Dependency Tree
Universal Dependencies - Maltese - MUDT
Language | Maltese |
---|
Project | MUDT |
---|
Corpus Part | test |
---|
Annotation | Čéplö, Slavomír; Zeman, Daniel |
---|
Select a sentence
Showing 501 - 600 of 518 • previous
s-501
| 5. Qabel isserviha saħħanha u itfa' t-tursin. |
s-502
| X'inhu l-Unicode? |
s-503
| Bħala standard, ħafna kompjuters tal-Windows jiġu bil-kodifikazzjoni ISO8859-1 (Western Europe). |
s-504
| Din il-kodifikazzjoni tkopri l-aktar lingwi dominanti tad-dinja. |
s-505
| Peress li l-programmi ta' dawn il-kompjuters qed jiġu żviluppati minn kelliema tal-Ingliż fl-Istati Uniti, dawn il-programmaturi jagħżlu dik il-kodifikazzjoni bħala default. |
s-506
| Sfortunatament, din ma tinkludix il-lingwa Maltija u hawn jinħolqu l-problemi... |
s-507
| Xi snin ilu kien hemm min ipprova jegħleb in-nuqqas tat-tipi Maltin billi ħoloq tiegħu. |
s-508
| L-intenzjoni kienet tajba, imma peress li dawn in-nies ħadmu għal rashom, it-tipi li ħolqu ma kinux jaqblu bejniethom. |
s-509
| Huwa għalhekk li meta xi ħadd juża tipi antiki bħal Tornado, Malta jew M. Maiandra biex jibgħat id-dokumenti tiegħu lil ħaddieħor, ħafna nies ma jkunux jistgħu jaqrawhom sew. |
s-510
| Għax min jirċevihom irid ikollu l-istess tipi installati fis-sistema tiegħu. |
s-511
| Ngħidu aħna, kelma bħal żrinġ tiġi tidher \rin[. |
s-512
| U dokument pdf għandek mnejn tkun tista' taqrah, imma ma tkunx tista' tikkopja sew u tieħu r-referenzi minnu. |
s-513
| B'xorti tajba ma damx ma nħoloq l-istandard tal-kodifikazzjoni universali Unicode (UTF8), u llum nużaw lilu. |
s-514
| Il-Unicode hu sistema li qablu fuqha ħafna pajjiżi biex jegħlbu problemi bħal dawn. |
s-515
| Kważi kull lingwa tad-dinja hija inkluża fih, u għalhekk id-dokumenti li jużaw il-Unicode ikunu jistgħu jinqraw minn kulħadd bl-istess mod, minn kull parti tad-dinja u minn kompjuters differenti. |
s-516
| It-tastiera Maltija li attivajt tuża din is-sistema universali tal-Unicode (UTF8), li taħdem mal-Windows, mal-Linux u mal-Mac. |
s-517
| Bil-Unicode tista' faċilment tikteb u tikkorrispondi bil-Malti u b'għadd ta' lingwi oħra tad-dinja. |
s-518
| U tkun ċert li se tinftiehem għax dak li tikteb jibqa' kliem u ma jinqalibx f'simboli! |
Text view
•
Download CoNNL-U