s-101
| 'It-televiżjoni mbagħad hi dinja kompletament differenti li minnha nnifisha toffri dimensjoni totalment differenti għal min hu mdorri fuq ir-radju.' |
s-102
| Borg Bonaci jirrakkonta li l-avventura tiegħu bħala preżentatur televiżiv bdiet fuq is-Super One TV fejn kellu kwiżz u wara għadda għal Net TV u mbagħad għadda għal Television Malta bil-programm ' Divided '. |
s-103
| Borg Bonaci sostna li t-televiżjoni hu mezz sabiħ ta' komunikazzjoni, madankollu r-radju hu l-aktar mezz li jippreferi minn kull lat. |
s-104
| ' Ma ngħidx li t-televiżjoni ma jogħġobnix għaliex fih is-sabiħ tiegħu, iżda għalija r-radju jiġi fl-ewwel preferenza għaliex il-fatt li tkun magħluq fi studjo u tkun qed tkellem lill-massa inviżibbli li huma milħuqa anki fejn it-televiżjoni ma jlaħħaqx hu inkredibbli … |
s-105
| ' Tista' tisma' r-radju fil-karozza, fil-kċina, fil-garaxx, fil-fabbrika, insomma kullimkien … |
s-106
| U dak hu s-sabiħ tar-radju, ' jinsisti Carlo. |
s-107
| Lejn tmiem l-intervista Borg Bonaci jwieġeb il-mistoqsija speċifika tiegħi dwar il-kritika li ssir xi drabi lejn ċerti preżentaturi li jbiddlu l-istazzjon tar-radju jew tat-televiżjoni – l-aktar dawk tal-partiti politiċi – u jieħdu timbru politiku. |
s-108
| ' Aħna professjonisti, artisti, nies li għalina l-politika mhix importanti. |
s-109
| Il-preżentazzjoni hi l-professjoni tagħna u ħadd qatt m'għandu jagħtina xi timbru politiku. |
s-110
| ' Jekk f'pajjiżna dawn huma l-istazzjonijiet li għandna, dawn huma l-postijiet li joffru l-opportunitajiet fejn nesprimu t-talent tagħna. |
s-111
| ' Xogħolna jsir bil-kuntratti, u kollox isir fuq bażi kummerċjali u mhux b'kalkolu politiku. |
s-112
| Għaldaqstant min jikkritikana jew jagħtina tikketta politika jkun jagħmel żball, ' sostna. |
s-113
| Qabel ma nsellmu lil xulxin Borg Bonaci jerġa' juri l-ħeġġa kbira li għandu li jirritorna għall-programm tiegħu u jkompli minn fejn ħalla. |
s-114
| ' Din id-darba se jkollna programm aktar b'saħħtu milli qatt qabel … |
s-115
| Għaliex Carlo jħossu tajjeb u lest għal sfida ġdida, ' spiċċa jgħid. |
s-116
| Intervista | 30 ta' Marzu 2008 Nr 74 |
s-117
| Julia Farrugia tintervista lill-Professur Anthony Zammit |
s-118
| Għandu 57 sena u ftit 'il bogħod mill-Kartanzjan il-Professor Anthony Zammit irnexxielu jitla' għall-ewwel darba fil-Parlament. |
s-119
| Imma forsi ftit huma dawk li jafu li Zammit fi żmien kien Nazzjonalist. |
s-120
| 'Eħe,' tkun it-tweġiba għall-ewwel ftit xotta. |
s-121
| Imbagħad minn taħt il-mustaċċi bajdanin tixref tbissima. |
s-122
| ' Jien għadni mmur nara lil Mrs Borg Olivier. |
s-123
| Tħobbni ħafna. |
s-124
| Fi żmien kont operajtha. |
s-125
| Nittrattaha bħala zija tiegħi. ' |
s-126
| Imma x'ġiegħlu jbiddel minn partit għall-ieħor? |
s-127
| ' Jien fl-1987, ftit wara li ġejt mill-Ġermanja, ivvutajt lill-Partit Nazzjonalista. |
s-128
| Imma wara ndunajt li l-Partit Laburista hu l-veru partit tal-qalb. |
s-129
| Hu partit sinċier, ' iwieġeb filwaqt li bil-mod itaptap idu fuq il-qafas ta' sidru. |
s-130
| 'Ħassejtni aktar komdu u at home bil-politika tal-Partit Laburista.' |
s-131
| Mistoqsi jekk hux veru darba prova joħroġ bħala kandidat tal-PN, Anthony Zammit jiċħad. |
s-132
| Iżda kif ħaduha tal-familja issa li tela' fil-Parlamentu ma' partit oppost għall-fehmiet tagħhom? |
s-133
| Għall-ewwel silenzju. |
s-134
| Imbagħad għonqu jdur b'kalma kbira 'l hemm u 'l hawn bħal pendlu. |
s-135
| ' Mort kontra l-mewġ. |
s-136
| Kien hemm xi kuġini li ċemplu biex jifirħu imma …. ' |
s-137
| U jerġa' jieqaf. |
s-138
| Ftit wara jgħidli li ommu, li tilifha tliet snin ilu, meta qalilha li kien ħiereġ mal-Partit Laburista kienet ħadet xokk kbir. |
s-139
| 'Meta lil ommi għidtilha li ħiereġ mal-Partit Laburista qaltli:' ibni se tħammarli wiċċi ',' ikompli qisu qed jerġa' jgħix ix-xena. |
s-140
| Imma fil-bagalja tiegħu l-Professur iġorr suċċess personali. |
s-141
| Tul dawn l-aħħar snin għamel isem mhux biss għalih iżda anke barra minn xtutna fil-qasam tal-kirurġija. |
s-142
| Għal ħafna li spiċċaw taħt idejh ismu ma kienx ġdid u jaħilfu bih. |
s-143
| Imma f'daqqa waħda f'Diċembru seħħ dak li ħadd ma basar u f'temp ta' xahrejn ismu sploda hekk kif ftit wara l-Milied opera b'suċċess lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni għall-marda tal-kanċer. |
s-144
| Kif jiddeskrivi lil Alfred Sant? |
s-145
| 'Issa lil Alfred Sant nafu minn ġewwa u minn barra la operajtu minn ġewwa,' jitbissem u ftit sekondi wara jkompli b'pawsa bejn aġġettiv u ieħor. |
s-146
| 'Alfred Sant hu bniedem veru onest … bniedem sinċier … metikoluż u persuna b'qalb tad-deheb,' iwieġeb fil-pront. |
s-147
| 'Tlifna moħħ kbir,' u jieqaf ħesrem. |
s-148
| Kif iħares lejn il-fatt li taħt idejh kellu lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni? |
s-149
| ' Tul dawk l-erbat ijiem ta' qabel ħassejt piż kbir fuqi. |
s-150
| Għax minkejja li tkun għamilt ċerti testijiet qabel xorta ma tkunx taf x'se ssib. |
s-151
| Imma meta dħalna għall-operazzjoni, le. |
s-152
| Dik storja oħra. |
s-153
| Għidtilhom, ' let's go boys ' u bdejna bil-ħidma tagħna. ' |
s-154
| Xi jwieġeb għall-kritika li ssirlu li rikeb fuq il-mewġa ta' din l-operazzjoni u grazzi għaliha tela' fil-Parlament? |
s-155
| ' Din akkuża malafamanti. |
s-156
| Jien ħriġt għall-elezzjoni ħames snin qabel. |
s-157
| Mort tajjeb imma ma tlajtx. |
s-158
| Eżatt wara dik l-elezzjoni komplejt nara n-nies, qattajt ħafna ħin nagħmel id-door to door u nżur ħafna familji. |
s-159
| Il-kampanja tiegħi kompliet tintensifika lejn l-aħħar tal-kampanja elettorali. |
s-160
| Forsi veru ġbidt aktar simpatija tan-nies, ' jgħid. |
s-161
| Fil-Ħames Distrett fejn bilkemm resaq lejh bħala kandidat xorta rnexxielu jikseb 1, 500 vot. |
s-162
| ' Ara kemm operajt nies minn dik iż-żona fi 23 sena! |
s-163
| U dejjem irrispettajt lin-nies. |
s-164
| Ir-rispett iġib ir-rispett, ' iwieġeb. |
s-165
| ' Jien qatt ma nqdejt b'din l-operazzjoni. |
s-166
| Forsi swietli ta' ġid fid-duwijiet. |
s-167
| Ngħiduha kif inhi, min għandu l-kandidat tiegħu jżomm lilu u lili vvutali t-tieni, ' isostni l-Professur Zammit. |
s-168
| Inpoġġilu quddiemu mistoqsija differenti. |
s-169
| Gavin Gulia, veteran fil-politika u żiemel b'saħħtu fuq id-distrett li tela' minnu Zammit, baqa' l-art minħabba l-voti li naqqarlu. |
s-170
| Jimmaġina lil Gulia bi rwol akbar fil-Partit Laburista? |
s-171
| Jitbissem u jgħid: ' Jien kont sorpriż li Gavin Gulia ma ħariġx għal bye election fuq is-Sitt Distrett. |
s-172
| Ma nafx xi jrid jindika b'dan. |
s-173
| Kulħadd għandu x'joffri fil-Partit Laburista. |
s-174
| Issa jiddependi x'viżjoni qed jara l-Partit u x'għandu x'joffri hu lill-Partit. ' |
s-175
| Nistaqsieh jekk qattx basar li ġejja telfa għall-Partit Laburista. |
s-176
| Jgħid li kien fiduċjuż li ġejja rebħa għall-MLP. |
s-177
| ' Qatt ma bsart. |
s-178
| Għax trid tqis jien kemm nitkellem ma' nies u kulħadd kien jgħidli li hemm bżonn bidla fil-Gvern. |
s-179
| Kien hemm oħrajn Nazzjonalisti li fil-beraħ sostnew li mhux se jivvutaw. |
s-180
| Kien hemm ukoll Nazzjonalisti li ġew fuqi u speċifikament qaluli li se jivvutaw lili. |
s-181
| Il-feeling kien li ġejja rebħa għall-MLP, ' jgħid Zammit. |
s-182
| Imma x'jaħseb li kienu l-fatturi li wasslu għat-telfa? |
s-183
| ' Diffiċli tgħid. |
s-184
| Naħseb li l-Partit Nazzjonalista beżża' lill-votant. |
s-185
| Il-PN beżża' lin-nies li l-MLP se joħroġ lil Malta mill-Unjoni Ewropea, xi ħaġa li qatt ma kien il-każ. |
s-186
| Kien hemm il-kwistjoni tar-reception class. |
s-187
| Din il-PN ħadha u biegħha bħala ' repeater class '. ' |
s-188
| Il-lista ta' Anthony Zammit tkompli. |
s-189
| ' Kien hemm ukoll il-makakkerija tal-media tal-Partit Nazzjonalista u tal-media hekk imsejħa indipendenti. |
s-190
| Kien hemm is-siegħa żejda dakinhar tal-votazzjoni li żgur tefgħet lura lill-Partit Laburista, ' jgħid Zammit. |
s-191
| Infakkru li skond Joe Saliba, is-Segretarju Ġenerali tal-PN, meta intervistat minn din il-gazzetta eżatt wara l-elezzjoni, kien qal li l-Partit Laburista talab li l-votazzjoni tiġi estiża b'siegħa. |
s-192
| Iħares lejja u waqt li jweġibni jibqa' jagħti b'rasu b'sens ta' determinazzjoni. |
s-193
| 'Mela kien żball tal-MLP!' |
s-194
| Nistaqsih jekk jaqbilx li għandu jkun hemm bidla kbira fil-Partit. |
s-195
| Għandu jkun hemm uċuħ ġodda, demm ġdid? |
s-196
| ' Jien naħseb li t-trio kien hemm u t-trio tilef. |
s-197
| Iva, għandu jkun hemm bidla ta' kulħadd imma ma naħsibx li għandna nagħmlu reklutaġġ minbarra l-partit, ' jargumenta b'referenza ċara għal persuni li snin ilu lebbtu 'l barra mill-MLP. |
s-198
| Lil min qed jappoġġa bħala mexxej ġdid Laburista? |
s-199
| ' Diffiċli tgħid. |
s-200
| Għadni rrid naħseb fiha. |