Dependency Tree

Universal Dependencies - Maltese - MUDT

LanguageMaltese
ProjectMUDT
Corpus Partdev
AnnotationČéplö, Slavomír; Zeman, Daniel

Select a sentence

Showing 6 - 105 of 433 • previousnext

s-6 Hu magħruf li l-pjan oriġinali għad-distrett li jiġbor fih il-Mosta, Ħ' Attard, Ħal Balzan u l-Imdina, kien li bħala super candidate joħorġu lil Alex Muscat, żagħżugħ li ġab l-akbar numru ta' voti fost il-kandidati laburisti fl-aħħar elezzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Mosta.
s-7 Alex Muscat kien ippumpjat ħafna mill-media laburista matul il-kampanja għall-kunsilli lokali u fil-Mosta ġriet ix-xnigħa li kien il-Leader stess li riedu bħala s-sindku l-ġdid tal-Mosta.
s-8 Din il-kampanja favur Alex Muscat kienet dgħajfet għal kollox lid-Deputat Laburista Anthony Agius Decelis li l-mara tiegħu kienet il-Viċi Sindku tal-kunsill diżastruż tal-Mosta u li ma tħallietx toħroġ għall-elezzjoni.
s-9 Tant iddgħajfet il-pożizzjoni ta' Agius Decelis fil-Mosta li l-kandidat li imbotta t-tim tiegħu fl-elezzjoni tal-Mosta, baqa' l-art.
s-10 Min-naħa l-oħra, Anġlu Farrugia, Deputat Mexxej Laburista u deputat fl-istess distrett, irnexxielu jtella' tliet canvassers tiegħu f'dan il-kunsill.
s-11 Bid-determinazzjon ta' Jason Micallef li jikkontesta l-elezzjoni ġenerali, jidher li l-pjan tal-core group ta' Muscat tar mar-riħ.
s-12 Aktar minn hekk, sorsi fil-qalba tal-PL qalu li favur tiegħu Jason Micallef għandu wkoll lid-Deputy Leader l-ieħor, Toni Abela, u dan qed idejjaq ukoll lill-core group ta' Muscat.
s-13 Il-mistoqsija l-kbira wara dan kollu, tibqa' - Allura għaliex Muscat qed ikollu jċedi daqstant lil Jason Micallef?
s-14 L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali kontra l-mod kif twaqqaf il-MEUSAC
s-15 L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ma taqbilx mal-mod kif il-Gvern waqqaf mill-ġdid il-Kumitat ta' Azzjoni bejn Malta u l-Unjoni Ewropea magħruf bħala l-MEUSAC.
s-16 Illum għandha konferma li l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali pprotestat ma' l-Awtoritajiet dwar il-fatt li l-Gvern qabad u ddeċieda li lill-Assoċjazzjoni ma jinvolvihiex fil-core group tal-Kumitat ta' Azzjoni bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.
s-17 Fl-aħħar tax-xahar l-Assoċjazzjoni kienet infurmata li se tkun involuta biss f'wieħed mis-sottokumitati tal-MEUSAC.
s-18 Qabel is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea l-MEUSAC kien il-qafas ta' konsultazzjoni bejn il-Gvern, is-soċjetà ċivili, l-imsieħba soċjali u l-partiti politiċi.
s-19 Wara d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea l-MEUSAC kien iżżarma iżda issa reġa' twaqqaf mill-ġdid u nhar il-Ħamis iltaqa' għall-ewwel darba.
s-20 Ikkuntattjat minn din il-gazzetta Jimmy Magro, Segretarju Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, ikkonferma r-rabja tal-Assoċjazzoni.
s-21 'Mhux aċċettabbli li l-Gvern ħa din il-pożizzjoni fil-konfront tal-Kunsilli Lokali,' saħaq Magro.
s-22 ' Hu fl-interess taċ-ċittadin li kull Kunsill Lokali jkun rappreżentat mill-Assoċjazzjoni fil-Core Group u mhux f'sempliċi kumitat wieħed.
s-23 Dan għaliex fil-MEUSEC jittieħdu deċiżjonijiet dwar proġetti kbar tal-Unjoni Ewropea li jolqtu direttament lill-lokalitajiet, ' spjega Magro.
s-24 Numru ta' sindki li tkellmu magħna sostnew li l-attitudni tal-Gvern hi nkwetanti aktar u aktar meta fuq quddiem nett fit-twaqqif mill-ġdid tal-MEUSAC hemm involut l-eks sindku Nazzjonalista Chris Said li issa hu s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-kumitat.
s-25 'Konna nippretendu li Chris Said, għad għandu għal qalbu l-' kawża ' u l-kontribut tal-Kunsilli Lokali fis-soċjetà,' saħaq sindku Nazzjonalista fin-naħa t'isfel ta' Malta.
s-26 ' Din mhix kwistjoni politika.
s-27 'Il-maġġoranza tas-sindki ta' Malta u Għawdex żgur tal-istess fehma' qalet Claudette Abela Baldacchino Viċi President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.
s-28 'Il-Gvern kellu d-dmir li jara li l-Kunsilli jkunu proattivi billi jkunu preżenti fil-core group mhux biss f'sotto kumitat,' sostniet Abela Baldacchino li fi ħdan l-Assoċjazzjoni hi responsabbli wkoll mill-qasam nazzjonali.
s-29 ' Din hi xi ħaġa serja li qed tikxef ċerti attitudnijiet min-naħa tal-Gvern.
s-30 Mhix l-ewwel darba li l-Assoċjazzjoni tħalliet barra minn livelli ta' deċiżjonijiet importanti.
s-31 L-istess storja rrepetiet ruħha fil-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, l-MCESD.
s-32 Anki hawn, il-Gvern għażel li jħalli lill-Assoċjazzjoni 'l bogħod mill-qafas tad-deċiżjonijiet. '
s-33 ' Il-proġett tal-bini ta' mina taħt il-baħar bejn Malta u Għawdex għandu jgħin biex iż-żgħażagħ Għawdxin jibqgħu jgħixu f'Għawdex.
s-34 Dan ikun ifisser li Għawdex ma jibqax b'popolazzjoni li dejjem qed tixjieħ. '
s-35 Hekk qal lil IL-ĠENSillum online kelliem għas-Segretarjat Parlamentari għall-Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika dwar il-possibbiltà ta' bini ta' tunnel taħt il-baħar bejn Malta u Għawdex.
s-36 Hu żied jgħid li l-għan aħħari tal-proġett hu li jgħaqqad il-gżira u l-ekonomija ta' Għawdex mal-mainland u l-ekonomija ta' Malta.
s-37 B'hekk, fi kliemu, 'Għawdex ma jibqax żvantaġġjat mill-insularità doppja'.
s-38 Saħaq ukoll li dan għandu jgħin, fost l-oħrajn, biex jinħolqu aktar impjiegi f'Għawdex, kif ukoll biex l-Għawdxin ma jibqax ikollhom raġuni għalfejn jirrilokaw f'Malta, iżda jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu fi gżirithom.
s-39 Qal ukoll li bis-saħħa ta' dan il-proġett il-ħinijiet ta' stennija u tal-ivvjaġġar jonqsu.
s-40 Kien f'Jannar li għadda li l-proġett tal-mina ta' taħt il-baħar bejn Għawdex u Malta ħareġ mill-ġdid fil-beraħ wara suġġeriment li għamel l-eks ċermen tal-kumpanija Gozo Channel Joe Borg waqt żjara li l-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi għamel fil-fabbrika tiegħu, biex il-Gvern jibni 'triq permanenti' bejn iż-żewġ gżejjer.
s-41 Ftit jiem wara s-Segretarju Parlamentari Dr Chris Said pubblikament sostna l-argument tas-Sur Borg u qal li skont stima li saru, dan il-proġett għandu jiġi jiswa madwar 150 miljun.
s-42 Mistoqsi dwar fejn wasal l-istudju li kellu jibda rigward il-possibbilità li tinbena din it-tunnel bejn Malta u Għawdex, il-kelliem għas-Segretarjat qal li Dr Chris Said kien ilu jiddiskuti din l-idea għal diversi xhur ma' għadd ta' imprendituri Għawdxin, membri tal-Gozo Business Chamber.
s-43 Saħaq ukoll li bħalissa Transport Malta qed tħejji studju preliminari msejjaħ pre- feasibility study biex tevalwa jekk il-progett jistax isir jew le.
s-44 Tenna li bħalissa Transport Malta qed tiġbor id-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tkun tista' tħejji dan l-istudju preliminari.
s-45 ' Dr Chris Said hu tal-fehma li wara l-pre- feasibility study, iridu jsiru għadd ta' studji xjentifiċi oħra biex jidħlu fil-fond ta' diversi aspetti relatati ma' proġett bħal dan.
s-46 Fost l-oħrajn iridu jsiru l-istudji dwar il-vijabilità tal-proġett, studju ġeologiku u siżmiku, studju fuq l-effett li dan il-proġett ikollu fuq l-ekonomija u s-soċjetà Għawdxija u studju dwar l-impatt ambjentali, ' saħaq il-kelliem għas-Segretarjat.
s-47 U proġett dwar dan, ladarba jsir, x'impatt jista' jkollu fuq il-kumpanija Gozo Channel?
s-48 Dwar dan il-kelliem għas-Segretarjat żvela li hemm propost studju ieħor li għandu jidentifika metodi kif il-Gozo Channel tista' tiddiversifika u tibda toffri servizzi ġodda.
s-49 Enfasizza li t-tunnel m'għandux jitqies bħala servizz alternattiv għas-servizz tal-Gozo Channel, iżda skont hu, 'it-tnejn għandhom joffru servizzi kumplimentari'.
s-50 Fir-rigward tal-investiment li hemm bżonn biex jinbena t-tunnel il-kelliem għas-Segretarjat qal li l-istudji li qed isiru bħalissa huma intiżi, fost l-oħrajn, biex iwasslu għal stima tal-proġett.
s-51 Żied jelabora li qed isir tqabbil ukoll ma' proġetti oħra, li kienu jinvolvu l-bini ta' mini taħt qiegħ il-baħar u li dawn jistgħu jagħtu indikazzjoni ta' kemm jiswew dawn it-tipi ta' proġetti.
s-52 Mitlub jikkummenta dwar jekk il-bini ta' din it-tunnel jistax jaffettwa l-fawna tal-baħar, huwa wieġeb li ' l-istudju ambjentali li se jsir għandu jistabbilixxi proġett bħal dan x'effett jista' jkollu fuq l-ambjent marittimu.
s-53 Wieħed irid iżomm f'moħħu li t-tqattiegħ tal-blat se jsir taħt qiegħ il-baħar u għaldaqstant qiegħ il-baħar innifsu mhux se jintmiss. '
s-54 Temm jgħid li għaldaqstant mhux mistenni li jkun hemm effett fiżiku fuq il-fawna f'qiegħ il-baħar bejn Malta u Għawdex.
s-55 Madanakollu sostna li dan jista' jiġi stabbilit biss meta jsiru l-istudji xjentifiċi meħtieġa.
s-56 Il-Prim Ministru Ingliż David Cameron biddel fehmtu u mhux se jintervjeni dwar il-prezz dejjem jogħla tal-petrol fir-Renju Unit.
s-57 Hekk kif il-prezz tal-fuel fil-pajjiż din il-ġimgħa laħaq livelli rekord.
s-58 Cameron mar pass lura fuq wegħda elettorali li kien għamel li jintervjeni biex inaqqas il-prezz tal-petrol jekk dan jogħla ħafna.
s-59 Dikjarazzjoni li kien irrepetiha l-ġimgha li għaddiet.
s-60 Dakinhar il-PM Ingliż kien qal li l-Gvern tiegħu qed jikkunsidra li jdaħħal sistema li tistabilizza ż-żidiet fil-prezz tal-fuel, bil-Gvern inaqqas it-taxxa fuq il-fuel meta l-prezz tiegħu jiżdied, biex il-familji Ingliżi jħossu inqas il-qarsa fuq il-bwiet.
s-61 Madankollu, ż-żidiet tal-aħħar sigħat, jidher li wasslu lil Cameron biex jerġa' lura minn dak li qal ftit jiem ilu u issa qed iwissi lis-sewwieqa biex ma jittamawx wisq.
s-62 Hu qal li xorta staqsa lit-Teżor biex jistudja mezz kif titwettaq dik li kienet wegħda elettorali tat-Tories, madanakollu kompla li din hi xi ħaġa ferm diffiċli.
s-63 Fir-rapport dwar dak li qal Cameron pubblikat fil-gazzetta Ingliża The Telegraph, jingħad li l-prezz tal-petrol fir-Renju Unit kompla jilħaq livell rekord minħabba ż-żieda imposta mill-Gvern Ingliż fid-dazju u anke fil-VAT fuq il-fuels - żidiet li daħlu fis-seħħ mill-bidu tas-sena.
s-64 B'żieda oħra simili mistennija għal April li ġej.
s-65 Dan kollu wassal biex litru petrol irreġistra l-akbar żieda f'ġurnata waħda, li qatt kienet irreġistrata f'perjodu ta' sena.
s-66 Fl-Ingilterra hu stmat li s-sewwieqa qed jonfqu mal-10 miljun lira sterlina iktar kuljum fuq petrol milli kienu jonfqu sena ilu.
s-67 Il-Prim Ministru Ingliż fl-aħħar sigħat esprima wkoll thassib dwar ir-rata dejjem tiżdied tal-għoli tal-ħajja, li qal li tiela' 'l fuq minħabba ż-żieda fil-prezz taż-żejt u ta' oġġetti oħra.
s-68 Ir-rapport f'The Telegraph dwar dak li qal Cameron isegwi rapport ieħor ppubblikat mill-istess gazzetta 24 siegħa qabel, din id-darba dwar dak li qalet l-Aġenzija Internazzjonali tal-Energija - li wissiet li l-prezz internazzjonali taż-żejt qed joqrob lejn punt kritiku fejn jista' jhedded l-irkupru ekonomiku globali.
s-69 Dan hekk kif iż-żejt qabeż id-90 dollaru l-barmil biex illum jinsab fl-ogħla livelli minn Ottubru 2008 'l hawn.
s-70 Fl-Ingilterra stess kumpaniji kbar bhall-BP qed jantiċipaw li fil-ġimgħat li ġejjin jista' saħanistra jaqbeż il-mitt dollaru.
s-71 Filwaqt li Malta qatt ma setgħet tinjora r-relazzjonijiet mal-Libja, pajjiż ġar tagħha, meta ġie l-mument tal-verita' ma qagħditx lura milli tgħid li hu abjad, abjad u iswed, iswed.
s-72 Il-qtil bl-addoċċ tal-popolazzjoni ċivili, fi protesti paċifiċi qabel ma l-kunflitt iddeġenera fi gwerra, hu inaċċettabbli.
s-73 Hekk sostna l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Tonio Borg meta fetaħ il-laqgha tal-Core Group tal-Meusac, li kellu fuq l-aġenda is-sitwazzjoni fil-Libja.
s-74 ' Il-Libja hu pajjiż viċin wisq biex jiġi injorat, ikun min ikun fil-Gvern.
s-75 Iżda Gvern li joqtol lil niesu stess mhux biss jitlef il-kredibilta' iżda wkoll il-leġittimita' ', tenna Tonio Borg.
s-76 Tonio Borg qal li l-ewwel prijorita' kienet li jsir kuntatt mal-Maltin fil-Libja li għalkemm kien numru żgħir ta' ftit inqas minn 350, dan ma kienx mingħajr diffikultajiet għaliex dawn il-Maltin kienu sparpaljati mal-Libja kollha inkluż f'rigs taż-żejt fil-baħar u fid-deżert.
s-77 Hu rrifjuta l-akkużi li l-Gvern Malti qed jimxi bi djufija.
s-78 Malta ma qgħaditx lura u kienet fost tal-ewwel li nkorporat is-sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Unjoni Ewropea fil-leġislazzjoni tagħha.
s-79 Tonio Borg sostna li Malta osservat l-obbligi tagħha billi tat l-għajnuna li ġiet mitluba lilha mill-koalizzjoni, iżda bħalma għamlu pajjiżi oħra, Malta għamlet għażla ħielsa biex ma tipparteċipax attivament f'din l-operazzjoni.
s-80 Mhux dgħufija li wieħed ikun prudenti, kompla Tonio Borg.
s-81 L-ajruport hu l-uniku assi, importantissimu, biex Malta ma tkunx maqtugħha mill-bqija tad-dinja.
s-82 Kif iddikjara wkoll il-Prim Ministru Lawrence Gonzi, Malta hi 300 km biss 'il bogħod mill-Libja u l-prijorita' tibqa' s-sigurta' tal-pajjiż u tal-poplu Malti.
s-83 Dan minbarra li hemm diversi ajruporti militari ftit 'il bogħod minn Malta li qed jaqdu l-funzjoni biex jinfurzaw in-No Fly Zone.
s-84 Tonio Borg qal li jekk wieħed iħares 'il quddiem, hemm tliet xenarji possibbli fil-Libja, rebħa għar-ribelli b'bidla fil-Gvern, rebħa għar-reġim attwali li jkun riformat jew li l-pajjiż ikun de facto maqsum u jkun hemm kunflitt iffriżat.
s-85 F'dan ir-rigward, il-Gvern Malti se jibqa' josserva u japplika is-sanzjonijiet kollha iżda Tonio Borg iddikjara li l-Gvern mhux se jindaħal lil min ikompli b'kummerċ mal-Libja li ma jkunx milqut mis-sanzjonijiet.
s-86 Skont l-aħħar ċifri, l-esportazzjoni lejn il-Libja tammonta għal 80 miljun ewro.
s-87 minn Anton Refalo
s-88 Il-' grundnorm ' ta' Lawrence Gonzi
s-89 Il-Prim Ministru għoġbu jiċċelebra l-14-il anniversarju mill-elezzjoni tal-1998, meta waqa' l-Gvern ta' Alfred Sant billi mar f'laqgħa f'Firenze u indirizza laqgħa tal-Partit Popolari Ewropew jew il-Grupp Parlamentari Ewropew konservattiv li l-PN jifforma parti minnu, u għamel taħdita mpressjonanti li fiha qal li l-valuri għandhom jiġu qabel il-voti!
s-90 Iva, sewwa qrajt, hekk qal.
s-91 Issa jekk kien hawn bniedem li tabilħaqq wettaq dan il-prinċipju, ma kienx Lawrence Gonzi, imma Alfred Sant.
s-92 Sant wera li l-politikant serju li jqis ir-rwol tiegħu bħala missjoni biex itejjeb il-ħajja tal-poplu tiegħu, ipoġġi l-prinċipji qabel il-karriera politika tiegħu personali.
s-93 Meta beda jidher ċar li l-maġġoranza parlamentari tiegħu kienet kundizzjonali u nstabbli, hu poġġa fil-ġemb kwalunkwe kalkolu ta' x'kien jaqbillu personalment u ta lura l-mandat tiegħu f'idejn il-poplu.
s-94 Min-naħa l-oħra, huwa ferm diffiċli li tirrikonċilja dak li qal Gonzi meta hu ġie ffaċċjat minn sitwazzjoni parlamentari tixbaħ lil dik li ffaċċja Sant fl-1998, jekk mhux agħar.
s-95 Anzi minflok għaraf il-ġest ta' ġentlom ta' Sant, iddieħak bih u fil-fatt għamel minn kollox biex jibqa' mkaħħal mal-poter anke jekk m'għandux maġġoranza parlamentari.
s-96 F'għajnejn Ċikku l-Poplu, għall-Partit Nazzjonalista l-poter u l-voti jiġu qabel kull ħaġ' oħra, saħansitra qabel l-interess tal-poplu u l-istabilità parlamentari meħtieġa biex tassikuraha.
s-97 Dom Mintoff ukoll, fl-aqwa tal-karriera politika tiegħu, għażel il-valuri qabel il-voti, billi rriżenja għal darba, darbtejn u dan meta kien Prim Ministru, u mill-Oppożizzjoni baqa' jippreżenta lill-poplu l-prinċipji progressivi tiegħu sakemm dawn ġew aċċettati mill-elettorat.
s-98 M'għażilx li joqgħod komdu jsaħħan is-siġġu tal-poter.
s-99 Mal-Partit Popolari Ewropew, Gonzi tkellem b'mod ossessjonat kontra r-relattiviżmu.
s-100 Għax fil-' ferma mentis ' tiegħu, Gonzi għandu ċerti ideat fissi li minnhom kull min jiddevja jitqies li huwa eretiku.
s-101 Din il-viżjoni ċerta, fissa u komda tad-dinja hija sintomatika ta' min jgħix komdu komdu f'bozza minn ċkunitu sakemm imut - jekk mhux ukoll wara, għax jgħidulu li jekk jimxi ma' ċerti regoli fissi, immutabbli, u li jrid jaċċetta b'għajnejh magħluqin, ċertament isalva u wara li jkun gawda f'dan il-wied tad-dmugħ (għall-oħrajn) imur ukoll igawdi wara.
s-102 Dan hu raġunar tal-magħżulin dominanti li jissieltu kontra l-ġlied għall-ugwaljanza u għall-emanċipazzjoni ta' gruppi soċjali emarġinati billi jakkużawhom bir-relattiviżmu; billi jgħajruhom li mhux kull ma wieħed jixtieq bilfors ikun tajjeb.
s-103 Għal nies li jirraġunaw bħal Gonzi, il-ġid komuni iktar jeżisti fil-kamp morali, milli fil-kamp ekonomiku u soċjali.
s-104 U l-morali hija bilfors waħda, jiġifieri kif jaraha hu.
s-105 Hekk fil-kwistjoni tad-divorzju, Gonzi vvota fil-parlament kontra r-rieda ċara u tonda tal-poplu kif espressa fir-referendum; anke jekk fl-istess nifs qal li kien se jassikura li l-liġi tgħaddi mill-parlament.

Text viewDownload CoNNL-U