s-9
| Tant iddgħajfet il-pożizzjoni ta' Agius Decelis fil-Mosta li l-kandidat li imbotta t-tim tiegħu fl-elezzjoni tal-Mosta, baqa' l-art. |
s-10
| Min-naħa l-oħra, Anġlu Farrugia, Deputat Mexxej Laburista u deputat fl-istess distrett, irnexxielu jtella' tliet canvassers tiegħu f'dan il-kunsill. |
s-11
| Bid-determinazzjon ta' Jason Micallef li jikkontesta l-elezzjoni ġenerali, jidher li l-pjan tal-core group ta' Muscat tar mar-riħ. |
s-12
| Aktar minn hekk, sorsi fil-qalba tal-PL qalu li favur tiegħu Jason Micallef għandu wkoll lid-Deputy Leader l-ieħor, Toni Abela, u dan qed idejjaq ukoll lill-core group ta' Muscat. |
s-13
| Il-mistoqsija l-kbira wara dan kollu, tibqa' - Allura għaliex Muscat qed ikollu jċedi daqstant lil Jason Micallef? |
s-14
| L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali kontra l-mod kif twaqqaf il-MEUSAC |
s-15
| L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ma taqbilx mal-mod kif il-Gvern waqqaf mill-ġdid il-Kumitat ta' Azzjoni bejn Malta u l-Unjoni Ewropea magħruf bħala l-MEUSAC. |
s-16
| Illum għandha konferma li l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali pprotestat ma' l-Awtoritajiet dwar il-fatt li l-Gvern qabad u ddeċieda li lill-Assoċjazzjoni ma jinvolvihiex fil-core group tal-Kumitat ta' Azzjoni bejn Malta u l-Unjoni Ewropea. |
s-17
| Fl-aħħar tax-xahar l-Assoċjazzjoni kienet infurmata li se tkun involuta biss f'wieħed mis-sottokumitati tal-MEUSAC. |
s-18
| Qabel is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea l-MEUSAC kien il-qafas ta' konsultazzjoni bejn il-Gvern, is-soċjetà ċivili, l-imsieħba soċjali u l-partiti politiċi. |
s-19
| Wara d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea l-MEUSAC kien iżżarma iżda issa reġa' twaqqaf mill-ġdid u nhar il-Ħamis iltaqa' għall-ewwel darba. |
s-20
| Ikkuntattjat minn din il-gazzetta Jimmy Magro, Segretarju Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, ikkonferma r-rabja tal-Assoċjazzoni. |
s-21
| 'Mhux aċċettabbli li l-Gvern ħa din il-pożizzjoni fil-konfront tal-Kunsilli Lokali,' saħaq Magro. |
s-22
| ' Hu fl-interess taċ-ċittadin li kull Kunsill Lokali jkun rappreżentat mill-Assoċjazzjoni fil-Core Group u mhux f'sempliċi kumitat wieħed. |
s-23
| Dan għaliex fil-MEUSEC jittieħdu deċiżjonijiet dwar proġetti kbar tal-Unjoni Ewropea li jolqtu direttament lill-lokalitajiet, ' spjega Magro. |
s-24
| Numru ta' sindki li tkellmu magħna sostnew li l-attitudni tal-Gvern hi nkwetanti aktar u aktar meta fuq quddiem nett fit-twaqqif mill-ġdid tal-MEUSAC hemm involut l-eks sindku Nazzjonalista Chris Said li issa hu s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-kumitat. |
s-25
| 'Konna nippretendu li Chris Said, għad għandu għal qalbu l-' kawża ' u l-kontribut tal-Kunsilli Lokali fis-soċjetà,' saħaq sindku Nazzjonalista fin-naħa t'isfel ta' Malta. |
s-26
| ' Din mhix kwistjoni politika. |
s-27
| 'Il-maġġoranza tas-sindki ta' Malta u Għawdex żgur tal-istess fehma' qalet Claudette Abela Baldacchino Viċi President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. |
s-28
| 'Il-Gvern kellu d-dmir li jara li l-Kunsilli jkunu proattivi billi jkunu preżenti fil-core group mhux biss f'sotto kumitat,' sostniet Abela Baldacchino li fi ħdan l-Assoċjazzjoni hi responsabbli wkoll mill-qasam nazzjonali. |
s-29
| ' Din hi xi ħaġa serja li qed tikxef ċerti attitudnijiet min-naħa tal-Gvern. |
s-30
| Mhix l-ewwel darba li l-Assoċjazzjoni tħalliet barra minn livelli ta' deċiżjonijiet importanti. |
s-31
| L-istess storja rrepetiet ruħha fil-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, l-MCESD. |
s-32
| Anki hawn, il-Gvern għażel li jħalli lill-Assoċjazzjoni 'l bogħod mill-qafas tad-deċiżjonijiet. ' |
s-33
| ' Il-proġett tal-bini ta' mina taħt il-baħar bejn Malta u Għawdex għandu jgħin biex iż-żgħażagħ Għawdxin jibqgħu jgħixu f'Għawdex. |
s-34
| Dan ikun ifisser li Għawdex ma jibqax b'popolazzjoni li dejjem qed tixjieħ. ' |
s-35
| Hekk qal lil IL-ĠENSillum online kelliem għas-Segretarjat Parlamentari għall-Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika dwar il-possibbiltà ta' bini ta' tunnel taħt il-baħar bejn Malta u Għawdex. |
s-36
| Hu żied jgħid li l-għan aħħari tal-proġett hu li jgħaqqad il-gżira u l-ekonomija ta' Għawdex mal-mainland u l-ekonomija ta' Malta. |
s-37
| B'hekk, fi kliemu, 'Għawdex ma jibqax żvantaġġjat mill-insularità doppja'. |
s-38
| Saħaq ukoll li dan għandu jgħin, fost l-oħrajn, biex jinħolqu aktar impjiegi f'Għawdex, kif ukoll biex l-Għawdxin ma jibqax ikollhom raġuni għalfejn jirrilokaw f'Malta, iżda jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu fi gżirithom. |
s-39
| Qal ukoll li bis-saħħa ta' dan il-proġett il-ħinijiet ta' stennija u tal-ivvjaġġar jonqsu. |
s-40
| Kien f'Jannar li għadda li l-proġett tal-mina ta' taħt il-baħar bejn Għawdex u Malta ħareġ mill-ġdid fil-beraħ wara suġġeriment li għamel l-eks ċermen tal-kumpanija Gozo Channel Joe Borg waqt żjara li l-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi għamel fil-fabbrika tiegħu, biex il-Gvern jibni 'triq permanenti' bejn iż-żewġ gżejjer. |
s-41
| Ftit jiem wara s-Segretarju Parlamentari Dr Chris Said pubblikament sostna l-argument tas-Sur Borg u qal li skont stima li saru, dan il-proġett għandu jiġi jiswa madwar € 150 miljun. |
s-42
| Mistoqsi dwar fejn wasal l-istudju li kellu jibda rigward il-possibbilità li tinbena din it-tunnel bejn Malta u Għawdex, il-kelliem għas-Segretarjat qal li Dr Chris Said kien ilu jiddiskuti din l-idea għal diversi xhur ma' għadd ta' imprendituri Għawdxin, membri tal-Gozo Business Chamber. |
s-43
| Saħaq ukoll li bħalissa Transport Malta qed tħejji studju preliminari msejjaħ pre- feasibility study biex tevalwa jekk il-progett jistax isir jew le. |
s-44
| Tenna li bħalissa Transport Malta qed tiġbor id-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tkun tista' tħejji dan l-istudju preliminari. |
s-45
| ' Dr Chris Said hu tal-fehma li wara l-pre- feasibility study, iridu jsiru għadd ta' studji xjentifiċi oħra biex jidħlu fil-fond ta' diversi aspetti relatati ma' proġett bħal dan. |
s-46
| Fost l-oħrajn iridu jsiru l-istudji dwar il-vijabilità tal-proġett, studju ġeologiku u siżmiku, studju fuq l-effett li dan il-proġett ikollu fuq l-ekonomija u s-soċjetà Għawdxija u studju dwar l-impatt ambjentali, ' saħaq il-kelliem għas-Segretarjat. |
s-47
| U proġett dwar dan, ladarba jsir, x'impatt jista' jkollu fuq il-kumpanija Gozo Channel? |
s-48
| Dwar dan il-kelliem għas-Segretarjat żvela li hemm propost studju ieħor li għandu jidentifika metodi kif il-Gozo Channel tista' tiddiversifika u tibda toffri servizzi ġodda. |
s-49
| Enfasizza li t-tunnel m'għandux jitqies bħala servizz alternattiv għas-servizz tal-Gozo Channel, iżda skont hu, 'it-tnejn għandhom joffru servizzi kumplimentari'. |
s-50
| Fir-rigward tal-investiment li hemm bżonn biex jinbena t-tunnel il-kelliem għas-Segretarjat qal li l-istudji li qed isiru bħalissa huma intiżi, fost l-oħrajn, biex iwasslu għal stima tal-proġett. |
s-51
| Żied jelabora li qed isir tqabbil ukoll ma' proġetti oħra, li kienu jinvolvu l-bini ta' mini taħt qiegħ il-baħar u li dawn jistgħu jagħtu indikazzjoni ta' kemm jiswew dawn it-tipi ta' proġetti. |
s-52
| Mitlub jikkummenta dwar jekk il-bini ta' din it-tunnel jistax jaffettwa l-fawna tal-baħar, huwa wieġeb li ' l-istudju ambjentali li se jsir għandu jistabbilixxi proġett bħal dan x'effett jista' jkollu fuq l-ambjent marittimu. |
s-53
| Wieħed irid iżomm f'moħħu li t-tqattiegħ tal-blat se jsir taħt qiegħ il-baħar u għaldaqstant qiegħ il-baħar innifsu mhux se jintmiss. ' |
s-54
| Temm jgħid li għaldaqstant mhux mistenni li jkun hemm effett fiżiku fuq il-fawna f'qiegħ il-baħar bejn Malta u Għawdex. |
s-55
| Madanakollu sostna li dan jista' jiġi stabbilit biss meta jsiru l-istudji xjentifiċi meħtieġa. |
s-56
| Il-Prim Ministru Ingliż David Cameron biddel fehmtu u mhux se jintervjeni dwar il-prezz dejjem jogħla tal-petrol fir-Renju Unit. |
s-57
| Hekk kif il-prezz tal-fuel fil-pajjiż din il-ġimgħa laħaq livelli rekord. |
s-58
| Cameron mar pass lura fuq wegħda elettorali li kien għamel li jintervjeni biex inaqqas il-prezz tal-petrol jekk dan jogħla ħafna. |
s-59
| Dikjarazzjoni li kien irrepetiha l-ġimgha li għaddiet. |
s-60
| Dakinhar il-PM Ingliż kien qal li l-Gvern tiegħu qed jikkunsidra li jdaħħal sistema li tistabilizza ż-żidiet fil-prezz tal-fuel, bil-Gvern inaqqas it-taxxa fuq il-fuel meta l-prezz tiegħu jiżdied, biex il-familji Ingliżi jħossu inqas il-qarsa fuq il-bwiet. |
s-61
| Madankollu, ż-żidiet tal-aħħar sigħat, jidher li wasslu lil Cameron biex jerġa' lura minn dak li qal ftit jiem ilu u issa qed iwissi lis-sewwieqa biex ma jittamawx wisq. |
s-62
| Hu qal li xorta staqsa lit-Teżor biex jistudja mezz kif titwettaq dik li kienet wegħda elettorali tat-Tories, madanakollu kompla li din hi xi ħaġa ferm diffiċli. |
s-63
| Fir-rapport dwar dak li qal Cameron pubblikat fil-gazzetta Ingliża The Telegraph, jingħad li l-prezz tal-petrol fir-Renju Unit kompla jilħaq livell rekord minħabba ż-żieda imposta mill-Gvern Ingliż fid-dazju u anke fil-VAT fuq il-fuels - żidiet li daħlu fis-seħħ mill-bidu tas-sena. |
s-64
| B'żieda oħra simili mistennija għal April li ġej. |
s-65
| Dan kollu wassal biex litru petrol irreġistra l-akbar żieda f'ġurnata waħda, li qatt kienet irreġistrata f'perjodu ta' sena. |
s-66
| Fl-Ingilterra hu stmat li s-sewwieqa qed jonfqu mal-10 miljun lira sterlina iktar kuljum fuq petrol milli kienu jonfqu sena ilu. |
s-67
| Il-Prim Ministru Ingliż fl-aħħar sigħat esprima wkoll thassib dwar ir-rata dejjem tiżdied tal-għoli tal-ħajja, li qal li tiela' 'l fuq minħabba ż-żieda fil-prezz taż-żejt u ta' oġġetti oħra. |
s-68
| Ir-rapport f'The Telegraph dwar dak li qal Cameron isegwi rapport ieħor ppubblikat mill-istess gazzetta 24 siegħa qabel, din id-darba dwar dak li qalet l-Aġenzija Internazzjonali tal-Energija - li wissiet li l-prezz internazzjonali taż-żejt qed joqrob lejn punt kritiku fejn jista' jhedded l-irkupru ekonomiku globali. |
s-69
| Dan hekk kif iż-żejt qabeż id-90 dollaru l-barmil biex illum jinsab fl-ogħla livelli minn Ottubru 2008 'l hawn. |
s-70
| Fl-Ingilterra stess kumpaniji kbar bhall-BP qed jantiċipaw li fil-ġimgħat li ġejjin jista' saħanistra jaqbeż il-mitt dollaru. |
s-71
| Filwaqt li Malta qatt ma setgħet tinjora r-relazzjonijiet mal-Libja, pajjiż ġar tagħha, meta ġie l-mument tal-verita' ma qagħditx lura milli tgħid li hu abjad, abjad u iswed, iswed. |
s-72
| Il-qtil bl-addoċċ tal-popolazzjoni ċivili, fi protesti paċifiċi qabel ma l-kunflitt iddeġenera fi gwerra, hu inaċċettabbli. |
s-73
| Hekk sostna l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Tonio Borg meta fetaħ il-laqgha tal-Core Group tal-Meusac, li kellu fuq l-aġenda is-sitwazzjoni fil-Libja. |
s-74
| ' Il-Libja hu pajjiż viċin wisq biex jiġi injorat, ikun min ikun fil-Gvern. |
s-75
| Iżda Gvern li joqtol lil niesu stess mhux biss jitlef il-kredibilta' iżda wkoll il-leġittimita' ', tenna Tonio Borg. |
s-76
| Tonio Borg qal li l-ewwel prijorita' kienet li jsir kuntatt mal-Maltin fil-Libja li għalkemm kien numru żgħir ta' ftit inqas minn 350, dan ma kienx mingħajr diffikultajiet għaliex dawn il-Maltin kienu sparpaljati mal-Libja kollha inkluż f'rigs taż-żejt fil-baħar u fid-deżert. |
s-77
| Hu rrifjuta l-akkużi li l-Gvern Malti qed jimxi bi djufija. |
s-78
| Malta ma qgħaditx lura u kienet fost tal-ewwel li nkorporat is-sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Unjoni Ewropea fil-leġislazzjoni tagħha. |
s-79
| Tonio Borg sostna li Malta osservat l-obbligi tagħha billi tat l-għajnuna li ġiet mitluba lilha mill-koalizzjoni, iżda bħalma għamlu pajjiżi oħra, Malta għamlet għażla ħielsa biex ma tipparteċipax attivament f'din l-operazzjoni. |
s-80
| Mhux dgħufija li wieħed ikun prudenti, kompla Tonio Borg. |
s-81
| L-ajruport hu l-uniku assi, importantissimu, biex Malta ma tkunx maqtugħha mill-bqija tad-dinja. |
s-82
| Kif iddikjara wkoll il-Prim Ministru Lawrence Gonzi, Malta hi 300 km biss 'il bogħod mill-Libja u l-prijorita' tibqa' s-sigurta' tal-pajjiż u tal-poplu Malti. |
s-83
| Dan minbarra li hemm diversi ajruporti militari ftit 'il bogħod minn Malta li qed jaqdu l-funzjoni biex jinfurzaw in-No Fly Zone. |
s-84
| Tonio Borg qal li jekk wieħed iħares 'il quddiem, hemm tliet xenarji possibbli fil-Libja, rebħa għar-ribelli b'bidla fil-Gvern, rebħa għar-reġim attwali li jkun riformat jew li l-pajjiż ikun de facto maqsum u jkun hemm kunflitt iffriżat. |
s-85
| F'dan ir-rigward, il-Gvern Malti se jibqa' josserva u japplika is-sanzjonijiet kollha iżda Tonio Borg iddikjara li l-Gvern mhux se jindaħal lil min ikompli b'kummerċ mal-Libja li ma jkunx milqut mis-sanzjonijiet. |
s-86
| Skont l-aħħar ċifri, l-esportazzjoni lejn il-Libja tammonta għal 80 miljun ewro. |
s-87
| minn Anton Refalo |
s-88
| Il-' grundnorm ' ta' Lawrence Gonzi |
s-89
| Il-Prim Ministru għoġbu jiċċelebra l-14-il anniversarju mill-elezzjoni tal-1998, meta waqa' l-Gvern ta' Alfred Sant billi mar f'laqgħa f'Firenze u indirizza laqgħa tal-Partit Popolari Ewropew jew il-Grupp Parlamentari Ewropew konservattiv li l-PN jifforma parti minnu, u għamel taħdita mpressjonanti li fiha qal li l-valuri għandhom jiġu qabel il-voti! |
s-90
| Iva, sewwa qrajt, hekk qal. |
s-91
| Issa jekk kien hawn bniedem li tabilħaqq wettaq dan il-prinċipju, ma kienx Lawrence Gonzi, imma Alfred Sant. |
s-92
| Sant wera li l-politikant serju li jqis ir-rwol tiegħu bħala missjoni biex itejjeb il-ħajja tal-poplu tiegħu, ipoġġi l-prinċipji qabel il-karriera politika tiegħu personali. |
s-93
| Meta beda jidher ċar li l-maġġoranza parlamentari tiegħu kienet kundizzjonali u nstabbli, hu poġġa fil-ġemb kwalunkwe kalkolu ta' x'kien jaqbillu personalment u ta lura l-mandat tiegħu f'idejn il-poplu. |
s-94
| Min-naħa l-oħra, huwa ferm diffiċli li tirrikonċilja dak li qal Gonzi meta hu ġie ffaċċjat minn sitwazzjoni parlamentari tixbaħ lil dik li ffaċċja Sant fl-1998, jekk mhux agħar. |
s-95
| Anzi minflok għaraf il-ġest ta' ġentlom ta' Sant, iddieħak bih u fil-fatt għamel minn kollox biex jibqa' mkaħħal mal-poter anke jekk m'għandux maġġoranza parlamentari. |
s-96
| F'għajnejn Ċikku l-Poplu, għall-Partit Nazzjonalista l-poter u l-voti jiġu qabel kull ħaġ' oħra, saħansitra qabel l-interess tal-poplu u l-istabilità parlamentari meħtieġa biex tassikuraha. |
s-97
| Dom Mintoff ukoll, fl-aqwa tal-karriera politika tiegħu, għażel il-valuri qabel il-voti, billi rriżenja għal darba, darbtejn u dan meta kien Prim Ministru, u mill-Oppożizzjoni baqa' jippreżenta lill-poplu l-prinċipji progressivi tiegħu sakemm dawn ġew aċċettati mill-elettorat. |
s-98
| M'għażilx li joqgħod komdu jsaħħan is-siġġu tal-poter. |
s-99
| Mal-Partit Popolari Ewropew, Gonzi tkellem b'mod ossessjonat kontra r-relattiviżmu. |
s-100
| Għax fil-' ferma mentis ' tiegħu, Gonzi għandu ċerti ideat fissi li minnhom kull min jiddevja jitqies li huwa eretiku. |
s-101
| Din il-viżjoni ċerta, fissa u komda tad-dinja hija sintomatika ta' min jgħix komdu komdu f'bozza minn ċkunitu sakemm imut - jekk mhux ukoll wara, għax jgħidulu li jekk jimxi ma' ċerti regoli fissi, immutabbli, u li jrid jaċċetta b'għajnejh magħluqin, ċertament isalva u wara li jkun gawda f'dan il-wied tad-dmugħ (għall-oħrajn) imur ukoll igawdi wara. |
s-102
| Dan hu raġunar tal-magħżulin dominanti li jissieltu kontra l-ġlied għall-ugwaljanza u għall-emanċipazzjoni ta' gruppi soċjali emarġinati billi jakkużawhom bir-relattiviżmu; billi jgħajruhom li mhux kull ma wieħed jixtieq bilfors ikun tajjeb. |
s-103
| Għal nies li jirraġunaw bħal Gonzi, il-ġid komuni iktar jeżisti fil-kamp morali, milli fil-kamp ekonomiku u soċjali. |
s-104
| U l-morali hija bilfors waħda, jiġifieri kif jaraha hu. |
s-105
| Hekk fil-kwistjoni tad-divorzju, Gonzi vvota fil-parlament kontra r-rieda ċara u tonda tal-poplu kif espressa fir-referendum; anke jekk fl-istess nifs qal li kien se jassikura li l-liġi tgħaddi mill-parlament. |
s-106
| Każ klassiku ta' min b'kuxjenza trankwilla (?) irid jgħoġob lil Alla u lix-Xitan fl-istess ħin. |
s-107
| Għax Gonzi jemmen fi speċi ta' ' grundnorm ', jiġifieri liġi bażika u li ma tinbidel qatt li l-liġijiet l-oħrajn kollha jridu jaqblu magħha. |
s-108
| Imma liġi bħal din ma teżistix tabilħaqq, u hija frott tal-istħajjil ta' xi wħud. |