Dependency Tree

Universal Dependencies - Maltese - MUDT

LanguageMaltese
ProjectMUDT
Corpus Parttest
AnnotationČéplö, Slavomír; Zeman, Daniel

Select a sentence

Showing 302 - 401 of 518 • previousnext

s-302 Iżda qatt ma qtajna qalbna.
s-303 Konna determinati li nisfidaw l-elementi u nżommu sod.
s-304 Iż-żmien itir u hekk kif bdiet riesqa r-rebbiegħa erġajna bdejna ndoqqu t-trombi.
s-305 Dan hu ż-żmien meta aħna niffjorixxu u nfewwħu kullimkien.
s-306 Nimlew il-ġonna kollha lwien.
s-307 Jien safra, u sħabi uħud bojod, oħrajn ħomor, vjola, u anke oranġjo.
s-308 Ta' kull sena jkollna ħafna opportunitajiet u nferrħu ħafna nies.
s-309 Jien inkun fl-aqwa tiegħi.
s-310 Jisimni Fresja!
s-311 PERPETUUM MOBILE
s-312 Smajt ħoss u nħsadt.
s-313 Qomt minn bħal raqda fonda u ma kontx naf eżatt fejn ninsab.
s-314 Bdejt inħoss rasi ddur bija u bil-kemm ma ħassejtnix xi ftit imdardar ukoll.
s-315 Ippruvajt inqum fuq saqajja, iżda sibt dawra likwidu skur aħmar madwari.
s-316 X'kien ġara?
s-317 Irrealizzajt li kont ġo dari imma, kont waħdi?
s-318 Ma kien hemm l-ebda sinjal ta' vjolenza la fuq id-dar u wisq anqas fuqi.
s-319 Allura dan id-demm minn fejn ġie?
s-320 Bdejt insejjaħ biex nara kienx hemm xi ħadd, imma leħni maħnuq u dgħajjef instema' jidwi lura.
s-321 Ħarist madwari u lmaħt it-tapit kwadru tas-salott fejn kont, li kellu kantuniera minnu mgħawġa bħal meta xi ħadd jgħawwiġha b'saqajh u ma qagħadx jikkoppa jerġa' jirranġaha.
s-322 Kien maħsul bl-istess demm.
s-323 It-tavolina tal-ħġieġ li kien hemm fuqu kienet maqsuma b'daqqa ta' xi ħaġa iebsa u ċappa mudullun lewn il-kremżi mwaħħla magħha.
s-324 Bdejt nistaqsi bejni u bejn ruħi, ' X'ġara?
s-325 Kont fis-sakra u kelli xi ngħid ma' xi ħadd u weġġajtu? '
s-326 Min kien tilef ħafna demm u bħalissa jinsab mejjet x'imkien fid-dar żgur!
s-327 Bdejt nidħol kamra kamra nfittex.
s-328 La fil-kċina, la fil-kamra tal-banju u l-anqas fil-kamra tas-sodda ma sibt xejn u kollox kien kif ħallejtu jien.
s-329 Kif kont aljenat naħseb u inkwetat nisma' brejk qawwi ta' żewġ karozzi u ħabta.
s-330 Bumm!
s-331 Għat-tieni darba erġajt inħsadt u nfxilt.
s-332 Mort niġri ħa nara x'ġara barra.
s-333 Kif kont għaddej mis-salott tfixkilt fit-tapit li kont ħallejtu mgħawweġ u ħbatt rasi mat-tavolina tal-ħġieġ u din inqasmet.
s-334 Beda ħiereġ gelgul demm u jien intlift minn sensija, sakemm wara ftit ħin ... Smajt ħoss u nħsadt ...
s-335 Fil-kobor bla sura tal-belt li Erica qiegħda titgħallem tgħix fiha, l-arja tinħass għal kollox differenti minn dik li trewwaħ lill-belt ċkejkna fejn trabbiet.
s-336 Qishom iż-żewġt ibliet ma jagħmlux sehem minn dinja waħda, imma jinsabu fuq żewġ pjaneti mbiegħda li ma jafux bl-eżistenza ta' xulxin.
s-337 Illum tiskanta kif f'ambjent kwiet u miġbur bħal dak li ħalliet warajha, ma kienx jirnexxilha tisma' l-ħoss tas-sikta; l-aktar fid-dar kbira ta' missierha mibnija fuq daqsxejn ta' għolja f'tarf il-belt imkenna, u mxerrfa għal fuq kampanja li għal għajnejn nemmiesa tidher tħaddan eżistenza waħdanija fl-għamla tagħha għax bħallikieku mixtarra minnha nnifisha.
s-338 Missierha kien għaraf jitwaħħad mal-kalma tal-madwar u kien lest jirfed dan l-istat rebbieħ b'ħiltu kollha.
s-339 L-ispirtu qallieb tiegħu kellu jinbeżaq minn ġewwa għal barra bla ebda limitazzjoni, xi drabi wkoll taħt is-sura iebsa ta' stmerrija għal kull eżistenza li b'xi mod thedded li xxellef is-sikta misjuba minnu.
s-340 Forsi x-xejra merfugħa ta' ħsibijietu kienet gerrxitha mill-għarfien tal-ħemda ġewwiena u kontra r-rieda tiegħu ġagħlitha tissielet mad-dehra kwieta li, fl-opinjoni tagħha, ġiet minsuġa apposta madwarha.
s-341 Fl-appartament ċkejken ġol-qalba tal-belt il-ġdida l-kampanja naturali tinħass 'il bogħod u s-sikta mixtieqa tinsab mirfuda biss mill-qawwa ta' l-illużjoni.
s-342 Il-ħajt dejjaq li fuq naħa waħda jifridhom minn ġirien għaġġieba għall-aħħar, ma jitfix id-diwi ta' l-ilħna werżieqa u ma joħnoqx it-tħanxir ta' mużika b'ritmu mgħaġġel, li tinstama' f'mumenti meta ma tkunx mistennija.
s-343 Li kieku Erica kellha tkun imgħarrfa b'dawn iċ-ċirkustanzi minn qabel, kieku x'aktarx li kienet tieħu kollox biċ-ċajt għax dak iż-żmien kienet taħseb li tista' tinħamel ma' kull għamla ta' ħsejjes, imqar dawk mhux maħluqa minnha.
s-344 Iżda malli l-ispazju ta' madwarha ċkien fid-dieher, bdiet tħoss il-ħtieġa li s-skiet li qatt ma tatu ċ-ċans jitnissel minn ġewwa, jiġi sostitwit minn ieħor imnibbet fl-ambjent li sabet ruħha fih.
s-345 Karl ma kienx jidher milqut bħalha miċ-ċirkustanzi li bdew jinħassu jagħfsu fuqha bi pressjoni li ma setgħetx ma tagħtix kas tagħha.
s-346 Kellu fiex jedha fil-pittura u ma kienx imdorri jżomm il-kont ta' kif iqatta' l-ħin.
s-347 L-importanti għalih li ż-żmien jibqa' għaddej kemm jista' jkun bla tfixkil u bla ma jazzarda jsabbtu wiċċ imb'wiċċ miegħu nnifsu.
s-348 Hi wkoll kienet taħseb li la jkollha 'l Karl jgħix magħha, il-ħin jitlef mis-siwi tiegħu għaliha.
s-349 F'li ma tkun tixtieq xejn għajr ir-raġel li tħobb, jingħelbu d-distanzi kważi illużorji u l-ħin ma jibqagħlux ma' xiex jitkejjel.
s-350 Qatt ma basret li setgħet titqarraq u li ħajjitha kienet teħtieġ xi ħaġa aktar mill-preżenza fiżika ta' l-artist meqjum minnha.
s-351 Kienu għaddew biss ftit xhur minn meta bdiet tgħammar miegħu u ġa setgħet tagħraf ix-xenqa mliġġma li jkollha tarbija li tkun tiegħu daqskemm tkun tagħha u li forsi twassalhom biex jillegalizzaw ir-rabta ta' bejniethom.
s-352 Iżda Karl ma kienx ta' l-istess fehma.
s-353 Mill-ewwel urieha biċ-ċar li ma kellu ebda ħajra la li jerġa' jintrabat biż-żwieġ u wisq anqas li jibda jrabbi.
s-354 Hi kienet aċċettatu kif inhu, waħdu, u hu kien laqagħha fi ħdanu bla kompromessi jew tamiet li, fl-opinjoni tiegħu, faċli jirriżultaw fiergħa.
s-355 Dak in-nhar ipprovat tifhmu u għamlet ħilitha biex twarrab l-idea bikrija minn moħħha.
s-356 Għalkemm hi u Karl kienu sabu 'l xulxin, ma kinitx żgura jekk bħala individwi kinux sabu lilhom infushom.
s-357 Kienu jeħtieġu ż-żmien u l-ispazju li kien ġa limitat.
s-358 Karl kien għadu bla xogħol u wara t-tweġiba t'ommha għall-ittra tagħha, għeb kull pjan ta' rikonċiljazzjoni ma' niesha.
s-359 Missierha ma kienx lest jaħfrilha u t-triq li għażlet kellha tkejjilha waħedha, 'il bogħod minnhom kemm jista' jkun.
s-360 Id-deċiżjoni iebsa li ma tgħarrafhomx aktar bi ħbarha u li tinjora l-eżistenza tagħhom, għenitha tinsa kull ħsieb jew riżoluzzjoni oħra li ma kellhiex x'taqsam direttament magħhom.
s-361 Ix-xewqa li jkollha tarbija kellha titwarrab fil-ġenb.
s-362 L-imħabba ta' Karl biss setgħet ittaffi xi ftit mir-rabja li kienet qiegħda tħoss għaliha u għall-ġens uman kollu.
s-363 Ix-xogħol monotonu fil-fabbrika ma kienx jgħinha tinsa, iżda anqas ma kien għadu jweġġa' s-sentimenti tagħha.
s-364 Fil-belt il-kbira, miżgħuda bin-nies, mhux faċli ssib ix-xogħol kif u xħin tixtieq u Erica kienet tgħodd ruħha b'ixxurtjata li bdiet taħdem ħmistax wara li waslu.
s-365 Kellhom bżonn il-flus u s-sodisfazzjon li ma setgħetx tikseb fin-nisġa tax-xogħol il-ġdid kien jinstab fir-rieda li ssaħħaħ ir-rabta ta' bejniethom.
s-366 Fl-istess waqt kienet qiegħda tgħin lir-raġel li tħobb, iwettaq l-ideal tiegħu.
s-367 Jekk jistabbilixxi ruħu fil-ħajja u jsib is-sliem mixtieq, jagħmilha ħienja miegħu.
s-368 Il-ħsieb imbejjet fit-tama li l-impjieg maħtuf minnha kellu jkun temporanju u x'aktarx għal żmien qasir, kien joħloq fiha aspett negattiv aktar milli pożittiv.
s-369 Ma kellhiex ħajra ttejjeb il-qagħda tagħha f'dik il-fabbrika magħġuna b'għan wieħed ta' żieda sfrenata fil-produzzjoni, imqar jekk spejjeż tal-ħaddiema u xi drabi wkoll tal-prodott innifsu.
s-370 Fiċ-ċaħda volontarja ta' kull sens t'oriġinalità jew kreattività f'dak l-ambjent imgħaġġel, kienet tagħżel li ssir biċċa mill-magna biex tinħamel mal-pass tax-xogħol li ma setgħetx iġġerragħ.
s-371 Il-qagħda mirżuħa la tgħinha tinsa l-qadim u anqas tiftakar il-ġdid.
s-372 B'ħażna ta' ħsibijiet ippakkjati fis-subkonxju, tasal li taddotta l-magna b'biċċa minnha.
s-373 Iżda xħin isir il-ħin biex titlaq minn fuq il-post tax-xogħol terġa' tħoss in-nifs tal-ħajja jirfidha u għalkemm fiżikament għajjiena, tħaffef lejn id-dar biex taqsam ħajjitha mar-raġel li tħobb.
s-374 Sakemm beda ż-żmien tal-prova tiegħu mad-ditta tar-reklamar, Karl kien ikun lest jistennieha kull filgħaxija biex jilqagħha fi ħdanu.
s-375 Matul il-jum kien jilħaq ipinġi u jistrieħ kemm irid bla xkiel ta' ħadd, u li jħejji xi ħaġa ta' l-ikel għalih u għal Erica kienet tiswielu ta' mogħdija tal-ħin.
s-376 Il-preżenza tal-maħbuba tiegħu wara ġurnata 'l bogħod minnu tkattarlu ssodisfazzjon li jkun kiseb, jew jekk ikun hemm bżonn, twittilu l-ħotob tad-delużjoni.
s-377 Biha jew mingħajrha ma kienx xorta la għalih u anqas għall-arti tiegħu u din id-darba l-għażla ta' sieħba kienet tirrendi u lilu tagħmillu ġieħ.
s-378 Iżda malli beda jaħdem, il-ħin għad-dispożizzjoni tiegħu naqas b'mod drastiku.
s-379 L-effett tal-bidla fuqu ma kienx dak mistenni minn Erica.
s-380 Kienet ħasbet li fl-ewwel jiem tax-xogħol kien se jiġi lura d-dar igerger fuq il-kundizzjonijiet imfellka u jisħet il-mument li fih mar japplika għall-impjieg.
s-381 Minn rajha ħejjiet ruħha biex tgħinu u tkun qrib tiegħu aktar mis-soltu malli jistqarr li ma kienx jista' jsib is-sodisfazzjon mixtieq.
s-382 Iżda b'sorpriża għaliha, Karl donnu ma kienx jixtieq jaqsam l-esperjenza l-ġdida tiegħu magħha.
s-383 Għall-ewwel ipprovat taħseb li kien qiegħed ikun għajjien u mingħajr aptit li jitkellem fit-tul fuq it-tip ta' xogħol li daħal għalih.
s-384 Fuq kollox anqas hi ma kienet qatt tiddiskuti miegħu x'jgħaddi mingħaliha fil-fabbrika.
s-385 Dak kien ambjent differenti mill-appartament tagħhom u ż-żewġ ambjenti ma kellhomx jitħalltu flimkien.
s-386 Imma li jgħaddi ż-żmien u tibqa' ma tkun taf xejn dwar jekk kienx qiegħed jikseb sodisfazzjon jew le fit-twettiq tal-ħidma l-ġdida li suppost kellha tkun ukoll artistika, kien qiegħed jagħtiha ġewwa.
s-387 Ħafna mistoqsijiet minn dejjem kienu jdejquh.
s-388 Karl ma jiħux gost iħossu mgħarbel, għalkemm mhux is-soltu tiegħu li jingħalaq fit-tul fih innifsu.
s-389 Imqar jekk kellha għalfejn tkun kburija li l-personalità tagħha kienet ħalliet timbru fuq il-personalità tiegħu, ma setgħetx tixtieq li l-artist jibda jimitaha fit-tendenzi merfugħa tal-karattru tagħha.
s-390 Kien jeħtiġilha żżomm is-sabar.
s-391 Karl ma kienx jonqosha mill-imħabba għadilli l-ħin li qabel kien jiddedika għaliha waħedha issa kellu jiġi mnaqqas sew.
s-392 Ix-xogħol tal-pittura li kien l-aktar għal qalbu kien jista' jitkompla biss filgħaxijiet, wara sigħat twal ta' xogħol ieħor b'impenn kummerċjali barra mid-dar, u waqt li l-maħbub tagħha jkun ipinġi ma jkunx f'burdata li jaqsam l-eżistenza tiegħu ma' ħaddieħor.
s-393 Forsi minħabba l-qawwa tal-komunikazzjoni ulterjuri ma' l-oħrajn permezz ta' l-arti, fl-aktar mumenti li l-artist ikun waħdu u maqtugħ għalih joħloq fuq it-tila, l-anqas li jħossu maħkum mill-biża' tas-solitudni.
s-394 Iżda għaliha xort'oħra, għax ta' kull darba l-preżenza tagħha tinħass tinxtorob ġewwa fiha mqar jekk tkun qiegħda tippoża ta' mudella għalih, u l-ħsejjes bla kontroll tal-madwar jinħassu mġelġla u jheżżu l-fdalijiet tal-preżenza mġannta.
s-395 Kien jeħtiġilha taljena ruħha u ssib ftuħ ieħor fejn moħħha jkun jista' jimraħ, biex waqt li Karl ikun jinħass 'il bogħod minnha, tibqa' tiġġustifika s-siwi ta' l-eżistenza tagħha.
s-396 Ix-xewqa mwarrba li jkollha tarbija mhux biss kienet reġgħet bdiet tfeġġ, iżda nbidlet fi bżonn ewlieni li kien essenzjali għat-twettiq ta' ħajjitha.
s-397 Għalkemm ma kinitx żgura jekk ir-raġel li għażlet għaliha kellux jippersevera jew le fl-impjieg li sab, u forsi jerġa' kollox għal li kien, din id-darba wiegħdet lilha nnifisha li ma tilħaq ebda kompromess miegħu.
s-398 Kienet lesta li tieħu d-deċiżjoni mixtieqa waħedha u tidħol responsabbli għal kulma jista' jiġri wara.
s-399 Dak li waħħlet f'rasha li twettaq, ukoll jekk bħas-soltu jiġi magħdud minn ħaddieħor b'għemil għaġġieli u mferfex, ma kien se jisfrattahulha ħadd.
s-400 Fl-opinjoni tagħha, min ma kellux ir-rieda li jgħinha tgħix ħajjitha fis-sħiħ, ma kellux il-jedd jikkritikaha.
s-401 Id-Djalett

Text viewDownload CoNNL-U