s-402
| U issa ngħaddu għad-djaletti Maltin. |
s-403
| Nibdew billi nippruvaw nagħtu xi definizzjoni ta' djalett; definizzjoni li x'aktarx tkun astratta, u forsi mhux eżatta, imma wara l-ispjegazzjoni kollox jibda jiċċara ruħu. |
s-404
| Djalett huwa varjetà tal-lingwa użata minn komunità żgħira ta' nies, li għandha l-karatteristiċi tagħha partikulari (fil-pronunzja, vokabularju, u grammatika), karatteristiċi li jitnisslu minn ċirkustanzi soċjali, ġeografiċi, u storiċi u li jagħżluha minn kull varjetà oħra. |
s-405
| Għalhekk insibu tliet tipi ta' djaletti: id-djaletti ġeografiċi, id-djaletti temporali, u d-djaletti soċjali. |
s-406
| Dawn il-kategoriji jitolbu spjegazzjoni. |
s-407
| Imma qabel xejn, biex tagħmel distinzjoni bejn djalett u ieħor irid ikollok wieħed li jkun tipiku, jiġifieri dak id-djalett l-iżjed li jkun qed jintuża fost il-poplu ta' pajjiż. |
s-408
| Dan id-djalett x'aktarx li jservi ta' mudell ideali għan-nazzjon kollu, u ġeneralment jissejjaħ il-Malti Standard li hu l-Malti l-aktar li nisimgħu fuq ir-radju u t-televixin. |
s-409
| Barra mill-mezzi tax-xandir, il-Malti Standard jinstema' ħafna f'dawk l-inħawi li huma ċentri kummerċjali u dipartimentali, u għalhekk huma ċentri li jiġbdu lejhom taħlita ta' nies ġejjin minn postijiet differenti ta' Malta u Għawdex u li bejniethom jinqdew b'dan it-tip ta' Malti biex jiftehmu. |
s-410
| Id-djalett Belti huwa l-eqreb wieħed għall-Malti Standard minħabba li l-Belt hija ċentru kummerċjali u dipartimentali qawwi (u hija l-kapitali). |
s-411
| Madankollu, ma rridux ninsew li l-Malti Standard stess huwa djalett u bħala djalett standard seta', kieku ċ-ċirkustanzi storiċi ma ġewx kif ġew, kellna xi djalett ieħor. |
s-412
| Kieku, ngħidu aħna, il-Kavallieri u warajhom l-Ingliżi baqgħu lejn ir-Rabat kien x'aktarx ikollna d-djalett Rabti bħala standard. |
s-413
| Jew seta' l-poplu Malti ġie attirat minn xi lokal ieħor fl-oqsma kummerċjali, dipartimentali, u tad-divertiment, u għalhekk dak il-lokal biż-żmien seta' tana d-djalett tiegħu bħala l-Malti Standard. |
s-414
| Mela l-istabilizzazzjoni tad-djalett standard tiddependi bosta drabi minn fatturi soċjali, politiċi, u storiċi. |
s-415
| Meta wieħed jitkellem fuq id-djaletti x'aktarx li jkun qed jirreferi għall-mitkellem u mhux għall-miktub. |
s-416
| Għalhekk differenza fil-pronunzja ma titlobx bilfors differenza fil-kitba, infatti differenza djalettali qatt ma titlob ortografija differenti. |
s-417
| Pereżempju, il-kelma 'tiegħu' jista' jkollha dawn l-erba' varjanti fid-diskors: /'ti:ou/ /'ti:au/ /'ti:eu/ /'ti:u/ |
s-418
| Dan ma jfissirx li għandek tbiddel il-kitba f'kull każ. |
s-419
| Anki meta f'xi nħawi jlissnu 'taha' bil-ħoss ta' 'ħ' (i. e. 'taħa ktieb'), ma jfissirx li 'taha' nistgħu niktbuha bil-'ħ'; jew meta f'xi lokalitajiet nisimgħu 'kalbi' minflok 'qalbi' jew 'qniepel' minflok 'qniepen'. |
s-420
| Hu x'inhu l-Malti tal-kelliem, tmur fejn tmur, dejjem, dejjem issib ortografija waħda: il-varjazzjonijiet li ssib kultant huma x'aktarx etimoloġiċi jew developmentali. |
s-421
| U din l-ortografija hija indipendenti mill-ħafna bidliet djalettali. |
s-422
| Kultant xi kittieb jiżvija ftit mill-ortografija t-tajba apposta biex jirrappreżenta xi djalett. |
s-423
| Imma anki f'każijiet bħal dawn, il-kittieb iżomm ħafna mal-ortografija stabbilita u r-regoli tal-kitba. |
s-424
| Meta kittieb kreattiv jirrappreżenta djalett billi jvarja mill-kitba stabbilita, jista' jkun każ li jkun qiegħed jirrappreżenta l-pronunzja komuni għal ħafna, għalkemm il-qarrej forsi ma jindunax b'dan u xorta jieħu l-kitba varjata bħala rappreżentazzjoni ta' djalett minħabba li l-qarrej huwa mdorri bil-kitba stabbilita. |
s-425
| Pereżempju, kieku f'novella nġib karattru li jlissen 'jixxi' minflok 'jixtri', inkun qiegħed nirrifletti xi aspetti djalettali avolja ħafna huma dawk il-Maltin u l-Għawdxin li l-kelma jippronunzjawha 'jixxi'. |
s-426
| Barra minn hekk, kitba varjata fil-letteratura tista' tfisser nuqqas ta' edukazzjoni billi timplika li l-karattru ma jafx jikteb tajjeb il-Malti, u għalħekk tista' tirrappreżenta djalett soċjali. |
s-427
| L-akbar vantaġġ ta' kitba stabbilita huwa li tista' tinqara kullimkien f'Malta u Għawdex, u anki fost l-emigranti. |
s-428
| Mela, nistgħu nitħaddtu fuq kitba stabbilita u definita, imma ftit nistgħu nitkellmu fuq pronunzja definita fis-sens li hi t-tajba u l-unika waħda. |
s-429
| L-ebda djalett ma għandna d-dritt insejħulu ħażin, għax kull djalett hu prodott naturali miġbur mill-ambjent tal-individwu; u kull ambjent jipprovdi mod tad-diskors partikulari għalih. |
s-430
| Minkejja dan kollu, is-soċjetà (u dan isir f'kull soċjetà) għażlet djalett, minn fost il-ħafna, biex iservi ta' djalett standard. |
s-431
| Kif diġà għedna, il-fatturi li jwasslu għall-għażla tad-djalett standard mhumiex lingwistiċi imma soċjali, politiċi, u / jew storiċi; u għalhekk mhux la kemm tħaqqaqha ma' nazzjon biex tipprova turih li lingwistikament djalett ma għandu ebda privileġġ aktar mill-oħrajn biex ikun imlaqqam 'standard'. |
s-432
| Għalkemm Malta, meta nqabbluha ma' artijiet oħra bħall-Ingilterra, l-Italja, u l-Awstralja, għandha popolazzjoni żgħira, għandha nies li jitkellmu l-Malti Standard u l-Malti varjat; jiġifieri, Malti li jvarja xi ftit jew wisq minn dak Standard u għalhekk jiġbor fih id-djaletti kollha ta' Malta. |
s-433
| Dawn it-taqsimiet huma ġenerali ħafna u jeħtieġu elaborazzjoni għax it-tnejn jistgħu jinqasmu f'kategoriji oħra. |
s-434
| Matul it-Tqala |
s-435
| Fl-imgħoddi, il-Maltin, bħal bosta ġnus oħra, ma kellhomx wisq biex jiddevertu, u ma kellhomx tradizzjonijiet li jagħmlu riċevimenti għal kull ħaġa ta' xejn. |
s-436
| Imma kellhom tliet okkażjonijiet tal-familja li fihom kienu jiltaqgħu flimkien, u dawn kienu ż-żwiġijiet, it-twelid, u l-mewt ta' xi ħadd mill-familja. |
s-437
| Rajna kemm drawwiet daħlu fit-tiġijiet, u kemm jidħlu nies aktar milli dawk involuti. |
s-438
| L-istess jiġri fit-twelid tat-trabi, għax dan il-proċess bijoloġiku, vitali għall-familja u għall-komunità, huwa fih innifsu misterjuż, u ġrajja importanti fil-familja u sodisfazzjon għall-ġenituri. |
s-439
| Minħabba l-misterju li t-tqala u t-twelid kienu joħolqu fil-popli primittivi u fost l-injoranza tal-imgħoddi, inħolqu għadd kbir ta' superstizzjonijiet, qwiel, għajdut twemmin ieħor li jkompli jikkomplika proċess li fih innifsu huwa ġa kkomplikat biżżejjed fin-natura tiegħu. |
s-440
| Filwaqt li d-drawwiet tat-tieġ mimlijin ċerimonji, twemmin, u qwiel, huma biss manifestazzjonijiet estemi ta' okkażjoni, it-tqala u t-twelid mhux biss fihom drawwiet, ċerimonji, u l-kumplament, imma jittieħdu b'serjetà kbira għax din id-darba jinvolvu l-ħajja tal-mara u tat-tarbija, għalhekk ma jibqgħux biss drawwiet. |
s-441
| Fi żmienna, bl-avvanzi tax-xjenza u l-edukazzjoni, nistgħu ngħidu li nafu sewwa x'ikun qed jiġri fl-omm u t-tarbija li qed tiżviluppa, imma xorta għadhom jidħlu suspetti, misterji, devozzjonijiet, u superstizzjonijiet, għax il-moħħ tal-bniedem jibqa' jibża' minn dak li għad irid jiġri, mill-inċertezzi u mill-esperjenzi ġodda. |
s-442
| It-tqala u t-twelid huma aktar problema medika jew bijoloġika u minħabba f'hekk insibu li l-folklor u d-drawwiet assoċjati magħhom għandhom aktar mill-mediċina popolari milli ħaġa oħra. |
s-443
| Qabel it-tqala |
s-444
| L-ommijiet li jkollhom il-bniet sa minn dejjem jaslu biex jibdew jaħsbu u jinkwetaw dwar l-iżvilupp u l-fertilità tat-tifla tagħhom. |
s-445
| Dejjem jibżgħu li se jkollha xi difett u ma tkunx tista' tiżżewweġ jew twelled, għax wara kollox l-antiki ma kinux iħabblu rashom wisq fuq il-futur skolastiku tat-tifla, għax skola mhux dejjem kien hemm, u jekk kien hemm ftit kienu jibagħtu lit-tfal. |
s-446
| Il-ħajja ta' kuljum u r-rwol tat-tifla kien mill-ewwel meqjus dak li 'l quddiem issir omm bil-familja tagħha. |
s-447
| Meta t-tifla tiżviluppa u turi s-sinjali li saret xebba l-omm kienet tifraħ, u ma ddumx ma tqiegħed il-qasrija tal-ħabaq fuq il-ħarrieġa, għax kif rajna qabel kienu jżewġuhom malajr. |
s-448
| Kont issib ommijiet li meta jitwildulhom bosta bniet wara xulxin, jiddeċiedu li l-kbira ddum d-dar kemm jista' jkun biex tista' tieħu ħsieb ta' ħutha iċken minnha; u xi drabi kienet tispiċċa ma tiżżewwiġx anzi titwikka tibqa' d-dar ma' ommha anzjana u ddur biha wkoll. |
s-449
| Kellhom ħabta l-ġenituri jiddeċiedu x'se jsir mit-tfal li jkollhom; jgħidu li waħda tibqa' d-dar, oħra ssir soru, l-oħra nibagħtuha taħdem ma' xi ħadd, u l-kumplament. |
s-450
| Madankollu meta tfajla tilħaq xebba kien ikun pass kbir u tajjeb 'il quddiem, u malli l-omm tintebaħ bis-sinjali, ġeneralment tgħannaq u tbus lil bintha, li aktarx tkun beżgħet titkellem dwar dak li għaddej minn għaliha. |
s-451
| Kif rajna, ħafna ommijiet jixtrulha d-drapp għal liżar kbir biex toqgħod tirrakkmah bil-mod, għal meta tiżżewweġ u tasal bżonnu. |
s-452
| Inzerta li ċ-ċiklu tal-mara fl-aħjar tagħha jieħu bejn wieħed u ieħor tmienja u għoxrin jum. |
s-453
| Minħabba li b'kumbinazzjoni d-dawra tal-qamar madwar id-dinja tieħu preċiż tmienja u għoxrin jum, malajr il-bniedem tal-imgħoddi, tista' tgħid mad-dinja kollha, minħabba l-injoranza u doża qawwija ta' superstizzjoni beda jqabbel iż-żmien tal-qamar maż-żmien taċ-ċiklu tal-mara. |
s-454
| Il-qamar u x-xahar tal-mara m'għandhom x'jaqsmu assolutament xejn bejniethom, imma moħħ il-bniedem idaħħal xi ħaġa f'moħħu, ukoll jekk mingħajr loġika u mingħajr provi, u jibda jemminha. |
s-455
| Għalhekk iħobbu jbassru dwar it-twelid tat-trabi, billi jqabblu mal-fażijiet tal-qamar, u jagħtu interpretazzjonijiet skont moħħhom dwar meta jkun ġdid jew mod ieħor. |
s-456
| Jekk meta jibda qamar ġdid tfajla kien jiskorrilha ż-żmien meta suppost kienet tistenna li tara kienu jpasprulha ġbara bil-weraq taż-żebbuġ u l-ħwawar. |
s-457
| Oħrajn kien ikollhom merfugħa s-sieħba jew is-sekonda li tiġi wara t-twelid ta' tewmin, u jekk ma jkollhomx huma jiddubbaw biċċa, u jagħmluhielha mal-ġbara. |
s-458
| Is-sekonda hija l-afterbirth jew il-fdal tal-plaċenta, u dari kien hawn min inixxifha u jerfagħha għal esiġenza bħal din. |
s-459
| M'għandniex xi ngħidu tagħmel x'tagħmel kollox isir kif għandu jsir, imma fid-dilemma l-bniedem jagħmel u jemmen f'kollox. |
s-460
| Jekk ma tinqabadx tqila kien jiġiha s-sinjal li tkun tistenna, għax ikun ittardja ftit, bil-ġbara jew mingħajrha, imma min ikun issuġġerixxa l-ġbara jgħidlek: 'Qed tara kemm għamlitilha tajjeb dik il-ġbara!' |
s-461
| Kienu wkoll jemmnu li ma jistgħux jaħslu xagħarhom meta jkunu fix-xahar tagħhom, għax ħażin, u jaħsluh biss jekk ikun qamar ġdid. |
s-462
| Il-qamar, bħal pjaneti oħra, ma jistax ikun li jkollu effett fuq dan il-proċess, għax l-ewwelnett il-fażijiet tal-qamar huma biss dawl u nuqqas ta' dawl tax-xemx fuq il-qamar jiddependi f'liema qagħda jinsab, u t-tieni kieku l-qamar għandu x'jaqsam, kieku in-nisa tad-dinja kollha f'daqqa jwelldu u f'daqqa jsiru xebbiet. |
s-463
| (Karmenu Spiteri, iż-Żejtun, 81 sena): |
s-464
| ' Isemmu l-qamar u mhux qamar, m'għandux ħajja hu, (kif) jista jagħti ħajja lil ħaddieħor? |
s-465
| Kienu jsemmuh il-qamar ukoll, għax dik il-ħabta kienu jkorru ħafna nisa, u jgħidu: ' Qamar ħażin! ' jew: ' Ħlas ħażin għax qamar ħażin! ' |
s-466
| Dan m'għandux ħajja, allura kif għandu setgħa fuq ħaddieħor? ' |
s-467
| Il-qamar, fiżikament, jaffettwa biss il-wiċċ vast tal-oċeani meta jgħaddi bi dritthom u jimla jew jofrogħ il-baħar, u mhux farka ta' bniedem. |
s-468
| Imma dak hu l-gost; it-tbassir, u mhux il-fatti, għax il-fatti nafuhom u jitilfu n-novità u l-kurżità. |
s-469
| Għalhekk sal-ġurnata ta' llum għad hawn ħafna jibbużullottjaw bl-oroskopji, tbassir tal-futur, u s-superstizzjonijiet, kemm dawk li jibilgħuhom, kif ukoll dawk li jbellgħuhom. |
s-470
| Issa qegħdin fi żmien meta l-edukazzjoni u x-xjenza tant imxew 'il quddiem li issa jekk dak li tgħid ma tafx tippruvah tgħidux, u ħallih fil-moħħ. |
s-471
| Il-folklor nistudjawh biex naraw kif kien jaħsibha l-bniedem, u għal bosta raġunijiet oħra, imma mhux biex ngħidu li dak li kien jagħmel kien dejjem korrett, ukoll jekk għal żmienu kien hekk. |
s-472
| Il-qamar isemmuh ukoll għat-tqala, u mara bla tfal kienet tgħid: 'Il-qamar mimli le jsellimli!' u biex tinqabad u ssir tqila kienet toħroġ ftit għad-dawl ta' qamar għax kienu jgħidu: 'Jekk fil-qamar tħuf, issaħħan il-ġuf.' |
s-473
| Jgħidu wkoll: 'Meta tiżżewweġ, il-qamar bik ibewweġ.' |
s-474
| Jiġifieri tinqabad tqila. |
s-475
| 'Il-qamar jimla meta l-qalb tkun ħimla,' li jfisser meta l-qalb tkun mimlija jidher isbaħ. |
s-476
| L-antiki kienu jaħsbu li jekk meta jasal ix-xahar tagħha ma jidhirx is-sinjal li jkun mistenni kienu jaħsbu li d-demm li ma jitfaċċax jista' jibqa' tiela' għal moħħha, jinġabrilha demm ħażin, u tista' tiġġennen. |
s-477
| Kien hemm min jgħallilhom ħxejjex aromatiċi biex jixorbu l-ilma tagħhom, biex il-mestruwazzjoni tkun regolari. |
s-478
| Ta' sikwit konna nisimgħu min jgħid: 'It-tifla waqgħet it-taraġ!' meta tara fix-xahar tagħha. |
s-479
| F'superstizzjoni oħra, meta mara tkun qed tħammar għax jasal ix-xahar tagħha, kien hemm min jemmen (u għad hawn min jemmen) li jekk tmiss frott, fjuri jew l-ikel, dawn jitħassru. |
s-480
| Ġieli waħħlu fil-mara meta x-xitla tbielet, it-tuffieħa tħassret, il-ħalib qras jew il-ġbejna m'għaqditx. |
s-481
| Mentri hi tkun bla ħtija, għax dawn l-affarijiet ma jsirux. |
s-482
| Forsi fl-imgħoddi l-iġjene mhux dejjem kienet dik li nafu aħna, għalhekk kienu jsibu fiex jaqbdu, għax bosta drabi, ukoll, ma kinux iħalluhom imorru l-knisja. |
s-483
| Fost superstizzjonijiet insibu li l-għerq sinjur, dik il-pjanta li tikber fuq Ħaġret il-General, Għawdex (u rari bnadi oħra) billi għandha għamla li tfakkrek f'simbolu falliku jew tal-fertilità, (wara kollox hekk tfisser il-kelma Maltija għerq) in-nisa kienu jdendluh, jew biċċa minnu, m'għonqhom bħallikieku amuleta jew talisman. |
s-484
| 2 Billi aħmar, dawk li ma kinux iridu tqala, kienu jaħsbu li tajjeb biex iwaqqaf id-demm, u ġieli kienu jużawh biex iħammru, sinjal li ma nqabdux. |
s-485
| Kienu jibżgħu li jekk nisa tqal jieħdu qatgħa jew xokk, iħassru d-demm. |
s-486
| Dejjem kienu jsibu xi mara li tappunta ruħha t-tabiba tar-raħal, tkewwes u tħawwad fil-mistura, u kien hemm min imur għandha b'tidlika demm biex mad-daqqa t'għajn tiddeċiedi jekk ikunx tħassar jew le. |
s-487
| M'għandniex xi ngħidu, kienet tirrikmanda xi rimedju jekk ikun hemm il-bżonn, u ftit ħxejjex bi ftit awrina ma kinux jagħmlu ħażin. |
s-488
| INGREDJENTI |
s-489
| METODU |
s-490
| 1. Naddaf il-qargħa ħamra u qattagħha f'biċċiet imdaqqsa. |
s-491
| Poġġihom f'dixx tal-forn flimkien mat-tewm (it-tewm tqaxxrux). |
s-492
| Itfa' nofs iż-żejt u ixwi għal madwar 30 minuta (Gas no 6 / 400 ° F / 200 ° C ), sakemm jirtabu u jibdew jiħmaru. |
s-493
| 2. Sadattant, saħħan il-kumplament taż-żejt f'kazzola, żid il-kurrat, il-karfus u l-patata. |
s-494
| Sajjar fuq nar bati għal 10 minuti. |
s-495
| Żid l-istokk tal-ħaxix sakemm jagħli. |
s-496
| 3. Meta l-qargħa ħamra u t-tewm ikunu saru, neħħi t-tewm mill-qoxra u itfagħhom mat-taħlita tal-kurrat, il-karfus u l-patata. |
s-497
| Ħalli sakemm jagħli u tektek għal 10 minuti. |
s-498
| 4. Għaddi kollox minn liquidizer u erġa' itfa' fil-borma. |
s-499
| Żid il-melħ u l-bżar kemm tiggosta. |
s-500
| Jekk tara li s-soppa ġiet magħquda ħafna, żid ftit ilma jew stokk ieħor tal-ħaxix. |
s-501
| 5. Qabel isserviha saħħanha u itfa' t-tursin. |