s-202
| Il-pajjiż illum fatti jinħtieġ. |
s-203
| Tpaċpiċ, pjani, strateġiji, laqgħat, pożi, ritratti, fanfarunati, tberbiq ta' miljuni, ilna s-snin sejrin bihom. |
s-204
| Minn jum għal jum qegħdin naraw aktar minn dak kollu li għajr falliment sħiħ ma ġabx f'pajjiżna. |
s-205
| F'dawn l-aħħar jiem komplejna nisimgħu li f'April kien hemm tnaqqis fl-akkomadazzjoni ġol-lukandi. |
s-206
| Smajna wkoll li mal-bidu ta' l-istaġun tat-turiżmu, f'Ġunju, l-istatistika diġà wriet li kien hemm aktar tnaqqis fit-turisti li għaddew mill-ajruport. |
s-207
| Is-sitwazzjoni għall-ewwel sitt xhur tas-sena bl-ebda mod ma tindika li għandna fhiex inserrħu rasna, filwaqt li l-mod kif nattiraw it-turisti mis-swieq tas-soltu jindika dejjem aktar taħwid u inkonsistenza. |
s-208
| Indikazzjonijiet mis-settur privat |
s-209
| Minkejja l-ftaħir u d-daqq tat-trombi dwar l-investiment li jkun hemm fis-settur tat-turiżmu mis-settur privat, il-mod kif qed ikomplu jsiru l-affarijiet min-naħa tal-gvern ta' Dottor Gonzi, li kien huwa li daħal direttament ukoll għat-turiżmu, bl-ebda mod ma jnisslu fiduċja. |
s-210
| Għall-kuntrarju hemm ħafna u ħafna nkwiet u skuntentizza min-naħa tas-settur privat li huwa l-mutur ewlieni f'din l-industrija tant importanti għall-pajjiż. |
s-211
| Għad irid jiġi żmien li jkun hemm studju bir-reqqa u analiżi sħiħa dwar kif fil-verità kienu qed isiru l-affarijiet f'kull settur tat-turiżmu min-naħa tal-gvern, kif qed isiru issa u kif se jkomplu jsiru sakemm il-poplu jkollu ċ-ċans demokratiku li jwassal fehmtu permezz ta' elezzjoni. |
s-212
| Kollox jindika li għad iridu joħorġu fatti li jiskandalizzaw lill-pajjiż. |
s-213
| Bħalissa u fix-xhur li ġejjin se nkomplu nisimgħu ħafna dwar il-Konferenza tal-Kapijiet tal-Commonwealth li għad irridu naraw minn fejn se joħorġu l-flus għal dak kollu li qed isir, f'but min sejrin il-mijiet ta' eluf, min hemm involut u l-ħrafa li minn dil-konferenza l-pajjiż se jkollu xi benefiċċju straordinarju għat-turiżmu. |
s-214
| J'Alla l-konferenza nnifisha ma tispiċċax f'xi arena ta' tilwim bħalma ġara tant drabi fl-imgħoddi, imma l-fatt jibqa' wkoll li jekk taqta' barra l-Ingilterra ftit li xejn hemm pajjiżi li se jieħdu sehem li fil-fatt aħna nistgħu nibbenefikaw turiżmu mingħandħom. |
s-215
| U hija biss ħrafa u propaganda vojta li minn dak li se jsir f'dil-konferenza, mill-mijiet kbar ta' eluf li se jkunu qegħdin jintefqu se jkun hemm xi benefiċċju serju għat-turiżmu. |
s-216
| Hemm ħafna u ħafna li jmissu ilu jsir u li jmissu qed isir illum wara l-għajjat kollu tar-responsabbiltà diretta ta' Dottor Gonzi għat-turiżmu, li mhux qed isir, filwaqt li hemm kobba mħabbla sew li xi darba trid tinħall jekk irridu li l-industrija tat-turiżmu tibda tiffunzjona kif inhu xieraq għal pajjiżna. |
s-217
| Pajjiżna jista' jkollu ġejjieni sabiħ fit-turiżmu, imma ċertament li mhux fir-rotta li tefgħuna fiha l-gvernijiet tal-Partit Nazzjonalista u kif sejrin l-affarijiet illum. |
s-218
| Hemm diġà diversi indikazzjonijiet li dawk li sal-lum kienu moħħhom fl-investiment fit-turiżmu f'pajjiżna qed iwarrbu minn hawn u jitfgħu saqajhom f'pajjiżi oħrajn. |
s-219
| Din is-sitwazzjoni mhix aċċettabbli għall-ħaddiema Maltin u l-familji tagħhom. |
s-220
| Il-każ ta' spjunaġġ mill-PN ilu għaddej minn qabel l-elezzjoni |
s-221
| Reklutati persuni nvoluti fi spjunaġġ fit-tmeninijiet |
s-222
| L-ispjunaġġ mill-Partit Nazzjonalista (PN) fuq iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin ma kienx se jibda taħt is-segretarju ġenerali l-ġdid tal-PN, Paul Borg Olivier. |
s-223
| Kien diġà ġie organizzat u kien ilu jitmexxa sa minn aktar minn sena ilu. |
s-224
| Grupp li ħadem mill-istamperija kien jieħu ħsieb ix-xogħol kollu, fosthom persuni li kienu nvoluti f'kampanja ta' spjunaġġ triq triq lura fis-snin tmenin. |
s-225
| Dawn il-persuni huma wkoll involuti fil-ħidma mal-uffiċċju elettorali tal-PN, l-ELCOM, fejn minkejja li m'għadux imexxih hu, għad għandu influwenza kbira l-ministru Austin Gatt. |
s-226
| Fix-xhur ta' qabel il-kampanja elettorali ta' dis-sena il-PN beda proċess ta' spjunaġġ fuq individwi, l-aktar fuq dawk li jkunu qed jersqu lejn ministeri tal-gvern bl-ilmenti u bit-talbiet tagħhom. |
s-227
| Dan huwa saħansitra kkonfermat mill-istess e-mail mibgħuta minn Paul Borg Olivier u li kopja tagħha kienet mgħoddija lill-istampa mill-mexxej laburista, Joseph Muscat, f'konferenza stampa din il-ġimgħa. |
s-228
| L-aqwa targets għall-din il-kampanja mibdija qabel l-elezzjoni kienu ċittadini ta' tendenza Nazzjonalista li tbegħdu mill-PN, u oħrajn ta' tendenza Laburista li setgħu jew ma jivvotawx, jew saħansitra jivvotaw PN jekk jingħataw ċertu għalf. |
s-229
| Għalhekk, kienet ħaġa kruċjali li l-grupp li ħadem fuq l-ispjunaġġ ikollu kemm informazzjoni personali jista' ħalli jasal għal ġudizzju dwar min kien joffri l-aħjar target għall-PN. |
s-230
| Mingħajr ma kienu jafu xinhu jiġri, l-informazzjoni dwar l-indivdwi li għamlu dawn l-ilmenti u talbiet, inkluża informazzjoni personali, spiċċat qed tmur għand dal-grupp ċentralizzat imwaqqaf apposta fl-istamperija Nazzjonalista. |
s-231
| Sa fejn hu magħruf, l-informazzjoni li nġabret għadha maħżuna fil-kompjuters tal-PN tal-Pietà. |
s-232
| Lura lejn is-snin tmenin |
s-233
| Il-ħidma ta' spjunaġġ inghatat importanza kbira mid-diriġenti Nazzjonalisti. |
s-234
| Biex imexxuha tpoġġew nies ta' esperjenza kbira fil-maniġġi tal-PN. |
s-235
| Fuq quddiem nett kien hemm Charles Demicoli, veteran minn tmiem is-snin sebgħin ta' kif il-PN kien organizza ruħu kważi b'mod militari ħalli jinkwadra lis-segwaċi tiegħu. |
s-236
| Demicoli kien wieħed mill-uffiċjali tal-PN li kienu preżenti għal-laqgħa li saret referenza għaliha fl-email ta' Borg Olivier, tant li r-referenza li ssir għalih hija bħala wieħed minn tlieta li kienu involuti fil-proċess qabel l-Elezzjoni. |
s-237
| It-tnejn l-oħra kienu Ivan Falzon u Karol Aquilina. |
s-238
| Demicoli beda l-karriera tiegħu fil-pulizija imma mbaghad spiċċa wieħed mil-aktar nies fdati fl-apparat il-ġdid tal-PN li ħa s-sura wara li Eddie Fenech Adami laħaq kap. |
s-239
| Demicoli kien involut f'ħidmiet ta' sigurtà li kienu ngħataw il-barka mil-leadership ta' Fenech Adami, Guido Demarco u Louis Galea. |
s-240
| Biex iwettaq dil-ħidma politika, Demicoli kien spiċċa mill-korp tal-pulizija. |
s-241
| Imma fi tmiem is-snin tmenin, reġa' daħal jaħdem għal ġurnata fil-korp, ingħata l-grad ta' superintendent, u ħareġ l-għada. |
s-242
| Permezz ta' dil-manuvra, beda jgawdi minnufih mil-pensjoni tal-grad il-ġdid tiegħu. |
s-243
| Fl-aħħar snin, Demicoli kien inqata' xi ftit mill-makna tal-PN biex isegwi l-aktar l-interessi tan-negozju li kellu. |
s-244
| Imma baqa' qrib tad-diriġenti l-antiki u fit-tellieqa għat-tmexxija nazzjonalista kien appoġġa bil-miftuħ lil John Dalli kontra Lawrence Gonzi. |
s-245
| Li reġa' ddaħħal fil-grupp ta' spjunaġġ ta' qabel l-elezzjoni juri kemm sa nofs is-sena li għaddiet, il-gvern ta' Gonzi kien qed iħossu dahru mal-ħajt. |
s-246
| Uħud minn dawk li kienu appoġġjaw lil Gonzi fit-tellieqa għat-tmexxija tal-PN wara li telaq Fenech Adami, kienu għamluhielu ċara li ma tantx jaqblu li nies bħal Demicoli jkollhom is-saħħa fil-PN. |
s-247
| Dan baqa' l-aktar magħruf bħala organizzatur ewlieni tal-grupp tal-Ġakketta Blu li fis-snin tmenin kien ħa fama bħala skwadra paramilitari. |
s-248
| Il-PN kien jgħid li din l-iskwadra twaqqfet biex tagħti protezzjoni lill-membri tal-partit. |
s-249
| Imma fil-fatt kienet tintuża għal ħafna affarijiet oħra. |
s-250
| Meta l-eżistenza tagħha saret magħrufa, il-PN għamel sforz kbir biex jiċħad li kien hemm xi organizazzjoni speċjali li tagħmel il-funzjonijiet tal-grupp tal-Ġakketta blu. |
s-251
| Fl-istess żmien, tal-PN kienu organizzaw xibka ta' street leaders mat-toroq kollha ta' Malta u Għawdex biex jirrapportaw lura lill-partit dwar ir-residenti tat-triq tagħhom. |
s-252
| Anki f'dal-każ, bħal-lum, meta ħarġet l-istorja tal-ispjunaġġ li kien qed isir mit-toroq, qam aghħa kbir fil-pajjiż. |
s-253
| L-ironija hi li l-istess nies li kellhom x'jaqsmu mal-ispjunaġġ tas-snin tmenin, issa reġgħu daru fuqhom ta' gonzi- pn biex jagħmlulhom xogħol simili. |
s-254
| Kif għazilt il-Powerlifting? |
s-255
| Onestament jien qatt ma ħlomt li xi darba ħa nkun qed nipprattikah dan l-isport, aħseb u ara kemm nikkompeti fih. |
s-256
| F'Settembru 2011, kien hemm ħabib tiegħi li huwa kompetitur tal-Powerlifting u wkoll kollega tiegħi fuq ix-xogħol, li kien spiss jiġi ħdejja u l-kliem kien dejjem jaqa' fuq il-gym, taħriġ u dieti. |
s-257
| Dan dejjem ħajjarni biex nipprova il-Powerlifting, iżda jien dejjem kont ngħidlu li dan l-isport ma jogħġobnix. |
s-258
| Però darba fost l-oħrajn, ġieni f'mohhi biex nibagħtlu sms u nieħu dan iċ-ċans. |
s-259
| Minn hemmhekk huwa qabbadni ma' xi ħaddiehor li huwa ħabib tiegħu, u bdejt nitħarreġ u nitgħallem bil-mod il-mod it-teknika ta' kif issir kull lift. |
s-260
| Li kelli favur tiegħi, li kont għamilt sitt snin nittrenja l-Bodybuilding u meta tagħmel bidla bħal din, tibda tinnota li hemm ħafna x'titgħallem għalkemm it-tnejn għandhom ħafna minn xulxin bħala sport. |
s-261
| F'kemm ili ngħidlek bdilt il-ħsieb tiegħi fuq il-Powerlifting għax aktar ma beda jgħaddi ż-żmien, aktar beda jogħġobni. |
s-262
| Kemm titħarreġ fil-Powerlifting? |
s-263
| Kieku nista' kuljum iżda minħabba l-ħajja mgħaġġla li ngħixu fiha llum ma nistax. |
s-264
| Bejn wieħed u ieħor nikkalkula li qisni nitħarreġ minn tlieta sa erba' darbiet fil-ġimgħa. |
s-265
| Apparti minn hekk jien nipprova insib ħin ukoll biex inkompli insir naf dwar dan l-isport li nippratika, billi naqra artikli, kotba u nara diversi vidjows. |
s-266
| Minn hawn u minn hemm dejjem irnexxieli nlaħħaq nagħmel kollox. |
s-267
| F'liema kompetizzjonijiet lokali u jew internazzjonali ħadt sehem? |
s-268
| S'issa ħadt sehem f'kompetizzjonijiet lokali biss, però fil-futur viċin għandi f'moħħi li mmur barra minn Malta wkoll. |
s-269
| Hawn Malta s'issa ħadt sehem f'Test Competitions u anke f'National Championships u rnexxieli dejjem intejjeb it-total tiegħi minn kompetizzjoni għal oħra. |
s-270
| Fit-tieni parti tal-intervista li Newsbook. com. mt se jwasslilkom għada, Sean se jispjega d-differenza bejn Weightlifting u Powerlifting. |
s-271
| AnnaBelle, Isabelle, Konrad Pulè, Daniela Delicata. |
s-272
| Dawn huma wħud mill-ismijiet minn fost il-lista ta' 14-il kantant finalist li fi Frar li ġej se jikkompetu biex jaslu sa l-aħħar serata tal-Kanzunetta għall-Ewropa f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt. |
s-273
| L-ismijiet huma biss ftit mil-lista ta' finalisti - kif magħżula ġimgħa ilu - li hi dominata minn 'ismijiet sorpriża' jew li huma pjuttost ġodda fix-xena mużikali. |
s-274
| L-uniċi ismijiet ta' kantanti stabbiliti li rnexxielhom jidħlu bħala finalisti huma Olivia Lewis u William Mangion. |
s-275
| X'ġara? |
s-276
| Għaliex dan it-taqlib kollu? |
s-277
| Ir-risposta tinsab fil-metodu ġdid li beda jintuża biex jintgħażlu l-kantanti, u fuq kollox dik il-kanzunetta li tista' taqla' lil Malta mill-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Eurovision ta' Helsinki f'Mejju li ġej. |
s-278
| Ir-riżultat diżastruż miksub minn Malta aktar kmieni din is-sena f'Ateni bil-kanzunetta 'I Do' ta' Fabrizio Faniello tikseb l-aħħar post fil-klassifika tal-voti finali, iġġiegħel lil Malta li tipparteċipa fi prekompetizzjoni li matulha issa teħtieġ li tintgħażel minn fost 10 li jridu jidħlu għall-finali ta' l-Eurovision f'Helsinki. |
s-279
| B'hekk r-riżultat diżappuntanti miksub minn Malta wassal għal reviżjoni sħiħa fil-metodu ta' l-għażla tal-kanzunetta li se tirrappreżenta lil Malta. |
s-280
| ' Irridu nifhmu li l-kanzunetta ta' Malta għall-Eurovision mhix se tibqa' Malta. |
s-281
| Se tkun esportata u għalhekk teħtieġ tirrispondi għall-ħtiġiet tal-gosti u s-suq internazzjonali, ' sostna ċ-Chairman tal-Maltasong Robert Abela f'intervista ma' Illum li matulha spjega l-mekkaniżmu li tħaddem biex intgħażlu l-kanżunetti finalisti għall-festival li ġej. |
s-282
| 'Din kienet l-ewwel darba li morna għal ġurija totalment barranija magħmula minn esperti fil-qasam mużikali,' spjega Robert Abela li żied fuq kif il-ġurija ma ħarset lejn wiċċ u isem ħadd. |
s-283
| 'Il-MaltaSong hi determinata li twassal sa Helsinki dik il-kanzunetta li tista' tinbiegħ barra u li ma tkunx popolari biss għall-widna Maltija,' insista. |
s-284
| Viżibbilment konvint mill-istrateġija l-ġdida li nsista fuqha kemm ilu fil-kariga bħala Chairman tal-MaltaSong, Robert Abela qed jappella lill-pubbliku Malti biex jifhem l-importanza li tintgħażel kanzunetta li tkun 'esportabbli'. |
s-285
| B'kollox kien hemm 228- ilkanzunetta li kienu sottomessi għall-konsiderazzjoni. |
s-286
| Madankollu fit-tieni fażi ntgħażlu 35 li minnhom intgħażlu 14-il finalista għas-semifinali f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. |
s-287
| ' Neħħejna l-ġurija ta' Maltin apposta. |
s-288
| U bl-akbar responsabbiltà ninsisti li għamilna sew għax hekk neħħejna l-piż li wieħed jiffavorixxi aktar lill-kantant milli l-kanzunetta '. |
s-289
| Għal Robbie Abela ' ma jfisser xejn jekk int stabbilit jew le. |
s-290
| L-importanti li l-kanzunetta tkun tajba għall-barra u mhux staġnata għas-suq lokali biss. ' |
s-291
| B'hekk, fi ftit kliem, hu dan il-fattur prinċipali li 'heżżeż' l-affarijiet għall-festival li ġej. |
s-292
| Robert Abela hu ċar fi kliemu: ' Nappella lill-awturi u lill-kompożituri biex jimirħu u ma jistaġnawx. |
s-293
| Neħtieġu ħoss ġdid u mhux aktar dak li nassumu li hu tradizzjonali għall-Eurovision. ' |
s-294
| Il-ġurija barranija ma jimpurtahiex min hu jew min hi l-kantanta. |
s-295
| Jimpurtaha biss mill-ħoss mużikali, jimpurtaha biss jekk il-kanzunetta hiex kompetittiva, tal-widna u li tappella għall-pubbliku kollu mifrux madwar il-kontinent u mhux f'Malta biss. |
s-296
| 'Jien sorpriż ħafna bit-talent il-ġdid li ħiereġ u li jidher fil-lista ta' finalisti,' spjega Abela li żied kif minn fost il-ġurija kien hemm min diġa' ħa nota ta' xi ismijiet ta' kantanti u dan għax hemm il-possibbiltà li wara l-festival ċerti kantanti jkunu avviċinati għal kuntratti. |
s-297
| 'Dan hu li rrid nisma' u nara li qed jiġri fix-xena mużikali Maltija,' saħaq Robert Abela li żied jikkummenta fuq dak li fisser bħala 'bir wiesa' ta' talent kbir'. |
s-298
| 'B'dan it-talent kollu li għandna kapaċi niksbu s-suċċessi, kemm fuq livell ta' kantanti individwali kif ukoll bħala pajjiż u dan ovvjament fuq il-palk internazjonali.' |
s-299
| Waqt l-intervista fakkart lil Robert Abela fir-riżultat miksub minn Malta fil-Eurovision li għadda. |
s-300
| Hu reġa' tenna kif bħala chairperson, kif ukoll il-kumitat kollu tal-MaltaSong, m'għandhom iġorru l-ebda ħtija għar-riżultat. |
s-301
| ' Għamilna dak kollu li kien meħtieġ li jsir u ma fallejna l-ebda obbligu tagħna. |