s-4
| Fis-seduta tal-lum xehed George Farrugia nnifsu, li kkonferma li ħutu kienu jafu li kienu qed isiru ħlasijiet bħala tixħim lil ċerti nies. |
s-5
| Dawn il-ħlasijiet kienu jinkludu 500,000 dollaru lil Frank Sammut u Tancred Tabone kif ukoll 40,000 liri Maltin lil Alfred Mallia u Tarcisio Mifsud. |
s-6
| Rapport aktar dettaljat fil-ħin li ġej. |
s-7
| • Fil-preżenza tal-avukati tiegħu Sigfried Borg Cole u Franco Debono, Farrugia spjega kif sal-2010 huwa kellu negozju ma' ħutu li kienu jinkludu l-John's Garage, Sunrays Travel, JF Motors u l-Power Plan. |
s-8
| Huwa spjega kif fir-rigward tal-Power Plan huwa kien wieħed mill-firmatarji flimkien ma' ħutu u biex jinħareġ ċekk dan kellu jiġi iffirmat minn tnejn mill-aħwa. |
s-9
| Farrugia qal li fil-bidu l-Power Plan kienet taħdem fil-qasam tal-petrol stations imma maż-żmien ried isib kumpanija biex jibda jinnegozja fuq iż-żjut u daħal f'arranġament mal-kumpanija Total. |
s-10
| Ħafna mix-xogħol kien jagħmlu hu imma ġieli kellu l-għajnuna minn xi ħadd minn ħutu għalkemm ma semmix min kienu. |
s-11
| Skont hu kien ikollu ħafna diskorsi ma' ħutu u ġieli kellhom laqgħat fil-bord. |
s-12
| Farrugia semma kif huwa tkellem ma' Alfred Mallia li kien il-kap tal-Petroleum Division tal-Enemalta fejn dan ried li jieħu parti mill-qliegħ bil-ftehim bejn l-istess Enemalta u t-Total. |
s-13
| F'dan iż-żmien tkellimt ma' Alfred Mallia li kien head petroleum u jieħu ħsieb storage li jaqgħu taħt dipartiment tiegħu, kellu klijenti privati li krew xi attivita u xtaqu jibdew jixtru xogħol minn Malta. |
s-14
| Mhux bħala uffiċjal Enemalta. |
s-15
| Qalli nistaqsi total ikunux interessati jbiegħu parcels lill-kumpanija. |
s-16
| Ix-xhud qal li huwa qal lil Mallia li kien se jkellem lil ħutu dwar dan u fil-fatt dawn qablu li seta jmexxi bl-arranġament ma' Mallia fejn il-ħlas kien se jkun ta' 12 ċ kull tunellata kull xahar fuq il-ħażna tat-Total. |
s-17
| Farrugia semma kif huwa tkellem ukoll ma' Frank Sammut fejn wara li mar għandu fl-uffiċċju tiegħu dan talbu biex joħorġu dawra bil-karozza u nfurmah li kien lest jirranġalu mal-MOBC jekk ikun hemm xi ħaġa għalih. |
s-18
| Ix-xhud qal li huwa offra lil Sammut nofs il-'commission', li kienet ekwivalenti għal 50 ċ ta' Dollaru Amerikan fuq kull tunellata, u nforma lil ħutu dwar dan. |
s-19
| Huwa qal li ħutu tant kienu jaf b'dan li parti mill-pagament lil Sammut kien vettura tat-tip Ssangyon Korando li kienet tiġi impurtata mill-kumpanija tagħhom JF Motors. |
s-20
| Ix-xhud saħaq li huwa ma kienx se jagħti karozzi b'xejn u ried l-approvazzjoni ta' ħutu u semma kif eventwalment il-vettura kienet imħallsa mill-Power Plan u reġistrata fuq iben Sammut. |
s-21
| Farrugia żied li wara inċident li kien involut fih Mallia mar jarah l-isptar u Mallia qallu biex ikellem lil Tarcisio Mifsud li kien il-Kap tal-Finanzi tal-Enemalta. |
s-22
| Dan tal-aħħar qallu biex dak li kien jagħti lil Mallia seta jagħtih lilu u mbagħad jieħu ħsieb hu ta' Mallia. |
s-23
| Ix-xhud żied li darba kellmu l-accountant jew l-awditur tal-kumpaniji tagħhom u fil-preżenza ta' ħutu ġibidlu l-attenzjoni li ma setgħux jinħarġu iktar pagamenti mingħajr 'invoice'. |
s-24
| Farrugia qal li fil-laqgħa huwa nforma lil ħutu li kien se jieħu ħsieb hu ta' dan u sar qbil li jżomm 20 % tad-dħul relatat min-negozju taż-żejt. |
s-25
| Kien f'dan l-istadju li fetaħ il-kumpanija Aikon u kellu kont bankarju fl-Iżvizzera biex parti mill-ħlasijiet isiru f'Malta u oħrajn barra. |
s-26
| Waqt li ammetta li ma kienx trasparenti ma' ħutu, Farrugia semma kif darba tela Ġinebra biex jagħti $ 20,000 lil Tancred Tabone, eks- Ċermen tal-Enemalta li qabel din il-kariga kien involut fl-MOBC. |
s-27
| Dan Tabone darba qallu li Allaħares ikun jaf li kien qed jagħti xi ħaġa lil Tarcisio Mifsud u ried anke s-sehem li kien qed jingħata lil Frank Sammut. |
s-28
| Farrugia semma wkoll kif il-Power Plan kienet kumpanija profittabbli u ħafna drabi kienet issostni telf li kienu jagħmlu kumpaniji oħra tal-familja. |
s-29
| Skont hu, il-'commissions' kienu jidhru bħala 'spejjeż'. |
s-30
| Għalkemm Tabone spiċċa mill-Enemalta fl-2005 baqa' jitolbu ħlasijiet sal-2006 sakemm darba iddeċieda li ma jibqax jagħtih il-flus li kien qed jgħaddilu. |
s-31
| Huwa semma anke kif fiż-żmien meta Tabone kien Ċermen tal-Enemalta l-karozza li kienu juża kienet mikrija mingħand il-kumpanija tagħhom. |
s-32
| Ix-xhud semma wkoll persuna oħra li għaddejja proċeduri fil-Qorti tal-Maġistrati b'rabta ma' dan il-każ, Raymond Ferris. |
s-33
| Dan Ferris qallu li seta jinfluwenza n-negozju u darba talbu € 40,000. |
s-34
| Huwa tkellem ma' ħutu u xtralu tliet rigali tal-fidda li jiswew bejn € 4,000 jew € 6,000 li tħallsu minn Power Plan. |
s-35
| Ix-xhud kompla li darba kien imsiefer u meta rritorna sab li l-kont tal-Power Plan kien 'imnaddaf'. |
s-36
| Huwa semma kif ġieli kien ikun hemm problemi finazjarji fil-kumpaniji l-oħra u l-Power Plan kienet tagħmel tajjeb għalihom. |
s-37
| Fix-xiehda tiegħu, Farrugia semma anke lil Tony Debono fejn qal li wara li dan sar konsulent tal-kumpaniji tal-familja beda jitolbu ħlas żejjed għal kull biċċa negozju li kienu jagħmlu. |
s-38
| Darba dan Debono qallu li kien se jsir ambaxxatur u li bis-saħħa tiegħu setgħu jkollhom iktar xogħol imma Farrugia sostna li huwa ma kienx ikun irid jagħtih il-flus li kien qed jitolbu. |
s-39
| Huwa semma kif darba huwa ltaqa' ma' Ronnie Agius, ħabib tiegħu li kien ukoll ħabib ta' Debono, u dan qallu li l-istess Debono kien stqarr miegħu li ried ikissru talli ma kienx jagħtih il-flus li kien jitolbu. |
s-40
| Waqt li semma kif jum minnhom fuq it-telefon dan Debono spiċċa anke jhedded lill-avukat tiegħu Sigfried Borg Cole, Farrugia semma kif fi żmien it-Tazza tad-Dinja 2019 Debono daħal fil-kompjuter tiegħu bl-għajnuna ta' Chris Farrugia, li jiġi neputih, u ċertu informazzjoni spiċċat għan il-mezzi tax-xandir. |
s-41
| Dwar l-ammont ta' ħlas li saru fit-tixħim li sar, ix-xhud semma li bejniethom Frank Sammut u Tancred Tabone ħadu $ 500,000 waqt li Alfred Mallia u Tarcisio Mifsud ħadu bejniethom Lm 40,000. |
s-42
| Waqt li semma kif ħutu ma kienux jafu bil-kumpanija Aikon, li huwa waqqafha biex isservi bħala 'bypass' għall-ħlasijiet li dwarhom kien ilment l-awditur, Farrugia sostna li ħutu ma qalulu xejn għala ma kienux għadhom jinħarġu flus minn Malta kif kien isir qabel. |
s-43
| Il-prosekuzzjoni f'dan il-każ qed titmexxa mill-Ispettur Jonathan Ferris waqt li l-ħamest aħwa Farrugia għandhom jiddefendihom lill-Avukat David Farrugia Sacco. |
s-44
| IL-PARTIT NAZZJONALISTA ddeċieda li l-Professur Guido de Marco għandu jinħatar President tar-Repubblika meta nhar Ħadd il-Għid, Dr Ugo Mifsud Bonnici jispiċċa mill-ħatra. |
s-45
| Il-PN kien lest iħabbar id-deċiżjoni tiegħu iżda issa l-affarijiet tħabblu ftit minħabba l-operazzjoni tal-qalb li se jagħmel illum il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami. |
s-46
| Sakemm l-avukat Fenech Adami jirkupra u jerġa' lura għall-ħatra tiegħu ta' Prim Ministru u Kap tal-PN, se jkun hemm bżonn persuna li sservi ta' aġent prim ministru u aġent kap tal-PN. |
s-47
| Nies qrib il-professur de Marco jgħidu li għandu jkun hu li jimla l-ħatra ta' Fenech Adami u jekk ikun hemm bżonn persuna oħra għandu jinħatar aġent president tar-repubblika biex jimla l-ħatra ta' Dr. Mifsud Bonnici. |
s-48
| Iżda grupp fi ħdan il-PN qiegħed jgħid li għandu jkun il-Ministru Lawrence Gonzi li jingħata l-ħatra ta' aġent prim ministru u aġent kap tal-PN minn issa, u mhux wara li l-professur Guido de Marco jsir il-President tar-Repubblika. |
s-49
| Hemm min qiegħed jittama li t-tluq ta' de Marco minn viċi - prim ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin iġib miegħu tibdil fil-kabinett Nazzjonalista. |
s-50
| Iżda hemm min irid li t-tibdil ikun mill-inqas u li r-responsabbiltajiet ta' de Marco jinqasmu fuq uħud minn dawk li huma diġà ministri u segretarji parlamentari. |
s-51
| Il-kanvassers tas-Segretarju Parlamentari Joe Borġ qegħdin jistennew li jsir ministru. |
s-52
| Sadanittant, il-kanvassers ta' l-avukat Michael Frendo qegħdin jaraw it-tluq ta' de Marco bħala ċans ġdid biex Frendo jidħol fil-Parlament bl-elezzjoni każwali fuq l-għaxar distrett. |
s-53
| Imma fil-PN hemm dawk li jixtiequ li Frendo jinżamm barra għax jirraġunaw li Frendo diġà ngħata ċans u tilfu meta minfloku daħlet Dolores Cristina bl-elezzjoni każwali għall-post ċedut minn Francis Zammit Dimech. |
s-54
| Jingħad li hemm min għamel proposti biex jittieħdu passi biex Dr. Frendo ma jingħatax ċans ieħor. |
s-55
| Fid-daħla tiegħu l-Belt, ir-Re tal-Karnival ilbieraħ kellu warajh folla ta' protesta. |
s-56
| B'kartelluni b'messaġġi ta' għadab ħaddiema li jarmaw il-karrijiet tal-Karnival ipprotestaw kontra l-fatt li l-Gvern baqa' ma provdilhomx post alternattiv fejn jibnu l-karrijiet. |
s-57
| Il-mijiet ta' nies li telgħu l-Belt biex igawdu l-Karnival laqgħu b'applaws din il-protesta mill-ħaddiema tal-karrijiet. |
s-58
| Kartelluni minnhom saħansitra staqsew jekk dan hux se jkun l-aħħar Karnival. |
s-59
| Oħrajn staqsew kif il-Gvern irid jeqred attrazzjoni turistika bħal Karnival. |
s-60
| Din is-saga ilha għaddejja s-snin imma laħqet il-qofol tagħha f'dawn l-aħħar ġimgħat hekk kif il-Gvern ħareġ ordni ta' evakwazzjoni ta' dawn il-bennejja minn Sant Iermu u minn Ħal Luqa. |
s-61
| Fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet il-Partit Nazzjonalista b'wegħda elettorali numru 296 qal li 'se jinbena l-Villaġġ tal-Karnival, inkluż mużew permanenti li jservi biex jimplimentaw programm ġenerali għat-tisħiħ tal-arti u s-snajja etniċi.' |
s-62
| Dan l-aħħar il-Gvern kien ippropona li l-organizzaturi jiċċaqalqu għal Ta' Qali imma l-ħaddiema sostnew li dan hu wisq 'l bogħod għalihom. |
s-63
| Talba li għamlu s-sidien tal-karrijiet biex jibdew jużaw fabbrika mitluq fil-Marsa ma ntlaqgħetx mill-Malta Enterprise. |
s-64
| F'Haiti, eluf ta' nies għaddew it-tieni lejl tagħhom barra wara t-terremot qerriedi li ħalla għexieren ta' eluf mejtin. |
s-65
| Aġenzija li qed tagħti għajnuna medika fil-pajjiż irrappurtat influss massiv ta' persuni midrubin li qed jingħataw l-għajnuna fi kliniċi li twaqqfu apposta. |
s-66
| It-tfittxija għal dawk li baqgħu ħajjin u li jinsabu taħt it-tifrik baqgħet għaddejja anki wara li dalam. |
s-67
| Fi ftit sigħat oħra għandha tibda tasal għajnuna sostanzjali minn pajjiżi barranin għat-tliet miljun persuna li hu mifhum li għandhom bżonn l-għajnuna. |
s-68
| L-ewwel ajruplani Amerikani bl-għajnuna diġà waslu fl-ajruport tal-post. |
s-69
| Pajjiżi tal-UE, ir-Russja u ċ-Ċina huma fost dawk li se jibagħtu timijiet ta' salvataġġ u mediċi biex jagħtu l-għajnuna. |
s-70
| F'Malta, l-organizzazzjoni SOS Malta ħeġġet lill-pubbliku Malti sabiex jagħti d-donazzjonijiet tiegħu permezz ta' kontijiet bankarji ħalli jgħinu lil dawk li ntlaqtu mit-terremot. |
s-71
| Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili wkoll qed jagħmel tħejjijiet biex jorganizza ġabra ta' bżonnijiet bażiċi għall-vittmi. |
s-72
| Għal dan il-għan, id-Dipartiment se jorganizza ġabra fis-Sezzjoni tal-Għajnuna Umanitarja fil-Marsa nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej. |
s-73
| Dettalji dwar liema tip ta' oġġetti se jinġabru se jiġu komunikati aktar tard. |
s-74
| Anke l-Caritas Malta bdiet kampanja ta' ġbir ta' fondi għal dawn il-vittmi. |
s-75
| L-Arċisqof Pawlu Cremona u l-Isqof t'Għawdex Mario Grech taw l-approvazzjoni tagħhom għal din il-kampanja u appellaw għall-ġenerożità tal-poplu biex jgħinu lil dawk li qed ibatu. |
s-76
| Id-donazzjonijiet jistgħu jingħataw lill-kappillani tal-parroċċi tal-Gżejjer Maltin jew jintbagħtu direttament lill-Caritas jew f'kontijiet bankarji apposta. |
s-77
| Wara konsultazzjoni li saret il-bieraħ mal-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali tal-Kamra tar-Rappreżentanti, il-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali ħabbar li ġiet magħżula s-Sinjura Carmen Żammit bħala l-Kummissarju l-ġdid għat-Tfal. |
s-78
| L-aħbar tal-ħatra l-ġdida fissret l-għeluq uffiċjali tal-kapitlu ta' ħidma mwettqa mis-Sinjura Sonia Camilleri f'dawn l-aħħar tliet snin. |
s-79
| Camilleri kienet tefgħet ir-riżenja tagħha f'Diċembru li għadda wara li stqarret li ma setgħetx tibqa' taħdem kif xtaqet biex tħares l-interessi tat-tfal peress li swew għalxejn it-tentattivi tagħha biex isiru xi emendi fil-liġijiet. |
s-80
| Sonia Camilleri kienet qalet ukoll li l-problema l-oħra li fixklitha milli twettaq xogħolha bl-aħjar mod possibbli kienet in-nuqqas ta' riżorsi li sabet biex taħdem bihom. |
s-81
| Minn Diċembru 'l hawn, Sonia Camilleri xorta baqgħet tokkupa l-post tagħha sakemm jinstab Kummissarju ieħor. |
s-82
| Fil-fatt ir-rapport annwali għas-sena 2006, It-Tfal Issa, ġie ppubblikat f'nofs Frar li għadda meta dak in-nhar Camilleri indirizzat l-aħħar konferenza ta' l-aħbarijiet bħala Kummissarju. |
s-83
| Il-ħatra ta' Carmen Żammit se tingħata mill-Prim Ministru fil-ġranet li ġejjin. |
s-84
| Żammit għandha esperjenza estensiva fix-xogħol mat-tfal kif ukoll fil-qasam tas-servizzi soċjali. |
s-85
| Hija għandha ċertifikat fl-immaniġġjar tax-xogħol fil-qasam soċjali mill-Università ta' Malta kif ukoll diploma fl-għajnuna soċjali minn istituzzjoni għolja fl-Italja. |
s-86
| Is-Sinjura Żammit, li bdiet il-karriera tagħha bħala għalliema, dan l-aħħar okkupat il-post ta' Direttur tad-Djar. |
s-87
| Dan kien jinvolvi t-tmexxija ta' Programm Fejda u Jeanne Antide Home, żewġ djar residenzjali għal tfajliet adoloxxenti bi problemi emozzjonali u personali, kif ukoll it-tmexxija ta' Dar is-Sliem u Dar il-Liedna, li huma żewġ djar residenzjali għall-immigranti rregolari u t-tmexxija ta' Dar il-Qawsalla u Dar il-Lidna, żewġ djar għal immigranti rregolari vulnerabbli. |
s-88
| Qabel dawn il-karigi, Carmen Żammit kienet id-Direttur tad-dipartiment għall-Family Welfare kif ukoll lecturer fl-Università ta' Malta. |
s-89
| Kienet ukoll responsabbli għal programmi indirizzati għall-adoloxxenti bi problemi kif ukoll għall-vittmi ta' vjolenza domestika. |
s-90
| L-aħħar ċans |
s-91
| Minn Edwin Vassallo Koordinatur tas-Segretarjat tas-' Self - Employed ' u Negozji Żgħar tal-Partit Nazzjonalista |
s-92
| Iż-żmien għaddej, l-elezzjoni ġenerali qiegħda f'moħħ kulħadd. |
s-93
| B'mod speċjali f'moħħ dawk kollha li qed jistennew bidla fil-Gvern. |
s-94
| Matul il-kampanja elettorali li għaddiet, Alfred Sant dakinhar Kap ta' l-Oppożizzjoni, kien jgħid li dik l-elezzjoni kellha tkun l-aħħar ċans biex titneħħa l-VAT. |
s-95
| Illum, iżjed ma jgħaddi ż-żmien, sakemm tasal l-elezzjoni, iżjed nikkonfermaw li issa hu l-aħħar ċans biex nagħtu l-ħajja lix-xogħol f'dan il-pajjiż. |
s-96
| Aħna s-self employed u l-familji tagħna għandna nieħdu kull okkażjoni li nispjegaw xi jfisser li jkollok negozju u ma għandekx xogħol. |
s-97
| Hawn min ma jemminx li hawn l-istaġnar ekonomiku u li x-xogħol hu wieqaf. |
s-98
| Donnu li qisna qegħdin ngħixu fi kriżi ekonomika klandestina! |
s-99
| Jidher li baqa' dawk il-ftit li jew għaliex ma jistgħux jew għaliex hekk jaqblilhom, ma jridux jemmnu li x-xogħol hu wieqaf. |
s-100
| Għalina s-self employed, li lkoll għandna n-negozji żgħar jew imdaqqsin tagħna, għandna nispjegaw lil dawk li niltaqgħu magħhom li x-xogħol mhux jirrendi daqskemm kien jirrendi qabel. |
s-101
| Il-ħwienet tagħna u l-industriji tagħna mhumiex iħaddmu ħaddiema daqskemm nixtiequ. |
s-102
| Hawn min jaħseb li għaliex fil-weekends jara t-toroq mimlijin karrozzi allura din l-argument ta' staġnar ekonomiku hi ħrafa. |
s-103
| Ejjew nispjegaw li l-biża' li għandna aħna s-self employed li għada ma nafux għandniex xogħol hi u mhux ħrafa. |