s-103
| Ejjew nispjegaw li l-biża' li għandna aħna s-self employed li għada ma nafux għandniex xogħol hi u mhux ħrafa. |
s-104
| L-elezzjoni fi żmien sena! |
s-105
| Hekk qal il-Prim Ministru u hekk hawn min qed jistaqsi. |
s-106
| Hi stqarrija u hi mistoqsija. |
s-107
| Kollox sar parti minn tattika ta' logħba politika. |
s-108
| X'tagħmel? |
s-109
| Li tkun modern għall-Prim Ministru tfisser li tinganna, li tilgħab b'tattika u tara kif toħloq id-dubju. |
s-110
| Gvern jew renju mibni fuq id-dubju. |
s-111
| Hekk ried li joħloq dan il-Prim Ministru. |
s-112
| Ħoloq id-dubju u l-inċertezza. |
s-113
| Illum nafu x'prezz qegħdin inħallsu ta' dan kollu. |
s-114
| Jekk hawn min qed ibati kontinwament b'deċiżjonijiet ta' dan il-Gvern huma aħna s-self employed. |
s-115
| Ilkoll kemm aħna, kull wieħed fis-settur tiegħu, qegħdin inħossu li aħna mhedda min-nuqqas ta' xogħol. |
s-116
| Hu ta' sodisfazzjon li l-Prim Ministru qed jiltaqa' ma' self employed fil-Girgenti. |
s-117
| Mela le, u nissuġġerilu jkompli ma' setturi oħrajn iżda nawgura li dan mhux eżerċizzju ta' ingann moħbi fl-eżerċizzju ta' djalogu! |
s-118
| Nixtieq inkun naf jekk dan hux eżerċizzju ieħor ta' propaganda tal-Gvern jew tal-Labour? |
s-119
| Tajjeb li jkun hemm min qed iressaq lil dawn is-self employed quddiem il-Prim Ministru u, jekk kif smajt, wieħed li qed jagħżel jew jistieden lis-self employed jitkellmu mal-Prim Ministru hu s-Sur Vince Farrugia, nawgura li jara li dan l-eżerċizzju jkun ta' gwadann għas-self employed u mhux il-' ġobna f'nassa tal-ġurdien '. |
s-120
| Dan l-istess awgurju lis-Sur Vince Farrugia nawgurah lili personalment meta jien ma' sħabi fl-Eżekuttiv tas-Segretarjat ta' Self Employed u Negozji Żgħar norganizzaw laqgħat ta' djalogu mal-kap tal-partit jew deputati oħrajn. |
s-121
| Jien impenjat li dawn il-laqgħat ma jkunux sempliċi eżerċizzju ta' ingann politiku iżda eżerċizzju ta' djalogu. |
s-122
| Aħna responsabbli mid-direzzjoni tas-self employed irridu nkunu ta' garanzija għal dak li se jiġri wara dawn il-laqgħat. |
s-123
| Lis-self employed ngħidilhom: ' morru tkellmu mal-Prim Ministru ' u għiduli: ' iżjed ma ddum ma tagħmel elezzjoni iżjed qegħdin inbatu aħna, u iżjed ma nbatu aħna iżjed jonqos ix-xogħol '. |
s-124
| Spjegawlu li r-regoli tas-suq mhix dik li qed jaħseb hu. |
s-125
| Jekk se jibqa' jaħseb hekk, dan il-Prim Ministru se jwassal lill-pajjiż fil-livell ta' inċertezza u falliment morali u ekonomiku tan-negozju tagħna. |
s-126
| Jekk kollox jibqa' sejjer għall-agħar... |
s-127
| Veru li dak li jgħid il-Prim Ministru s'issa dejjem kien ifisser il-kontra. |
s-128
| Jgħid mod u jsir ieħor. |
s-129
| Qal li l-elezzjoni tista' ssir fi żmien sena. |
s-130
| Qalha b'ċajta iżda qalha. |
s-131
| Bħalissa kollox wieqaf. |
s-132
| Bdew is-sales u l-ħsieb ta' elezzjoni sar ifisser tama f'suq aħjar iżda issa, jekk il-Prim Ministru se jibda jilgħab, nistgħu nibdew nilagħbu aħna. |
s-133
| Din mhix politika, din mhix kwistjoni tal-PN jew tal-Labour. |
s-134
| Din hi kwistjoni tagħna s-self employed. |
s-135
| Iżjed ma l-Prim Ministru jħalli żmien jgħaddi iżjed qegħdin nipperswadu ruħna lil min nivvutaw. |
s-136
| Iżjed ix-xogħol sejjer għall-agħar. |
s-137
| Ma nafux kif se naħdmu għada. |
s-138
| Ma nafux x'suq se jkollna għada. |
s-139
| Veru qegħdin ngħixu f'Malta ħanina fejn qed taħfirha lil min ġab waqfien fin-negozju. |
s-140
| Li kieku din kienet sitwazzjoni f'pajjiż ieħor il-Gvern kien ikun xolt. |
s-141
| Il-Prim Ministru kien iħossu fl-obbligu li jirriżenja. |
s-142
| S'issa hawn min jaħseb li din għadha sitwazzjoni fejn l-istaġnar hu finta u mhux reali, jew inkella dan hu argument politiku li ħolqu l-PN. |
s-143
| Għalina s-self employed mhux hekk. |
s-144
| Hi li għada ma nafux x'se nagħmlu u ma nistgħux nittolleraw iżjed li l-Prim Ministru jkompli bil-kapriċċ tiegħu li minn Gvern jasal biex joħloq oppressjoni. |
s-145
| Imn'Alla għandna l-festi u s-sajf! |
s-146
| Il-' bullying ' inġust tal-banek lokali |
s-147
| Ma nistgħux, minkejja l-liġijiet ta' kompetizzjoni ġusta u oħrajn nippermettu, li l-banek tagħna jkunu involuti f'bullying inġust fuq in-negozjanti li fil-maġġorparti tagħhom huma s-self employed. |
s-148
| Dan l-abbuż għandu jieqaf immedjatament jew inwaqqfuh. |
s-149
| Il-banek lokali daħlu fis-suq tan-negozju ta' l-insurance. |
s-150
| Dawn iddeċiedew li jbiegħu l-insurance policies tajjeb! |
s-151
| Għandhom dritt iżda dawn ma marrux tajjeb daqskemm xtaqu. |
s-152
| Ma biegħux daqskemm iridu over the counter. |
s-153
| X'ġara? |
s-154
| Dak li ma biegħux l-iskrivani tal-bank daħal biex jagħmel tajjeb għalih il-manager. |
s-155
| Fil-bank jidħlu s-self employed biex jissellfu u jkollhom overdraft. |
s-156
| Biex jingħatalek dan l-overdraft il-bank jitolbok li jkollok, pereżempju, life insurance. |
s-157
| X'ġara? |
s-158
| Ċerti bank managers bdew isostnu li biex jagħtu l-overdraft (isellfu l-flus lin-negozjant) dan in-negozjant irid l-ewwel jixtri life insurance mingħandhom, jekk ma jagħmluhiex hekk, m'hemmx self min-naħa tal-bank. |
s-159
| Din hi inġustizzja bankarja li kienet kawżata mit-tellieqa li l-banek qegħdin itellqu fiha u li hi t-tellieqa għall-profitti. |
s-160
| Dan it-tip ta' negozju jrid jieqaf u ma għandu jsir mill-ebda negozju. |
s-161
| Dan mhux valur fin-negozju u bl-iskuża tan-negozju ma nistgħux nagħmlu li rridu. |
s-162
| Nittama li l-banek jieħdu passi. |
s-163
| MALTA |
s-164
| KAMRA TAD-DEPUTATI |
s-165
| KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) |
s-166
| IT-TNAX-IL PARLAMENT |
s-167
| Laqgħa Nru. 60 |
s-168
| L-Erbgħa, 18 ta' Frar, 2015 |
s-169
| Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta |
s-170
| Prezz € 2. 50 |
s-171
| IT-TNAX-IL PARLAMENT |
s-172
| KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI |
s-173
| Laqgħa Nru. 60 |
s-174
| L-Erbgħa, 18 ta' Frar, 2015 |
s-175
| Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6: 44 p. m. |
s-176
| MINUTI |
s-177
| Nru. 58 li saret fis-27 ta' Jannar, 2015 |
s-178
| Il-Minuti tal-Laqgħa ġew konfermati. |
s-179
| THE CHAIRMAN (Onor. Tonio Fenech): |
s-180
| Nixtieq ninforma lill-Kumitat li hawn talba mill-Public Broadcasting Services (PBS) u minn One TV sabiex ikunu jistgħu jiffilmjaw parti żgħira minn din il-laqgħa. |
s-181
| Ma jidhirx li hawn oġġezzjonijiet għalhekk nistieden lill-camera persons preżenti sabiex jidħlu fil-Kamra sabiex jiffilmjaw. |
s-182
| Ngħaddu issa għall-korrispondenza u nitlob lill-iskrivana sabiex taqraha. |
s-183
| KORRISPONDENZA L-ISKRIVANA TAL-KUMITAT: |
s-184
| L-ewwel korrispondenza ġejja mingħand is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Finanzi, fejn b'risposta għal dak li kien talab il-Kumitat fl-aħħar laqgħa, qed jgħid li he 'will review this matter and see what action may be taken in this regard'. |
s-185
| THE CHAIRMAN: |
s-186
| Irrid ngħid li din kienet dwar l-ittra li konna rċevejna mingħand offerent ta' servizzi ta' laying tal-grounds fejn talabna niġbdu l-attenzjoni lill-Ministeru għall-Finanzi li għandu jkun hemm framework ta' kif meta l-Gvern qed jipparteċipa bħala parti minn fondi u mhux qed jiffinanzja l-proġett sħiħ, ikun hemm xi forma ta' guidelines ta' meta għandhom jintalbu ċerti proċeduri jew le, ovvjament skont kemm ikun kbir l-intervent tal-Gvern. |
s-187
| Aħna konna rriferejna l-materja lill-Ministeru għall-Finanzi u l-Ministeru għall-Finanzi qed jgħidilna li ħa nota u se jagħmel l-analiżi tiegħu. |
s-188
| L-ISKRIVANA TAL-KUMITAT: |
s-189
| Għandna korrispondenza ġejja mingħand is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għat-Turiżmu fejn ta l-feedback dwar il-follow up li kien għamel l-Awditur Ġenerali dwar in-nuqqasijiet li kien nstabu waqt l-audit li sar fl-istess Ministeru. |
s-190
| THE CHAIRMAN: |
s-191
| Is-Segretarju Permanenti bagħat feedback għal kull kumment li għamel l-Awditur Ġenerali fil-follow up li kien għamel. |
s-192
| Jiena nissuġġerixxi li din tiġi ċċirkolata lill-Membri tal-Kumitat, imbagħad jekk ikun hemm bżonn ta' iktar azzjoni, id-darba li jmiss nieħdu deċiżjoni fuqha. |
s-193
| L-ISKRIVANA TAL-KUMITAT: |
s-194
| Għandna wkoll rapport 'on the outcome of the Commonwealth Association of Public Accounts Committees (CAPAC) Steering Committee Meeting' imħejji mill-Onor. Tonio Fenech fil-kapaċità tiegħu ta' co-Chair tal-Isteering Committee Meeting of CAPAC. |
s-195
| Dan ir-rapport diġà ġie mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. |
s-196
| THE CHAIRMAN: |
s-197
| Forsi nagħti brief żgħira dwar dan ir-rapport, liema rapport ippreżentajtu diġà lill-Parlament, sabiex niġbed l-attenzjoni tal-Membri tal-Kumitat għax hija materja li tolqot lill-Kumitat innifsu. |
s-198
| Wara l-workshop li konna attendejna għalih jiena u l-Onor. Deo Debattista f'Londra matul is-sajf li għadda, kien inħass il-ħsieb li tajjeb li titwaqqaf Association for Public Accounts Committees tal-Commonwealth u kien ġie stabbilit a steering committee. |
s-199
| Jien kont ġejt nominat to cochair dan l-isteering committee flimkien ma' membru parlamentari minn Trinidad and Tobago u ltqajna fid-19 u fl-20 ta' Jannar ta' din is-sena biex niddiskutu t-twaqqif ta' din il-fergħa fi ħdan il-Commonwealth. |
s-200
| Irrid ngħid li l-ħsieb kien ġej proprju mill-fatt li fil-Commonwealth Heads of Government Meeting (CHOGM) preċedenti, il-heads of Government kienu affermaw il-ħtieġa li jkun hemm iktar independent parliamentary oversight, b'mod partikolari f'dak li huwa PACs li jkunu effettivi, indipendenti u trasparenti, u nħasset il-ħtieġa li għandu jkun hemm assoċjazzjoni li tgħin lill-PACs jilħqu dawn l-għanijiet. |
s-201
| Id-diskussjoni pproċediet ħafna, fil-fatt għal min jinteressah poġġejt anke l-aspetti ta' x'inhuma l-għanijiet li se jkollha din l-assoċjazzjoni u l-membership, li ovvjament hija miftuħa għall-PACs nazzjonali għalkemm dawk li huma subnationals jistgħu jkunu associates dment li n-national ikun membru. |
s-202
| Ir-rwol tal-assoċjazzjoni huwa li taqsam l-esperjenzi, toffri training, ikollha engagement ma' associations bħal dawk tal-Awdituri Ġenerali li diġà hemm assoċjazzjoni tagħhom f'dan il-livell, tiddefinixxi good practice, ikun hemm anke strengthening ta' capacity għal dawk li huma PACs f'pajjiżi żgħar, u numru ta' aspetti oħrajn li ħarġu minn din il-laqgħa. |