Dependency Tree

Universal Dependencies - Maltese - MUDT

LanguageMaltese
ProjectMUDT
Corpus Parttest
AnnotationČéplö, Slavomír; Zeman, Daniel

Select a sentence

Showing 502 - 601 of 518 • previous

s-502 X'inhu l-Unicode?
s-503 Bħala standard, ħafna kompjuters tal-Windows jiġu bil-kodifikazzjoni ISO8859-1 (Western Europe).
s-504 Din il-kodifikazzjoni tkopri l-aktar lingwi dominanti tad-dinja.
s-505 Peress li l-programmi ta' dawn il-kompjuters qed jiġu żviluppati minn kelliema tal-Ingliż fl-Istati Uniti, dawn il-programmaturi jagħżlu dik il-kodifikazzjoni bħala default.
s-506 Sfortunatament, din ma tinkludix il-lingwa Maltija u hawn jinħolqu l-problemi...
s-507 Xi snin ilu kien hemm min ipprova jegħleb in-nuqqas tat-tipi Maltin billi ħoloq tiegħu.
s-508 L-intenzjoni kienet tajba, imma peress li dawn in-nies ħadmu għal rashom, it-tipi li ħolqu ma kinux jaqblu bejniethom.
s-509 Huwa għalhekk li meta xi ħadd juża tipi antiki bħal Tornado, Malta jew M. Maiandra biex jibgħat id-dokumenti tiegħu lil ħaddieħor, ħafna nies ma jkunux jistgħu jaqrawhom sew.
s-510 Għax min jirċevihom irid ikollu l-istess tipi installati fis-sistema tiegħu.
s-511 Ngħidu aħna, kelma bħal żrinġ tiġi tidher \rin[.
s-512 U dokument pdf għandek mnejn tkun tista' taqrah, imma ma tkunx tista' tikkopja sew u tieħu r-referenzi minnu.
s-513 B'xorti tajba ma damx ma nħoloq l-istandard tal-kodifikazzjoni universali Unicode (UTF8), u llum nużaw lilu.
s-514 Il-Unicode hu sistema li qablu fuqha ħafna pajjiżi biex jegħlbu problemi bħal dawn.
s-515 Kważi kull lingwa tad-dinja hija inkluża fih, u għalhekk id-dokumenti li jużaw il-Unicode ikunu jistgħu jinqraw minn kulħadd bl-istess mod, minn kull parti tad-dinja u minn kompjuters differenti.
s-516 It-tastiera Maltija li attivajt tuża din is-sistema universali tal-Unicode (UTF8), li taħdem mal-Windows, mal-Linux u mal-Mac.
s-517 Bil-Unicode tista' faċilment tikteb u tikkorrispondi bil-Malti u b'għadd ta' lingwi oħra tad-dinja.
s-518 U tkun ċert li se tinftiehem għax dak li tikteb jibqa' kliem u ma jinqalibx f'simboli!

Text viewDownload CoNNL-U