Dependency Tree

Universal Dependencies - Maltese - MUDT

LanguageMaltese
ProjectMUDT
Corpus Partdev
AnnotationČéplö, Slavomír; Zeman, Daniel

Select a sentence

Showing 403 - 502 of 433 • previous

s-403 Il-ħsieb kien li huwa jħajjar xi 2,000 Malti jgħixu u jaħdmu ġo Margo.
s-404 Harman ried jissellef £ 220,000 biex jagħti bidu għall-ħsieb tiegħu.
s-405 Il-Gvern ta' Lord Strickland ma riedx jissogra dak il-kapital, l-aktar meta l-Maltin saru jafu li viċin Margo kien hemm għadajjar li kienu l-kaġun tal-malarja.
s-406 Kien hemm ukoll min irraġuna li ftit kien jagħmel sens li wieħed jemigra lejn Ċipru meta l-istess Ċiprijotti kienu ħerġin bi ħġarhom mill-gżira.
s-407 Minħabba dan id-dubju l-proġett ta' Grisewood qatt ma seħħ.
s-408 L-aħħar darba li Ċipru ssemma fl-istorja ta' l-emigrazzjoni Maltija kien fis-snin ta' wara t-Tieni Gwerra Dinjija meta fl-1949 kien hemm erba' mitt persuna ta' nisel Malti rifuġjati fil-kamp ta' Dekhelia.
s-409 Dawn kienu ħarbu mill-Eritrea fl-1941 waqt li xi wħud kienu ħarbu mill-Greċja u mit-Turkija.
s-410 Dawn la kellhom qraba u lanqas ħbieb f'Malta u lanqas ma kellhom lil xi ħadd lest biex jaċċettahom fl-artijiet fejn kienu qed imorru l-Maltin.
s-411 Kien hemm xi ftit li rnexxielhom imorru l-Ingilterra u l-Awstralja, imma l-parti l-kbira tagħhom baqgħu f'Ċipru.
s-412 Ġo Korfu u l-gżejjer l-oħra fil-qrib nibtu xi komunitajiet żgħar ta' Maltin wara l-1815 meta dawn il-gżejjer saru protettorat Ingliż.
s-413 Iżda fl-1864 il-Greċja ħadet f'idejha l-Gżejjer Jonji u minħabba dan kien hemm bosta Maltin li telqu minn hemm.
s-414 Iżda baqa' oħrajn li komplew bil-ħajja tagħhom taħt il-Griegi.
s-415 Fl-1907 grupp ta' sorijiet Maltin fetħu dar ġo Korfu biex jgħinu lill-komunità Maltija.
s-416 Dawn għadhom hemm sa llum.
s-417 Sa l-1930 Dun Spir Cilia kien jieħu ħsieb madwar elf Korfjot ta' nisel Malti.
s-418 Bl-għajnuna ta' kontribuzzjonijiet minn Malta Dun Spir bena u fetaħ dar għax-xjuħ Maltin.
s-419 Illum il-Maltin ta' Korfu jitkellmu bil-Grieg u tħalltu sew man-nies tal-post.
s-420 Oħrajn telqu lejn il-Greċja kontinentali, l-aktar lejn Atene.
s-421 Żammew r-reliġjon tagħhom u r-rabta sentimentali ma' Malta.
s-422 Fil-bliet ewlenin ta' l-Ottomani bħalma huma Kostantinopli u Smyrna kien hemm komunitajiet żgħar Maltin sa mill-bidu tas-seklu għoxrin.
s-423 Ġo Kostantinopli l-għadd tal-Maltin ġie li wasal għal tliet elef ruħ.
s-424 Dawn kienu joqogħdu fid-distrett ta' Galata fejn kienu jinġabru l-Kristjani.
s-425 Il-Maltin ta' Smyrna kienu jgħixu fid-distrett ta' Karsiyaka.
s-426 Fl-1927 f'Karsiyaka kien hemm bħala kappillan Dun Dward Tonna li wara sar isqof ta' Smyrna.
s-427 Fl-1995 patri Malti li trabba fl-Awstralja, Leonard Testa, sar kappillan ta' Karsiyaka.
s-428 Għal xi żmien il-komunità Maltija ta' Smyrna kienet tilħaq l-elfejn ruħ, iżda wara l-Armistizju ta' l-1918, ħafna mill-Maltin xterdu ma' naħat oħra fil-lvant tal-Mediterran.
s-429 Fl-1922 Malta laqgħet 1,300 rifuġjat minn Smyrna; fost dawn kien hemm xi ftit li kienu ta' oriġini Maltija.
s-430 Fil-21 ta' Mejju 1934 il-president tar-repubblika Torka, Kemal Ataturk, ħareġ liġi li biha saret ħaġa tista' tgħid impossibbli għal min ma kienx ċittadin Tork li jibqa' jaħdem fit-Turkija.
s-431 Fl-1946 il-Gvern Ingliż ħa taħt il-ħarsien tiegħu seba' mitt persuna li kienu ta' nisel Malti u li kellhom passaport tar-Renju Unit.
s-432 Dawn ġew megħjuna biex jemigraw lejn pajjiżi oħra.
s-433 B'hekk il-preżenza Maltija ġo Kostaninopli u Smyrna tista' tgħid li ġiet fix-xejn.

Text viewDownload CoNNL-U