s-301
| ' Għamilna dak kollu li kien meħtieġ li jsir u ma fallejna l-ebda obbligu tagħna. |
s-302
| Il-kanzunetta ta' Fabrizio Faniello ntgħażlet mill-pubbliku Malti u mhux minna l-kumitat, ' sostna. |
s-303
| Fi kliem iċ-Chairperson tal-MaltaSong, il-kanzunetta 'I Do' ta' Fabrizio Faniello għamlet suċċess mal-Maltin. |
s-304
| Madankollu ma niżlitx tajjeb ħafna mal-pubbliku Ewropew f'dawk it-tliet minuti ta' wirja fuq il-palk ta' Ateni. |
s-305
| Fl-istess ħin kien hemm il-fattur tas-sorpriża tal-Finlandiżi 'Lordi' li bil-kanzunetta 'Rock Allelulia' u l-istil li ħarġu bih kaxkru l-voti mingħand kulħadd u din kompliet titfagħna lura. |
s-306
| Robert Abela jibqa' sod wara Fabrizio Faniello. |
s-307
| 'Hu kantant tajjeb, umli u kien raġel biżżejjed li jassumi pubblikament ir-responsabbiltà ta' dak li seta' għamel fiċ-ċirkostanżi.' |
s-308
| 'Fabrizio ma beżax imur quddiem il-kameras tat-TV, jieħu l-kritika kollha li saritlu u jibqa' jitkellem mal-pubbliku Malti minkejja l-umiljazzjoni li ġarrab,' sostna. |
s-309
| Filwaqt li żied fuq il-konvinzjoni tiegħu li l-poplu Malti ma ħadhiex lanqas kontra Fabrizio Faniello, Robert Abela sellem l-irġulija tal-kantant li għaraf il-mument li jaffronta lill-pubbliku diżappuntat bir-riżultat. |
s-310
| 'Fabrizio għandu karattru sod u hu professjonista u nemmen bis-sħiħ li l-esperjenza ta' Ateni saħħitu u mmaturatu.' |
s-311
| Imwarrba l-kwistjoni dwar ir-riżultat miksub fl-aħħar edizzjoni ta' l-Eurovision, jien u Robert Abela nibdew nitkellmu fuq l-agħa kbira li tinqala' f'Malta kull darba li jasal iż-żmien kemm għall-festival kif ukoll għall-Eurovision. |
s-312
| ' Tistenna din l-agħa għax hu l-uniku palk internazzjonali għall-kanzunetta Maltija. |
s-313
| It-Taljani għandhom il-vetrina ta' Sanremo, u għalina l-festival tagħna hi l-vetrina tagħna. ' |
s-314
| 'Fil-Eurovision ksibna riżultati eċċellenti u sirna poplu li nagħtu l-appoġġ bis-saħħa lil kulmin irrappreżentah,' sostna. |
s-315
| U l-festival li ġej? |
s-316
| 'Qed inbiddlu ħafna affarijiet u se nagħmluh isbaħ,' weġibna Robert Abela li għażel li ma jiżvelax dettalji dwar x'inhu ġej fis-serati ta' l-1 u t-3 ta' Frar 2007. |
s-317
| 'Li nista' ngħidlek hu li se jkun spettaklu sabiħ u ilna naħdmu għalih għal dawn l-aħħar ġimgħat speċifikament biex il-prodott ikun wieħed tajjeb ħafna u li jirrispondi għaż-żminijiet ta' llum.' |
s-318
| Allura l-ebda antiċipazzjoni? |
s-319
| 'Li nista' ngħidlek hu li għadni kif ġibt il-konferma li l-kantanta Ruslana ta' l-Ukrajna, li rebħet il-Eurovision tas-sena l-oħra, se tkun Malta għall-festival fis-serata finali'. |
s-320
| Din se tkun l-ewwel darba li l-festival se jkollu serata għal semifinali li matulha l-ġurija - li għal darb'oħra se tkun kollha barranija - se jkollha 50 fil-mija tal-vot, filwaqt li l-pubbliku se jkollu 50 fil-mija oħra tal-kelma permezz tat-televoting. |
s-321
| Minn dik is-serata se jgħaddu sitt finalisti biss. |
s-322
| Minn fosthom, fis-serata tat-3 ta' Frar, ikun il-pubbliku stess li jkollu r-responsabbiltà ta' l-għażla bit-televoting għall-kanzunetta għall-Ewropa. |
s-323
| U l-preżentaturi? |
s-324
| ' Tkellimna ma' diversi nies u wasalna biex identifikajna l-persuni li se jippreżentaw il-festival li ġej. |
s-325
| L-ismijiet huma mistennija li jitħabbru aktarx il-ġimgħa d-dieħla. ' |
s-326
| Lejn tmiem l-intervista, waqt li Robert Abela kien qed jilgħab bl-ispaga tal-borża tat-tè li niżżel f'kikkra bil-misħun, staqsejtu: Temmen li kapaċi nirbħu l-Eurovision? |
s-327
| ' Mela le. |
s-328
| Wasalna sat-tieni post ma' Chiara. |
s-329
| Ma naslux l-ewwel xi darba tgħid? |
s-330
| Irridu nżommu saqajna ma' l-art, u nibqgħu ngħarfu li l-kanzunetta li se nibagħtu għall-Eurovision tkun tappella għas-suq Ewropew, ' jibqa' jinsisti. |
s-331
| Allura Robert Abela jixtieq li jkun għadu ċ-Chairperson tal-MaltaSong dakinhar li b'mod ipotetiku Malta tasal biex tirbaħ il-Eurovision? |
s-332
| Iweġibni b'daħka, iżda żamm serju: ' Dan hu totalment irrilevanti. |
s-333
| L-importanti li t-talent Malti jkun ħa l-premju li jkun jistħoqqlu fuq il-palk internazzjonali. ' |
s-334
| NORMALI |
s-335
| Sandra kellha tletin sena. |
s-336
| Kienet xebba u bla tfal. |
s-337
| Kellha karriera u tgħix għal rasha. |
s-338
| Kienet tħossha kuntenta u sodisfatta ħafna f'ħajjitha, għax dejjem għamlet dak li ħasset li hu tajjeb. |
s-339
| Xejn ma kien iwaqqafha, avolja f'ħajjitha sabet ħafna ostakli. |
s-340
| Kellha wkoll ħajja soċjali, kienet taf tgawdi l-ħajja u kienet kuntenta bil-libertà li kellha. |
s-341
| Kull ma kienet tixtieq tagħmel kienet tagħmlu bla ma tagħti kas ħadd. |
s-342
| Anki jekk toqgħod ġewwa tikteb xi storja jew poeżija, ukoll kienet kuntenta. |
s-343
| Kien wasal żmien il-Milied u kienet waslet dik il-misħuta ġurnata fejn tmur iżżur kontra qalbha lill-familjari tagħha. |
s-344
| F'lejlet il-Milied marret tara l-ġenituri tagħha, avolja ma kellhiex aptit tisma' l-istess kantaliena ta' kull sena, u li aktar ma jagħddi ż-żmien aktar tkun agħar. |
s-345
| Infatti kif kien mistenni, il-kummenti did-darba ma naqsux. |
s-346
| 'Meta se tagħmilna nanniet?' saqsietha ommha. |
s-347
| 'Għandek' boyfriend '?' saqsieha missierha. |
s-348
| 'Qum minn hemm għax l-arloġġ ta' mara malajr jiskadi,' qalet zijitha. |
s-349
| 'Dik mhux bħali ħija, dik mhux normali,' kompliet oħtha. |
s-350
| Din li hi mhux normali kienet ilha tismagħha. |
s-351
| Fl-aħħar qabżitilha u qaltilhom: |
s-352
| 'Issa ta, immur nitqaħħab u noħbol u taraw kemm jien normali!' |
s-353
| Telqet bla ma sellmitilhom. |
s-354
| Qatgħetha li l-Milied li ġej ma terġax iżżurhom. |
s-355
| Il-kelma normali baqgħet tidwi f'widnejha u, sadattant, qatt ma setgħet tifhem xi tfisser. |
s-356
| IL-KUĠINA |
s-357
| Il-kuġina kienet tiġi ta' spiss toqgħod miegħi meta ommi kienet tkun xogħol ta' billejl. |
s-358
| Kont nagħmel minn kollox biex noqgħod imqareb u ma nobdihiex. |
s-359
| Kienet l-akbar għadu tiegħi. |
s-360
| Rebecca hija l-akbar fost il-kuġini. |
s-361
| Kienet tiġi torqod għandna meta kienet tiġi tieħu ħsiebi. |
s-362
| Kienet iġġib il-kotba, iżda ma kontx inħalliha tiftaħhom. |
s-363
| Ma kontx norqod u kont niġrilha mad-dar kollha nagħmel storbju sħiħ. |
s-364
| Darba minnhom sabitli tarf. |
s-365
| 'Min jaf li kieku nilagħbu logħba ġdida?' qaltli filwaqt li minn ġo basket kbir ħarġet kostumi kkuluriti tal-karnival. |
s-366
| Kienu tagħha u ma kinux baqgħu jiġuha. |
s-367
| Ilbist kostum ta' pirata imma ftit li xejn domt bih. |
s-368
| Ippruvajt oħrajn u qlibt il-kamra ta' taħt fuq. |
s-369
| Fl-aħħar Rebecca wrietni libsa ħafifa kollha frilli. |
s-370
| 'Din għadek ma ppruvajtx!' |
s-371
| Niftakar jien u nilbisha ħassejtha tiżloq fuqi. |
s-372
| Ridt nibqa' biha. |
s-373
| Ħassejtni ħieles b'saqajja għerja. |
s-374
| Stħajjiltni ballerina u bdejt indur biha. |
s-375
| Ma kinitx proprja libsa tal-'balet', kienet libsa li kienet ħarġet minnha. |
s-376
| Qatt ma kont ilbist ħwejjeġ tal-bniet qabel għajr meta qabditni l-mamà nilbes tajtz minn tagħha. |
s-377
| Kienet għamlet plejtu għax qattajtulha. |
s-378
| Daż-żmien qed nixtri lbiesi raffinati biex nitla' fuq il-palk bihom. |
s-379
| Sirt l-aktar trans imħallas tal-gżira. |
s-380
| U kull serata jkun hemm Rebecca tlibbisni u tagħmilli xagħri. |
s-381
| Il-kuġina saret l-akbar ħabiba tiegħi. |
s-382
| ALTAF NAIFEH |
s-383
| Isem: Altaf Naifeh. |
s-384
| Età: 23 sena. |
s-385
| Kulur tal-ġilda: Skur. |
s-386
| Pajjiż: il-Libja. |
s-387
| Il-malinkonija ta' fuq xufftejh u l-ħofor fit-toroq tal-Libja kienu jirriflettu s-swied il-qalb tiegħu. |
s-388
| Altaf kien għatxan għal-libertà - ried li jkun bħall-Ispanjoli, bħall-Franċiżi u bħal dawk iċ-ċittadini li huma kburin li għandhom id-demokrazija bħala waħda mill-pilastri li jżommu lil pajjiżhom milli jmiss il-qiegħ. |
s-389
| F'moħħ Altaf bdew għaddejjin numru ta' ritratti, wieħed wara l-ieħor, u kull wieħed kellu l-istorja partikolari tiegħu. |
s-390
| Fost l-oħrajn, minn moħħu, għadda r-ritratt tas-suwiċidju. |
s-391
| Madankollu, iddeċieda li jimxi skont ix-xena tat-tieni ritratt - ir-ritratt tal-vjaġġ misterjuż. |
s-392
| Altaf beda jara x'se jagħmel sabiex jiddobba l-flus u bihom ikun jista' jħallas lit-traffikanti. |
s-393
| Meta ġabar kemm kellu bżonn telaq ma' sebgħin oħra għall-vjaġġ. |
s-394
| Telgħu fuq tliet injamiet mimlija susa, li flimkien kienu jissejħu dgħajsa, sabiex jaħarbu 'l bogħod mid-dwiefer tal-Libja. |
s-395
| L-għada filgħodu għall-ħabta tad-disgħa, il-ħanut ta' Pawlu l-Amerikan kien miżgħud bin-nies li baqgħu sejrin għandu wara li kienu semgħu l-quddiesa ta' Fr. Tonio. |
s-396
| Jien kont wieħed minnhom. |
s-397
| Xi nies li kellhom il-gazzetti f'idejhom bdew jgħidu; 'Sewwa ġralhom', 'ħaqqhom agħar', 'messhom joqtluhom mill-ewwel' u frażijiet oħra li mhux ta' min isemmihom hawn. |
s-398
| Qabditni l-kurżità, mort niftaħ il-gazzetta u kien hemm ritratt ta' Altaf u l-grupp, u bħala titlu kien hemm miktub, 'Diżgrazzja Oħra Fil-Baħar Mediterran'. |
s-399
| Naħseb li l-omelija li kienu għadhom kemm semgħu ma kienet swiet għalxejn. |
s-400
| Fost il-Griegi u t-Torok |