Dependency Tree

Universal Dependencies - Maltese - MUDT

LanguageMaltese
ProjectMUDT
Corpus Parttest
AnnotationČéplö, Slavomír; Zeman, Daniel

Select a sentence

Showing 202 - 301 of 518 • previousnext

s-202 Imma għala?
s-203 Biex ma jkollokx ħafna kaptani?
s-204 'Iva,' u bil-mod u bil-kalma kollha li kważi tippnotizzak jerġa' jagħmel sinjal b'rasu 'l isfel.
s-205 ' Li hu żgur hu li aħna kburin li aħna Laburisti u għandna nibqgħu kburin.
s-206 M'aħniex ċittadini tat-tieni klassi.
s-207 Il-Laburisti huma intelliġenti daqs il-partit l-ieħor, jekk mhux aktar minnhom.
s-208 ' Qatt ma għajjarna lill-avversarji b'ismijiet ta' annimali.
s-209 U l-ħamallaġni kulħadd ra fejn kienet fil-kampanja elettorali, ' jargumenta b'referenza għal ċerti xeni ta' partitarji Nazzjonalisti.
s-210 Nerġa' nipprova nżellaq il-mistoqsija ta' min l-aħjar ikun il-mexxej ġdid Laburista.
s-211 F'daqqa waħda jagħtini l-ġenb bis-siġġu u minflok lejja issa jħares lejn l-iskrivanija ta' quddiemu.
s-212 B'idejh jagħmel sett ta' sinjali biex jispjegali t-teorija tiegħu.
s-213 ' Għamilt ġurnata naħseb fuqha.
s-214 Trid tkun taħlita.
s-215 Hemm bżonn li bħala mexxej ikollok persuna azzettata, b'ċerta maturità fil-ħajja politika.
s-216 Din għandha tkun imżewġa ma' wiċċ żagħżugħ.
s-217 Bit-tnejn, bħala partit, tinfetaħ għal kull faxxa tas-soċjetà Maltija u Għawdxija. '
s-218 Ma' l-aħħar ftit kliem ta' din is-sentenza jasal b'idu n-naħa l-oħra tal-mejda li kienet tissimbolizza rebħa fl-elezzjoni ġenerali li jmiss.
s-219 Jaqbel li l-għażla tal-mexxej għandha tibqa' kif inhi jew li għandha titwessa' l-għażla ta' min jista' jivvota?
s-220 ' Naħseb li jekk titwessa' jkollok aktar demokrazija.
s-221 Naqbel li għandhom jivvutaw aktar nies.
s-222 Ma neskludix il-possibbiltà li wara l-ħatra tal-mexxej ikun hemm diskussjoni interna biex jinbidel l-istatut, ' iwieġeb il-Professur.
s-223 Anthony Zammit jaħseb li wasal iż-żmien li l-Partit Laburista jgħid ċar u tond kif jaħsibha dwar suġġetti jaħarqu, fosthom il-koabitazzjoni u d-drittijiet għal persuni gay?
s-224 'M'għandi xejn kontra l-koabitazzjoni dment li jkun hemm il-lealtà,' jispjega filwaqt li jaqbel li l-liġijiet għandhom jinbidlu biex jipproteġu liż-żewġ partijiet.
s-225 ' Naf koppji gay li ilhom 35 sena jgħixu flimkien.
s-226 Jien naqbel li wara ċertu ammont ta' snin li tnejn ikunu ilhom jgħixu taħt l-istess saqaf, japplikaw ċerti regolamenti, ' jgħid Zammit.
s-227 ' Il-gruppi ta' minoranza ħadd ma jħobb joħroġ għonqu għalihom.
s-228 Jien fuq programm televiżiv fuq Smash tkellimt fuq il-gays.
s-229 M'għandi xejn kontrihom.
s-230 Huma nies enjoyable, kultivati u ma niddejjaq xejn inkun fil-kumpanija tagħhom, anzi.
s-231 Jien open- minded ħafna għall-gruppi ta' minoranza.
s-232 Is-saħħa m'għandhiex kuluri, ' jgħid.
s-233 Hemm min li lill-Professur Zammit jakkużah b'ipokrezija għax filwaqt li jimplikaw li hu gay, jibża' jiddefendi fil-beraħ temi ta' gays biex ma jitlifx l-appoġġ tan-nies.
s-234 ' Jiena persuna sempliċi ħafna.
s-235 Forsi minħabba l-fatt li nitħallat u ninżel għal-livell ta' kulħadd
s-236 Min jgħid hekk jista' jkun li jgħid hekk biex jaqla' l-ħama għax jaf li ċerti faxex mhumiex aċċettati mis-soċjetà, ' iwieġeb waqt li wiċċu issa huwa skarnat.
s-237 Imbagħad isemmili x'qallu ħabib tiegħu gay meta kien il-Ġermanja.
s-238 'Kien qalli:' Never say never ',' jgħid Zammit.
s-239 Il-Professur jemmen li tul dawn l-aħħar snin Malta tilfet ħafna mill-valuri u hawn jiftaħ fuq realtà oħra soċjali: xebbiet li jispiċċaw irabbu tfal waħedhom barra ż-żwieġ.
s-240 ' F'dawn l-aħħar 20 sena tlifna l-prinċipji Maltin.
s-241 Veru morna l-baħar! ' isostni Zammit.
s-242 ' M'għandi xejn kontra s-single mothers.
s-243 Nemmen li għandna nkomplu ngħinuhom aktar.
s-244 Imma jekk wieħed jindaga sew isib li ammont kbir ta' tfal mhux veru ħadd ma jaf min hu missierhom.
s-245 ' Forsi ħafna mill-każijiet huma tali li jekk dawn il-koppji jkunu identifikati, il-pajjiż jista' jgħinhom bħala koppja.
s-246 Wieħed jista' jgħinhom isolvu l-problemi bejniethom u wkoll billi jsibilhom fejn joqogħdu.
s-247 Imma kulħadd irid jerfa' r-responsabbiltà għal għemilu, ' b'referenza diretta għal ċerti ġuvintur li jibqgħu jġorru bandiera bajda qisu qatt ma kien xejn.
s-248 Indawwar l-intervista fuq il-ħin ta' rilassament.
s-249 Iħobb l-arti, il-pittura u kollezzjonist ta' l-artiġġanatu affarijiet antiki.
s-250 Xi ħaġa li probabbli mxiet fid-demm mill-għeruq tal-familja.
s-251 Ommu kienet ħarġet minn familja fil-ġojjellerija u ta' nies li jaħdmu fil-fidda.
s-252 ' Il-mużika togħġobni ħafna.
s-253 Kull tip ta' mużika.
s-254 Minn klassika sa pop.
s-255 Jiddependi minn dak li nkun qed nagħmel f'dak il-ħin.
s-256 Anke waqt operazzjoni erġajna daħħalna l-mużika b'xi radju fl-isfond. '
s-257 Imbagħad bla ma nistaqsieh 'iqerr' fuq xi ħaġa personali.
s-258 ' Jien waqt li nkun qed nikkonċentra nagħlaq għajnejja.
s-259 Ninża' kompletament mill-ħsejjes ta' madwari u niffoka fuq dak li nkun qed nagħmel jew fuq dak li jingħad.
s-260 Mhux darba u tnejn inkun waqt xi laqgħa jew diskussjoni u jaħsbuni li nkun qed nogħnos.
s-261 Fil-verità inkun qed naħseb. '
s-262 Bejni u bejn ruħi jien u mmekkek fil-kurituri ta' l-Isptar Mater Dei nipprova nifhem din ta' l-aħħar.
s-263 Konvinta li din il-'qrara' qalha għax waqt l-intervista ħassu komdu u sinċier.
s-264 Imma għandi sensazzjoni li jista' jkun qed jilqa' minn issa għal xi filmat tiegħu li fil-futur jistgħu jġibuh jimmedita b'għajnejh magħluqa waqt xi dibattitu jaħraq fil-Parlament jew fil-Partit Laburista.
s-265 MA KINITX KELMA
s-266 Ġanpatist kien mir-raħal.
s-267 Raġel twajjeb imma jinkiser mix-xejn minħabba l-kumpless ta' inferjorità li kellu.
s-268 Jiħmar, jinfixel u ma jsibx kliem f'ħalqu.
s-269 Kulħadd kien drah u mhux l-ewwel darba li minn fuq iz-zuntier tal-knisja xi ruħ tajba kienet tiġbidlu saqajh.
s-270 Kellu erbat itfal.
s-271 Iż-żgħir kien ħareġ intelliġenti u kien għadda għall-iskola sekondarja.
s-272 Hemmhekk beda jitgħallem it-Taljan u kien qed jaqbad ġmielu.
s-273 Darba kellu bżonn imur ma' missieru fuq qadja.
s-274 Daru minn wara l-knisja u waslu qrib iz-zuntier fejn bħas-soltu kien hemm dawk li m'għandhomx x'jagħmlu għajr ibeżżqu lejn kullimkien.
s-275 It-tifel kien qed ifisser lil missieru kemm tgħallem bit-Taljan.
s-276 Missieru ħassu jitkabbar l-aktar għax dawk ta' fuq iz-zuntier setgħu jisimgħu kollox.
s-277 It-tifel, biex juri lil missieru kemm tgħallem kliem bit-Taljan, qallu:
s-278 ' Pa, int Babbo!
s-279 Hekk jgħidulek bit-Taljan. '
s-280 Ma' dan il-kliem, l-erwieħ twajba ta' fuq iz-zuntier ċarrtu ħalqhom f'daħka kbira li kienet tfisser ħafna.
s-281 Ġanpatist, sar aħmar nar, telgħatlu għoqla fi griżmejh u f'daqqa waħda dar fuq ibnu u xejjirlu daqqa ta' ħarta fuq ħaddejh li dawru dawra tond waqt li minn ħalq mimli qilla, qallu:
s-282 ' Ngħidlek jien min hu babbu!
s-283 Mhux lil missierek tgħidha hekk imma! '
s-284 Minn dak il-jum 'il quddiem, it-tifel qatt ma wera aktar kemm kien tgħallem bit-Taljan.
s-285 IN-NATURA U JIEN
s-286 Kont qed nilgħaq ix-xemx meta f'daqqa waħda tfaċċat is-sinjura, għax hekk insejħilha jien.
s-287 Ħasditni, qalgħetni minn posti u tefgħatni fil-kamra tal-bejt flimkien ma' sħabi.
s-288 Kullħadd fuq xulxin, mitfugħ kif ġie ġie.
s-289 Kienet iddejaqni meta tagħmlilna hekk, iżda dejjem ippruvajt inżomm kalma.
s-290 Ħallietna hemm waħedna mitluqin għal riħna bla kliem u bla sliem.
s-291 Il-ġimgħat gerrbu ġmielhom u s-sajf kien daħal sewwa.
s-292 Tgħidx kemm ħassejna sħana, qabadna l-għatx, saħansitra nxifna.
s-293 Iżda ħadd ma tana nixorbu.
s-294 Wasal Settembru u s-sinjura reġgħet tfaċċat.
s-295 Qabditna waħda waħda u reġgħet difnitna.
s-296 Dlam ċappa.
s-297 Konna waħda ftit 'il bogħod mill-oħra nistennew iż-żmien għaddej.
s-298 Mal-ewwel xita bdejna nieħdu r-ruħ.
s-299 Erġajna bdejna nitqawwew xi ftit sa ma rnexxielna nieħdu nifs qawwi u ppuntajna rasna 'l barra fl-arja.
s-300 Ftit ftit bdejna nikbru, nisbieħu u nitwalu wkoll.
s-301 Xi drabi nixxemxu jew nixxarrbu bix-xita, nitbandlu mar-riħ u nirtogħdu fil-kesħa tax-xitwa Maltija.

Text viewDownload CoNNL-U