattendi għall-ewwel darba ġo skola post- sekondarja. |
s-459
| Jake, ħabib kbir ta' Krista, huwa ġuvni gustuż ħafna, b'għajnejh ħodor u xagħru kannella ċar. |
s-460
| Huwa ġuvni qalbu tajba ħafna u jħobb jgħin lil kulħadd. |
s-461
| Min ma kienx jafhom sew lil Krista u lil Jake kien jgħid li huma għarajjes għax dejjem kont tarahom flimkien, f'kelma waħda, inseparabbli. |
s-462
| Krista u Jake kienu jgħixu qrib xulxin u ilhom ħbieb sa minn ċkunithom. |
s-463
| Meta bdew jattendu skola ġdida, għalkemm Krista u Jake għażlu xi suġġetti l-istess, ma nzertawx flimkien fil-klassijiet. |
s-464
| Waqt lezzjoni tal-Malti Krista iltaqgħet ma' Nathan, ġuvni tal-istess età tagħha li tista' tgħid it-tfajliet kollha kienu ffissati fuqu. |
s-465
| Dawn it-tnejn malajr saru ħbieb. |
s-466
| Wara ftit taż-żmien Nathan staqsa lil Krista biex toħroġ miegħu u hi aċċettat għax minbarra li kien jogħġobha fiżikament, il-karattru tiegħu laqatha mill-ewwel. |
s-467
| Meta Jake sar jaf li bdiet toħroġ ma' Nathan ma tantx ħa gost għax kien sama' xi tfajliet jitkellmu dwaru u ma tantx qalu kliem ta' tifħir. |
s-468
| Jum fost l-oħrajn, Krista u Jake kienu ftiehmu biex imorru passiġġata u hemm raw lil Nathan miexi ma' tfajla oħra. |
s-469
| Krista ddispjaċiha ħafna għax ma setgħetx tifhem għaliex għamlilha hekk. |
s-470
| Jake sab il-kuraġġ biex jistqarrilha li jħobbha u staqsieha biex toħroġ miegħu … |
s-471
| F'għajnejh għajjiena, il-ħarsa siekta. |
s-472
| Is-sikta li ilu jġorr miegħu għoxrin sena. |
s-473
| Għax għoxrin sena ilu, ix-xmara Ġordan imtliet bil-ħars ċass ta' niesu. |
s-474
| Għax għoxrin sena ilu kellu jaqbad il-ftit ritratti ċassa, bil-ħarsa mċallsa u mtappna ta' ommu u ta' missieru, u jitlaq xi mkien 'il bogħod. |
s-475
| Għax għoxrin sena ilu spiċċa fuq gżira ċkejkna f'nofs il-Mediterran u baqa' hemm: fuq dil-gżira mneżża' minn kull xmara siekta u mbikkma. |
s-476
| Ma riedx jaf bi bliet bix-xmajjar għax ix-xmajjar bħan-nanniet, kien jgħid, jirrakkuntaw ħafna stejjer qodma u koroh. |
s-477
| Għax ix-xmajjar jibku dejjem. |
s-478
| Sab baħar salvaġġ u kiefer fuq din il-gżira li kien iġiblu miegħu, kull tant żmien, l-istejjer imdemma ta' sħabu u niesu. |
s-479
| U kien jirrabja mal-blat aħrax. |
s-480
| Jirrabja għax ma kienx hemm biex jgħinhom. |
s-481
| Jirrabja għax beża' u telaq u ma kienx se jerġa' jmur lura. |
s-482
| Jirrabja għax l-affarijiet ma jinbidlu qatt. |
s-483
| Jirrabja fis-skiet b'għajnejh jistadu s-sewwa fil-bżieżaq imdardar max-xtajta. |
s-484
| Imbagħad darba sab lilha fuq facebook. |
s-485
| Ma tantx kien jinteressah jiċċettja ma' nies li ma jafhomx. |
s-486
| Għalih il-facebook kien biss il-pont trasparenti mad-dinja Għarbija. |
s-487
| Imma Eva kienet differenti. |
s-488
| Kienet tħobb tirrakkonta l-istejjer u l-ħrejjef li nibtu mid-Danubju: stejjer qodma u sbieħ. |
s-489
| U kien saħħru l-mod kif kienet tirrakkontahom. |
s-490
| Kienu stejjer li għenuh jitbissem u li żammewh 'il bogħod mill-uċuh ċassi fix-xmara Ġordan u mir-rakkonti tad-dwejjaq li l-baħar kien iġib miegħu minn pajjiżu sax-xtajtiet ċkejkna tal-gżira. |
s-491
| Qaltlu li mhux vera li x-xmajjar kollha għandhom memorji koroh. |
s-492
| Qaltlu li mhux vera li x-xmajjar kollha laqgħu fihom il-ħars ċass ta' nies innoċenti. |
s-493
| U hu kien jisma' u jitbissem. |
s-494
| Xi ftit xettiku forsi imma l-vuċi tagħha biss ukoll kienet tmellsu. |
s-495
| Qaltlu l-istorja tal-mara ħdejn ix-xmara li tbigħ il-fjuri sempliċi lill-irġiel biex jagħtuhom lin-nisa tagħhom; u meta jasal il-lejl u jkun fadalilha ftit fjuri, titfagħhom waħda waħda fix-xmara biex anki hi timtela bil-kuluri. |
s-496
| U qaltlu li ma' kull fjura li l-mara titfa' tinbet storja ta' mħabba. |
s-497
| M'emminx. |
s-498
| Ovvja li m'emminx. |
s-499
| Dar-romantiċiżmu kien beda jdaħħqu aktar minn xejn imma l-ħsieb ta' dil-mara ħdejn ix-xmara tbigħ il-fjuri ma setax ineħħih minn moħħu, u r-ritratt ta' Eva hemm fuq facebook, dejjem daħqan, kien sar iktar minn sempliċi ritratt ċass. |
s-500
| Jorqod u jqum beda jaħseb fuqha biss. |
s-501
| Bil-lejl kien saħansitra beda joħlom iljieli twal ta' mħabba ħdejn id-Danubju. |
s-502
| U ħolom li qed ipoġġilha l-fjuri kkuluriti fuq sidirha abjad. |
s-503
| Darba waħda staqsietu jekk qattx ħasibha biex imur jaraha. |