s-204
| Irrid ngħid li fid-diskussjonijiet li kelli mal-Gvern sibt ħafna sapport għal din l-idea u anke mill-iSpeaker. |
s-205
| Ta' nota pożittiva hija li sussegwentement għal din il-laqgħa, ittieħdet id-deċiżjoni li l-konferenza fejn se tiġi diskussa din il-Kostituzzjoni u t-twaqqif tagħha se ssir f'Malta, b'rabta wkoll mal-fatt li se jkun hawn iċ-CHOGM. |
s-206
| Malta wkoll offriet appoġġ lejn it-twaqqif tagħha f'dak li hu anke li possibbilment tospita l-Assoċjazzjoni u anke toffri logistical support u nemmen li progress qiegħed isir u j' Alla f'Ġunju li ġej, meta ssir konferenza, ikun hemm l-endorsement meħtieġ minn dawk li huma nvoluti fil-Commonwealth bħala PACs, biex din tkun tista' isseħħ. |
s-207
| Ngħarraf ukoll lill-Kumitat li fil-ġranet li ġejjin se jkun hawn xi uffiċjali mis-CPA UK proprju sabiex isiru l-arranġamenti għal din il-konferenza. |
s-208
| Ma nafx jekk hawnx min jixtieq jagħmel xi rimarki. |
s-209
| L-Onor. Charles Mangion. |
s-210
| ONOR. CHARLES MANGION: |
s-211
| Din l-assoċjazzjoni li se titwaqqaf hija interessanti u xtaqt nistaqsi jekk huwiex l-iskop tagħha li tagħti poteri lill-PAC aktar minn dawk li hemm imsemmija fl-iStanding Orders u fil-Kostituzzjoni u jekk ikunx ukoll - qed ngħid dan bħala suġġeriment għall-konsiderazzjoni tiegħek, Mr Chairman - li jkun hawn diskussjoni f'dan il-Kumitat flimkien mal-Awditur Ġenerali, anke dwar il-kostituzzjoni tagħha stess, biex naraw liema hi l-aħjar proposta li nistgħu nagħmlu min-naħa tagħna. |
s-212
| THE CHAIRMAN: |
s-213
| Dwar it-tieni suġġeriment, mingħajr dubju li se jkun hawn diskussjoni, anzi dik hi l-intenzjoni. |
s-214
| Kif jiġi d-dokument formali jitressaq quddiem dan il-Kumitat sabiex tkun tista' ssir diskussjoni sabiex imbagħad Malta tieħu l-pożizzjoni formali tagħha meta jkollna d-diskussjonijiet f'Ġunju li ġej. |
s-215
| Il-ħsebijiet diġà qegħdin listed f'dan id-dokument, jiġifieri tistgħu tarawh u tagħtuni feedback. |
s-216
| Ovvjament il-vantaġġ li qiegħed Chair tal-iSteering Committee huwa li qabel ma joħroġ id-dokument finali nkun nista' nara li ċerti aspetti li nkunu qegħdin naħsbu fuqhom jidħlu fid-dokument finali. |
s-217
| Il-CAPAC hija hemm biex tagħti appoġġ. |
s-218
| Il-ħsieb hu li toħroġ ċerti standards, jiġifieri li jibda jkun hemm an element of Commowealth standard of good practice ta' kif jaħdem PAC. |
s-219
| Ħafna minnhom huma mmudellati fuq dik li ngħidulha l-Westminster tradition, però irridu nifhmu li f'pajjiżi tal-Commonwealth hemm flavours differenti ta' kif jaħdem PAC u allura fil-bidu mhux neċessarjament li kollha qegħdin jaħdmu bl-istess mod. |
s-220
| L-idea hi li din il-formazzjoni tibda toħroġ b'guidelines ta' kif issir, pereżempju sessjoni tajba. |
s-221
| It tackles the issue of advocacy; xi jsir wara mir-rapporti tal-Awditur li jiġu diskussi fil-PAC u kif jiġu followed up. |
s-222
| Dawn huma kollha aspetti li l-assoċjazzjoni tkun tista' tidħol fihom u tagħti r-rakkmandazzjonijiet tagħha. |
s-223
| Ovvjament ir-rakkmandazzjonijiet tagħha mhumiex binding għax it is an association, jiġifieri r-rulings tal-iSpeaker jibqgħu jgħoddu f'dan is-sens. |
s-224
| Nagħlaq hawnhekk il-kapitlu tal-CAPAC; inżommu lill-Kumitat aġġornat jekk ikun hemm iktar żviluppi. |
s-225
| L-aħħar korrispondenza li għandna llum hija mibgħuta lili mill-Onor. Jason Azzopardi u mill-Onor. Ryan Callus, hija datata 12 ta' Frar 2015, u tgħid hekk: |
s-226
| ' Fil-31 ta' Ottubru 1997, il-Kamra tar-Rappreżentanti approvat Riżoluzzjoni li permezz tagħha ġiet aċċettata talba tal-General Workers'Union biex tkun tista' tixtri l-bini tagħha fil-Belt Valletta, li huwa mogħti lilha mid-Dipartiment tal-Artijiet b'titolu ta' enfitewsi, lil kumpaniji li fiha hija jkollha mhux inqas minn 51 % tal-ishma (vide annessa Riżoluzzjoni, Dok. A). |
s-227
| In segiwtu ta' din ir-Riżoluzzjoni, fit-12 ta' Diċembru, 1997 ġie ffirmat il-kuntratt pubbliku relattiv u ċioè bejn il-GWU u d-Dipartiment tal-Artijiet għan-nom tal-Gvern ta' Malta. |
s-228
| Kif tista' tara mill-anness kuntratt (Dok. B), fil-kondizzjoni numru (b) hemm proprju l-kliem: |
s-229
| Issa hu fatt magħruf u fid-dominju pubbliku fl-2014 il-GWU kriet parti mill-bini tagħha fil-Belt Valletta, l-istess bini li hu milqut bil-kondizzjoni msemmija fil-kuntratt pubbliku ta' Diċembru 1997, lil ARMS Ltd. |
s-230
| Daqstant ieħor hu fatt magħruf li l-azzjonisti ta' ARMS Ltd huma l-Water Services Corporation u l-Enemalta plc (vide it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13827 mogħtija fit-2 ta' Frar 2015 u mmarkata Dok. C) u għalhekk il-GWU mhijiex azzjonista tal-ARMS Ltd. |
s-231
| B'hekk hu ċar li l-kirja tal-GWU lil ARMS Ltd. tal-bini tagħha fi Triq Nofsinhar, il-Belt Valletta qed tikser il-kuntratt pubbliku li ġie ffirmat bejn il-Gvern Malti u l-istess GWU fit-12 ta' Diċembru 1997, liema kuntratt jirrifletti r-Riżoluzzjoni approvata mill-Parlament Malti fil-31 ta' Ottubru 1997. |
s-232
| Għan-nom tal-Oppożizzjoni qegħdin nitolbu li l-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi jinvestiga u jiddikjara: |
s-233
| a) Jekk il-kuntratt pubbliku tat-12 ta' Diċembru 1997 (fejn il-Gvern Malti hu firmatarju) inkisirx biex jiġi aġevolat finanzjarjament terz; |
s-234
| b) X'kien il-parir tal-Kummissarju tal-Artijiet fl-2014, jekk ingħata, għal din il-kirja u x'kien l-iter amministrattiv meta d-Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern kienet infurmata li saret / ser issir tali kirja ta' bini tal-Gvern mogħti b'enfitewsi lil GWU bil-limitazzjoni kif ingħad hawn fuq; |
s-235
| c) Min, fid-Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern, approva tali kirja bi ksur ta' tali kuntratt; |
s-236
| d) Min kienu l-uffiċjali pubbliċi involuti u responsabbli, inkluż iżda mhux biss fid-Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern u fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, li awtorizzaw li ssir tali kirja bi ksur ta' dan il-kuntratt u tar-Riżoluzzjoni Parlamentari; |
s-237
| e) Jekk il-kondizzjoni (b) tal-51 % ishma tal-kuntratt pubbliku msemmi tat-12 ta' Diċembru 1997 bejn il-GWU u l-Gvern Malti nkisritx jew hux qed tinkiser b'kirjiet kummerċjali oħra lil terzi għaddejjin bħalissa u x'passi qed jieħu d-Dipartiment tal-Artijiet biex tali ksur ta' kuntratt pubbliku ma jibqax għaddej. '. |
s-238
| Ma nafx jekk hemmx xi kummenti min-naħa tal-Gvern qabel nieħdu l-konsiderazzjoni tat-talba. |
s-239
| L-Onor. Bonnici. |
s-240
| ONOR. OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): |
s-241
| Mr Chairman, l-uniku kumment li xtaqt nagħmel hu li t-talba hija pjuttost verbuża, fis-sens li hemm ħafna diċitura fiha. |
s-242
| Jiena qed nismagħha issa l-ewwel darba u għalhekk xtaqna li jkollna kopja ta' din l-ittra, nistudjawha ftit u fis-seduta li jmiss inkunu nistgħu nipproċedu dwar din it-talba, fis-sens li niddiskutu l-iter ta' din it-talba. |
s-243
| THE CHAIRMAN: |
s-244
| Jien m'għandix oġġezzjoni. |
s-245
| Oriġinarjament is-suġġeriment tiegħi kien li nitolbu lill-Awditur Ġenerali jidħol fiha, però jekk tixtiequ tarawha u nieħdu d-deċiżjoni fil-laqgħa li jmiss, m'għandix oġġezzjoni. |
s-246
| ONOR. OWEN BONNICI: |
s-247
| Iva, nixtiequ li narawha ftit l-ewwel. |
s-248
| THE CHAIRMAN: |
s-249
| Mela fil-laqgħa li jmiss nieħdu r-reazzjoni min-naħa tal-Gvern u niddiskutuha. |
s-250
| Ngħaddi issa għall-item li għandna fuq l-aġenda llejla. |
s-251
| SKRUTINJU DETTALJAT TAL-KUNTRATT LI SAR MA' HENLEY AND PARTNERS DWAR L-INDIVIDUAL INVESTOR PROGRAMME |
s-252
| THE CHAIRMAN: |
s-253
| Nibda biex ngħid li l-kuntratt ġie mibgħut lili u l-intenzjoni tiegħi llum hija li nifhmu sew dak li ġie ppreżentat billi hemm ċerti klawsoli li ġew mgħottija. |
s-254
| Id-dokument qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kumitat u għalhekk nistgħu ngħaddu biex niddiskutu l-proċedura. |
s-255
| L-Onor. Bonnici. |
s-256
| ONOR. OWEN BONNICI: |
s-257
| Mr Chairman, qabel ngħaddu għall-proċedura, xtaqt li ningħata permess sabiex nagħmel dikjarazzjoni. |
s-258
| THE CHAIRMAN: |
s-259
| Kollox sew. |
s-260
| ONOR. OWEN BONNICI: |
s-261
| Mr Chairman, irrid niddikjara li ladarba se ssir diskussjoni dwar il-kuntratt ta' Henley & Partners, irrid ngħid dan li matul iż-żmien li jien servejt bħala Segretarju Parlamentari u issa bħala Ministru tal-Gvern fl-ewwel lok iltqajt diversi drabi ma' varji esponenti tas-soċjetà Henley & Partners fejn magħhom iddiskutejt temi relatati mal-aħjar operat tal-programm ta' ċittadinanza b'investiment u l-programm innifsu. |
s-262
| Fit-tieni lok jiena niddikjara li nvolvejt ruħi mil-lat leġiżlattiv biex il-programm ta' ċittadinanza b'investiment jiġi varat u implimentat bi speditezza. |
s-263
| Fit-tielet lok niddikjara li jiena pparteċipajt attivament fil-laqgħat tekniċi kollha mal-Kummissjoni Ewropea dwar dan il-programm u f'dawn il-laqgħat ġejt assistit mil-lat tekniku minn Henley & Partners. |
s-264
| Irrid niddikjara wkoll li qabel ma Henley & Partners ġew magħżula bħala operaturi tal-programm wara sejħa pubblika, jiena ma kontx konoxxenti tas-soċjetà Henley & Partners jew ta' xi wieħed mill-membri li jiffurmawha. |
s-265
| THE CHAIRMAN: |
s-266
| Onor. Bonnici, jien ovvjament qed nieħu nota ta' dak li qed tgħid u naturalment id-domanda li li rrid nagħmillek hija jekk f'dan l-istadju intix qed tħoss li għandek tibqa' tagħmel parti għal din is-sessjoni jew le. |
s-267
| Inħalliha fil-ġudizzju tiegħek dwar l-involviment li inti tħoss li hemm, jiġifieri at this stage trid tgħidilna inti x'tixtieq tagħmel. |
s-268
| ONOR. OWEN BONNICI: |
s-269
| Jiena ħsibt dwar din il-kwestjoni, deherli li għandi niddikjara l-involviment tiegħi kif iddikjarajtu u ladarba l-Kumitat jaf b'dan l-involviment ma nħossx li m'għandix nibqa' parti minn din id-diskussjoni. |
s-270
| Jiġifieri jiena nħoss li ladarba ddikjarajt il-pożizzjoni tiegħi, m'hemm xejn xi jżommni milli nibqa' f'dan il-Kumitat, però jekk il-Kumitat jidhirlu li jiena m'għandix nibqa' Membru tal-PAC għall-finijiet ta' din id-diskussjoni, ma nsibx oġġezzjoni. |
s-271
| Però having said that, ladarba ddikjarajt din il-ħaġa, naħseb li m'hemm xejn xi jżommni milli nibqa' madwar din il-mejda. |
s-272
| THE CHAIRMAN: |
s-273
| Onor. Bonnici, min-naħa tagħna m'għandniex diffikultà li tibqa' konxji mir-rwol li inti kellek, bir-riżerva li jista' ikun li madanakollu xorta jista' ikun tintalab li tixhed jekk ikun hemm il-ħtieġa li nħossu li jkun irid isir dan minħabba l-proċess innifsu. |
s-274
| ONOR. OWEN BONNICI: |
s-275
| Mr Chairman, m'għandi ebda diffikultà. |
s-276
| THE CHAIRMAN: |
s-277
| L-Onor. Charles Mangion. |
s-278
| ONOR. CHARLES MANGION: |
s-279
| Mr Chairman, naqbel mad-deċiżjoni li ħadt u nixtieq infakkar li hawnhekk kemm-il darba kellna diskussjonijiet li kienu jolqtu ministeri, u ministri li jkollhom ir-responsabilità ta' dak id-dekasteru, xorta kienu jibqgħu fuq il-Kumitat, ovvjament dejjem suġġett li jekk ikun hemm xi mistoqsijiet li jridu jsiru, allura jsiru. |
s-280
| Jiġifieri ma naħsibx li f'dan ir-rigward qegħdin noħolqu xi preċedent. |
s-281
| THE CHAIRMAN: |
s-282
| L-Onor. Owen Bonnici. |
s-283
| ONOR. OWEN BONNICI: |
s-284
| Forsi nżid biss li f'każ li niġi mistoqsi, naqblu minn qabel li jiena mmur fuq in-naħa l-oħra tal-Mejda u niġi trattat bħal kwalunkwe xhud ieħor. |
s-285
| THE CHAIRMAN: |
s-286
| Mela qegħdin naqblu. |
s-287
| Kif diġà għedt, ġie ppreżentat il-kuntratt. |
s-288
| Jekk wieħed iħares lejn il-kuntratt innifsu jara li hemm numru ta'... |
s-289
| ONOR. CHARLES MANGION: |
s-290
| Jiena nixtieq niddefinixxi l-iskop ta' dan l-eżerċizzju u se nimmotiva għalfejn qed nagħmel din l-osservazzjoni. |
s-291
| Bħala riżultat ta' dan il-kuntratt - u jiena ma nsib l-ebda oġġezzjoni li jiġi diskuss il-proċeduri segwiti, fis-sens jekk hemmx good governance mill-aspett amministrattiv - għandna implimentazzjoni ta' deċiżjoni eżekuttiva li huwa l-Individual Investor Programme (IIP), li mexa 'l quddiem u ħa rankatura u hemm ħafna individwi anke mis-settur privat li huma nvoluti attivament fih. |
s-292
| Id-diskussjoni politika fuq dan il-programm saret, u saret bl-iktar mod intensiv u huwa tajjeb ukoll li ssir, saret diskussjoni anke fuq il-livell ta' Unjoni Ewropea, u l-Kummissjoni aċċettat il-programm kif strutturat u implimentat bil-kundizzjonijiet kollha tiegħu, u allura issa għandna sitwazzjoni fejn għandek deċiżjoni eżekuttiva li qiegħda fi proċess ta' implimentazzjoni u mhuwiex fil-mansjoni ta' dan il-Kumitat li jiġġudika jew jiskrutinja d-deċiżjoni eżekuttiva li ttieħdet u li qiegħda tiġi implimentata. |
s-293
| Nerġa' ngħid li qed ngħid dan għax wieħed ma jridx li l-proċess ta' dan il-Kumitat, b'xi mod jimpatta fuq dak li l-eżekuttiv, bid-dritt sħiħ legali u anke Kostituzzjonali, implimenta u qiegħed fil-preżent jesegwixxi. |
s-294
| Nerġa' intenni li huwa within the powers ta' dan il-Kumitat li naraw l-aspett tal-proċeduri tal-kuntratt u kif wieħed wasal għall-konklużjoni tiegħu, imma li nagħmlu xi ġudizzju jew nikkummentaw jew nagħmlu dibattitu fuq deċiżjoni eżekuttiva li ttieħdet, naħseb li qatt ma kienet xi ħaġa li daħlet fil-mansjoni ta' dan il-Kumitat. |
s-295
| Għalhekk nixtieq li qabel ma nitkellmu fuq il-kuntratt - ovvjament wieħed irid jara ċerti aspetti minnu li ġew mgħottija - naraw x'inhu eżattament l-iskop ta' dan il-proċess, jekk hux biss biex naraw jekk fil-konklużjoni tal-istess kuntratt ġewx esegwiti l-prassi li normalment huma aċċettabbli f'kuntratt ta' natura pubblika bħal dan. |
s-296
| THE CHAIRMAN: |
s-297
| Onor. Mangion, ħalli niċċara ftit x'qegħdin ngħidu għax kien hemm mument fejn kif poġġejtha kelli ndur fuq l-Onor. Grech u nistaqsih jekk għandniex inxolju l-PAC, għax il-PAC proprju qiegħed hemmhekk biex jiskrutinja - mhux jiddeċiedi; il-Gvern jibqa' jerfa' ir-responsabilità tad-deċiżjonijiet tiegħu - id-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu, il-proċeduri li jkunu ġew adottati u l-mod kif ikunu qegħdin jitħaddmu, ikunu jirriflettu good governance. |
s-298
| ONOR. OWEN BONNICI: |
s-299
| Li qed ngħidu aħna huwa li d-diskussjoni m'għandhiex tkun waħda ta' Second Reading fuq l-IIP. |
s-300
| THE CHAIRMAN: |
s-301
| Le, mhijiex l-intenzjoni tagħna li nagħmlu diskussjoni f'forma ta' Second Reading fuq l-IIP. |
s-302
| Aħna m'aħniex se niddiskutu jekk kienx tajjeb jew le li l-Gvern daħal f'IIP - dik hija issue li naħseb li ġiet dibattuta biżżejjed u mhijiex l-intenzjoni ta' din il-Kamra li tagħmel dan - imma li se nagħmlu huwa skrutinju tal-kuntratt innifsu u l-aspetti tal-kuntratt f'termini ta' x'qed jgħid dan l-istess kuntratt, x'commitments daħal għalihom il-pajjiż b'dan il-kuntratt, u l-aspetti kollha li jemerġu minnu. |
s-303
| Jiġifieri issa qegħdin nitkellmu fuq il-kuntratt, it-tħaddim tiegħu u l-proċeduri tiegħu; l-iskrutinju tal-kuntratt innifsu. |