s-201
| Naqbel żgur li mal-mexxej għandu jkun hemm Deputat Mexxej wieħed u mhux tnejn, ' iwieġeb. |
s-202
| Imma għala? |
s-203
| Biex ma jkollokx ħafna kaptani? |
s-204
| 'Iva,' u bil-mod u bil-kalma kollha li kważi tippnotizzak jerġa' jagħmel sinjal b'rasu 'l isfel. |
s-205
| ' Li hu żgur hu li aħna kburin li aħna Laburisti u għandna nibqgħu kburin. |
s-206
| M'aħniex ċittadini tat-tieni klassi. |
s-207
| Il-Laburisti huma intelliġenti daqs il-partit l-ieħor, jekk mhux aktar minnhom. |
s-208
| ' Qatt ma għajjarna lill-avversarji b'ismijiet ta' annimali. |
s-209
| U l-ħamallaġni kulħadd ra fejn kienet fil-kampanja elettorali, ' jargumenta b'referenza għal ċerti xeni ta' partitarji Nazzjonalisti. |
s-210
| Nerġa' nipprova nżellaq il-mistoqsija ta' min l-aħjar ikun il-mexxej ġdid Laburista. |
s-211
| F'daqqa waħda jagħtini l-ġenb bis-siġġu u minflok lejja issa jħares lejn l-iskrivanija ta' quddiemu. |
s-212
| B'idejh jagħmel sett ta' sinjali biex jispjegali t-teorija tiegħu. |
s-213
| ' Għamilt ġurnata naħseb fuqha. |
s-214
| Trid tkun taħlita. |
s-215
| Hemm bżonn li bħala mexxej ikollok persuna azzettata, b'ċerta maturità fil-ħajja politika. |
s-216
| Din għandha tkun imżewġa ma' wiċċ żagħżugħ. |
s-217
| Bit-tnejn, bħala partit, tinfetaħ għal kull faxxa tas-soċjetà Maltija u Għawdxija. ' |
s-218
| Ma' l-aħħar ftit kliem ta' din is-sentenza jasal b'idu n-naħa l-oħra tal-mejda li kienet tissimbolizza rebħa fl-elezzjoni ġenerali li jmiss. |
s-219
| Jaqbel li l-għażla tal-mexxej għandha tibqa' kif inhi jew li għandha titwessa' l-għażla ta' min jista' jivvota? |
s-220
| ' Naħseb li jekk titwessa' jkollok aktar demokrazija. |
s-221
| Naqbel li għandhom jivvutaw aktar nies. |
s-222
| Ma neskludix il-possibbiltà li wara l-ħatra tal-mexxej ikun hemm diskussjoni interna biex jinbidel l-istatut, ' iwieġeb il-Professur. |
s-223
| Anthony Zammit jaħseb li wasal iż-żmien li l-Partit Laburista jgħid ċar u tond kif jaħsibha dwar suġġetti jaħarqu, fosthom il-koabitazzjoni u d-drittijiet għal persuni gay? |
s-224
| 'M'għandi xejn kontra l-koabitazzjoni dment li jkun hemm il-lealtà,' jispjega filwaqt li jaqbel li l-liġijiet għandhom jinbidlu biex jipproteġu liż-żewġ partijiet. |
s-225
| ' Naf koppji gay li ilhom 35 sena jgħixu flimkien. |
s-226
| Jien naqbel li wara ċertu ammont ta' snin li tnejn ikunu ilhom jgħixu taħt l-istess saqaf, japplikaw ċerti regolamenti, ' jgħid Zammit. |
s-227
| ' Il-gruppi ta' minoranza ħadd ma jħobb joħroġ għonqu għalihom. |
s-228
| Jien fuq programm televiżiv fuq Smash tkellimt fuq il-gays. |
s-229
| M'għandi xejn kontrihom. |
s-230
| Huma nies enjoyable, kultivati u ma niddejjaq xejn inkun fil-kumpanija tagħhom, anzi. |
s-231
| Jien open- minded ħafna għall-gruppi ta' minoranza. |
s-232
| Is-saħħa m'għandhiex kuluri, ' jgħid. |
s-233
| Hemm min li lill-Professur Zammit jakkużah b'ipokrezija għax filwaqt li jimplikaw li hu gay, jibża' jiddefendi fil-beraħ temi ta' gays biex ma jitlifx l-appoġġ tan-nies. |
s-234
| ' Jiena persuna sempliċi ħafna. |
s-235
| Forsi minħabba l-fatt li nitħallat u ninżel għal-livell ta' kulħadd… |
s-236
| Min jgħid hekk jista' jkun li jgħid hekk biex jaqla' l-ħama għax jaf li ċerti faxex mhumiex aċċettati mis-soċjetà, ' iwieġeb waqt li wiċċu issa huwa skarnat. |
s-237
| Imbagħad isemmili x'qallu ħabib tiegħu gay meta kien il-Ġermanja. |
s-238
| 'Kien qalli:' Never say never ',' jgħid Zammit. |
s-239
| Il-Professur jemmen li tul dawn l-aħħar snin Malta tilfet ħafna mill-valuri u hawn jiftaħ fuq realtà oħra soċjali: xebbiet li jispiċċaw irabbu tfal waħedhom barra ż-żwieġ. |
s-240
| ' F'dawn l-aħħar 20 sena tlifna l-prinċipji Maltin. |
s-241
| Veru morna l-baħar! ' isostni Zammit. |
s-242
| ' M'għandi xejn kontra s-single mothers. |
s-243
| Nemmen li għandna nkomplu ngħinuhom aktar. |
s-244
| Imma jekk wieħed jindaga sew isib li ammont kbir ta' tfal mhux veru ħadd ma jaf min hu missierhom. |
s-245
| ' Forsi ħafna mill-każijiet huma tali li jekk dawn il-koppji jkunu identifikati, il-pajjiż jista' jgħinhom bħala koppja. |
s-246
| Wieħed jista' jgħinhom isolvu l-problemi bejniethom u wkoll billi jsibilhom fejn joqogħdu. |
s-247
| Imma kulħadd irid jerfa' r-responsabbiltà għal għemilu, ' b'referenza diretta għal ċerti ġuvintur li jibqgħu jġorru bandiera bajda qisu qatt ma kien xejn. |
s-248
| Indawwar l-intervista fuq il-ħin ta' rilassament. |
s-249
| Iħobb l-arti, il-pittura u kollezzjonist ta' l-artiġġanatu affarijiet antiki. |
s-250
| Xi ħaġa li probabbli mxiet fid-demm mill-għeruq tal-familja. |
s-251
| Ommu kienet ħarġet minn familja fil-ġojjellerija u ta' nies li jaħdmu fil-fidda. |
s-252
| ' Il-mużika togħġobni ħafna. |
s-253
| Kull tip ta' mużika. |
s-254
| Minn klassika sa pop. |
s-255
| Jiddependi minn dak li nkun qed nagħmel f'dak il-ħin. |
s-256
| Anke waqt operazzjoni erġajna daħħalna l-mużika b'xi radju fl-isfond. ' |
s-257
| Imbagħad bla ma nistaqsieh 'iqerr' fuq xi ħaġa personali. |
s-258
| ' Jien waqt li nkun qed nikkonċentra nagħlaq għajnejja. |
s-259
| Ninża' kompletament mill-ħsejjes ta' madwari u niffoka fuq dak li nkun qed nagħmel jew fuq dak li jingħad. |
s-260
| Mhux darba u tnejn inkun waqt xi laqgħa jew diskussjoni u jaħsbuni li nkun qed nogħnos. |
s-261
| Fil-verità inkun qed naħseb. ' |
s-262
| Bejni u bejn ruħi jien u mmekkek fil-kurituri ta' l-Isptar Mater Dei nipprova nifhem din ta' l-aħħar. |
s-263
| Konvinta li din il-'qrara' qalha għax waqt l-intervista ħassu komdu u sinċier. |
s-264
| Imma għandi sensazzjoni li jista' jkun qed jilqa' minn issa għal xi filmat tiegħu li fil-futur jistgħu jġibuh jimmedita b'għajnejh magħluqa waqt xi dibattitu jaħraq fil-Parlament jew fil-Partit Laburista. |
s-265
| MA KINITX KELMA |
s-266
| Ġanpatist kien mir-raħal. |
s-267
| Raġel twajjeb imma jinkiser mix-xejn minħabba l-kumpless ta' inferjorità li kellu. |
s-268
| Jiħmar, jinfixel u ma jsibx kliem f'ħalqu. |
s-269
| Kulħadd kien drah u mhux l-ewwel darba li minn fuq iz-zuntier tal-knisja xi ruħ tajba kienet tiġbidlu saqajh. |
s-270
| Kellu erbat itfal. |
s-271
| Iż-żgħir kien ħareġ intelliġenti u kien għadda għall-iskola sekondarja. |
s-272
| Hemmhekk beda jitgħallem it-Taljan u kien qed jaqbad ġmielu. |
s-273
| Darba kellu bżonn imur ma' missieru fuq qadja. |
s-274
| Daru minn wara l-knisja u waslu qrib iz-zuntier fejn bħas-soltu kien hemm dawk li m'għandhomx x'jagħmlu għajr ibeżżqu lejn kullimkien. |
s-275
| It-tifel kien qed ifisser lil missieru kemm tgħallem bit-Taljan. |
s-276
| Missieru ħassu jitkabbar l-aktar għax dawk ta' fuq iz-zuntier setgħu jisimgħu kollox. |
s-277
| It-tifel, biex juri lil missieru kemm tgħallem kliem bit-Taljan, qallu: |
s-278
| ' Pa, int Babbo! |
s-279
| Hekk jgħidulek bit-Taljan. ' |
s-280
| Ma' dan il-kliem, l-erwieħ twajba ta' fuq iz-zuntier ċarrtu ħalqhom f'daħka kbira li kienet tfisser ħafna. |
s-281
| Ġanpatist, sar aħmar nar, telgħatlu għoqla fi griżmejh u f'daqqa waħda dar fuq ibnu u xejjirlu daqqa ta' ħarta fuq ħaddejh li dawru dawra tond waqt li minn ħalq mimli qilla, qallu: |
s-282
| ' Ngħidlek jien min hu babbu! |
s-283
| Mhux lil missierek tgħidha hekk imma! ' |
s-284
| Minn dak il-jum 'il quddiem, it-tifel qatt ma wera aktar kemm kien tgħallem bit-Taljan. |
s-285
| IN-NATURA U JIEN |
s-286
| Kont qed nilgħaq ix-xemx meta f'daqqa waħda tfaċċat is-sinjura, għax hekk insejħilha jien. |
s-287
| Ħasditni, qalgħetni minn posti u tefgħatni fil-kamra tal-bejt flimkien ma' sħabi. |
s-288
| Kullħadd fuq xulxin, mitfugħ kif ġie ġie. |
s-289
| Kienet iddejaqni meta tagħmlilna hekk, iżda dejjem ippruvajt inżomm kalma. |
s-290
| Ħallietna hemm waħedna mitluqin għal riħna bla kliem u bla sliem. |
s-291
| Il-ġimgħat gerrbu ġmielhom u s-sajf kien daħal sewwa. |
s-292
| Tgħidx kemm ħassejna sħana, qabadna l-għatx, saħansitra nxifna. |
s-293
| Iżda ħadd ma tana nixorbu. |
s-294
| Wasal Settembru u s-sinjura reġgħet tfaċċat. |
s-295
| Qabditna waħda waħda u reġgħet difnitna. |
s-296
| Dlam ċappa. |
s-297
| Konna waħda ftit 'il bogħod mill-oħra nistennew iż-żmien għaddej. |
s-298
| Mal-ewwel xita bdejna nieħdu r-ruħ. |
s-299
| Erġajna bdejna nitqawwew xi ftit sa ma rnexxielna nieħdu nifs qawwi u ppuntajna rasna 'l barra fl-arja. |
s-300
| Ftit ftit bdejna nikbru, nisbieħu u nitwalu wkoll. |