Dependency Tree

Universal Dependencies - Maltese - MUDT

LanguageMaltese
ProjectMUDT
Corpus Partdev
AnnotationČéplö, Slavomír; Zeman, Daniel

Select a sentence

Showing 112 - 211 of 433 • previousnext

s-112 U mhux biss.
s-113 Dan għamlu bil-ħabi.
s-114 U dan meta gvernijiet oħrajn, ta' pajjiżi li aħna biċċa tikka ħdejhom, naqqsu s-salarji tal-ministri tagħhom b'sinjal ta' solidarjetà mal-poplu tagħhom.
s-115 Saħansitra anke r-Reġina tal-Gran Brittanja naqset in-nefqa tagħha b'sinjal ta' empatija mas-sudditi tagħha.
s-116 Imma Gonzi għażel li jonfoq 80 miljun fuq parlament ġdid minflok li jagħti prijorità lil setturi bħal tas-saħħa jew almenu lill-infrastruttura bażika.
s-117 Għażel ukoll li jibni powerstation b'teknoloġija li tniġġeż u tmarrad lin-nies, minflok għażel waħda iktar nadifa.
s-118 U lanqas twassal il-' grundnorm ' ta' Gonzi li jirrispetta lir-rieda tal-poplu.
s-119 Qabel ir-referendum, huwa qal li l-kwistjoni tad-divorzju kienet l-iktar kwistjoni importanti għall-pajjiż; iktar importanti mill-ekonomija.
s-120 Mela jekk il-poplu riedu, u huwa ma ridux, għax ma rriżenjax?
s-121 Din kienet tkun l-iktar triq onorabbli, u l-unika triq iddettata minn dik il-' grundnorm ' veru tad-demokrazija: li l-poplu huwa sovran.
s-122 Issa li waslet l-elezzjoni, addio ' grundnorm '.
s-123 Qegħdin naraw l-istess xenarju tal-aħħar elezzjoni li għaddiet, meta ngħataw impjiegi, permessi tal-bini, pjaċiri ta' kull għamla u nfieq bla rażan.
s-124 Tal-Labour qed iħejju għal elezzjoni!
s-125 Minkejja li għad fadal madwar erba' snin u nofs, il-Partit Laburista bħalissa jinsab għaddej bi tħejjijiet intensivi għal elezzjoni ġenerali.
s-126 Minn informazzjoni li għandu il-mument jirriżulta li l-ġimgħa d-dieħla l-Uffiċċju Elettorali tal-Partit Laburista, immexxi mill-Avukat Michael Falzon, is-Segretarju Internazzjonali, se jorganizza tliet seminars ' importanti ' għal strutturi differenti tal-Partit Laburista.
s-127 Jirriżulta li s-seminars organizzati minn Michael Falzon huma mifruxa fuq tlett ijiem u se jsiru nhar l-Erbgħa, nhar il-Ħamis u nhar il-Ġimgħa li ġej fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.
s-128 Minħabba l-importanza ta' dawn is-seminars, għalihom qed ikunu mistiedna biex jipparteċipaw Deputati, uffiċjali tal-MLP, kandidati u dawk kollha li fl-aħħar elezzjonijiet kienu mdaħħlin fil-ħidma elettorali tal-Partit Laburista.
s-129 Dawn is-seminars se jkunu indirizzati mill-Avukat Michael Falzon innifsu u minn uffiċjali oħrajn Laburisti li huma involuti fl-Uffiċċju Elettorali Laburista.
s-130 Hu mistenni wkoll li tul dawn is-seminars, Michael Falzon jiffoka fuq il-ħidma li jrid iwettaq il-MLP bl-iskop li jżomm l-istess organizzazzjoni elettorali li bena.
s-131 Fil-MLP, l-Uffiċċju Elettorali hu wieħed mill-aktar dipartimenti li għandhom appoġġ fost id-delegati Laburisti.
s-132 Waħda mir-raġunijiet għal dan l-appoġġ hu l-fatt li l-Uffiċċju Elettorali Laburista hu mmexxi propju mill-Avukat Michael Falzon.
s-133 Minkejja dan l-appoġġ, fil-MLP hemm ukoll diversi persuni li jippruvaw jostakolaw il-ħidma li jwettaq l-Avukat Michael Falzon.
s-134 il-mument hu infurmat li l-Uffiċċju Elettorali Laburista hu mibni fuq nies li fil-passat kienu jappoġġjaw lill-ex kandidat Laburista Dennis Sammut.
s-135 Tul is-snin, fil-MLP kien hemm diversi persuni fl-alleanza politika li tappoġġja lil Alfred Sant li ostakolaw lil Michael Falzon fil-ħidma tiegħu.
s-136 Ir-raġuni ewlenija għal dawn l-ostakoli hi r-relazzjonijiet politiċi tajbin ħafna li jeżistu bejn Michael Falzon u George Abela, l-ex Deputat Mexxej Laburista.
s-137 Michael Falzon kien l-uniku uffiċjal tal-MLP li fil-Konferenza Ġenerali ta' qabel l-aħħar elezzjoni kien ħa l-istess pożizzjoni ta' George Abela u ddikjara li kien kontra li ssir elezzjoni ġenerali bikrija.
s-138 Minbarra dan, fil-Konfernza Ġenerali qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, Michael Falzon ukoll kien irrifera għad-diskors li jsir fil-MLP dwar l-Uffiċċju Elettorali Laburista.
s-139 il-mument hu infurmat li fost dawk li fil-MLP jostakolaw il-ħidma ta' l-Uffiċċju Elettorali hemm persuni qrib is-Segretarju Ġenerali Laburista li anki kienu jipprotestaw minħabba l-ħlasijiet tas-sahra li kienu jingħataw lil xi persuni li kienu jaħdmu fl-Uffiċċju.
s-140 Wara l-aħħar elezzjoni, fil-MLP kien hemm anki min ried jitfa' l-ħtija tat-telfa elettorali fuq l-Uffiċċju Elettorali mmexxi minn Michael Falzon u kien hemm anki min wettaq strateġija interna biex jassigura li Michael Falzon ma jikkontestax għall-kariga ta' Deputat Mexxej Laburista għall-Affarijiet tal-MLP.
s-141 Sadattant fost delegati u partitarji Laburisti, hemm min qed imexxi l-kelma li jista' jkun li l-Gvern isejjaħ elezzjoni bikrija.
s-142 Dan qed isir bl-iskop ewlieni li jippruvaw iqajmu interess u ftit entużjażmu fost il-partitarji Laburisti u fl-istrutturi Laburisti li bħalissa jinsabu demoralizzati għall-aħħar, għaxar xhur wara t-telfa elettorali kbira ta' Settembru li għadda.
s-143 Sorsi fi ħdan il-MLP isostnu b'konvinzjoni li dawn l-erba' snin u nofs ta' din il-leġislatura huma determinanti għal Alfred Sant u l-alleanza politika li fil-MLP tappoġġjah, partikularment Evarist Bartolo u Mario Vella.
s-144 Dan minħabba li bħalissa fil-MLP hemm ħafna li qed jopponu l-istil ta' din it-tmexxija iżda qed ikomplu jippreferu jistennew.
s-145 Il-kontribuzzjoni ta' qarrej tat-TORĊA li kiteb lil Fr Colin Apap u li uża l-psewdonimu ' Favur il-Knisja ' ħallietni kważi bla nifs.
s-146 Ma naħsibx li qatt iltqajt ma' taħlita hekk qarsa ta' miżinformazzjoni u mibegħda kontra persuni gay.
s-147 Bħala żagħżugħ gay u attivist għad-drittijiet ugwali għal persuni leżbjani, gay, bisesswali u transgender, qed inkun akkużat li jien 'saħta għall-umanità' mill-pinna tal-kontributur li pprefera jżomm ismu mistur.
s-148 B'dak li kiteb, min bagħat din l-ittra qed juri li m'għandu l-ebda ħjiel dwar is-suġġett li qed jikteb dwaru.
s-149 Filwaqt li ma nikkunsidrax lili nnifsi nisrani, niftakar li dak Alla, li din il-persuna għandha tant għal qalbha, qal ħafna dwar nies ipokriti, regħba, ostili, giddieba u ħallelin - iżda qatt ma semma xejn fuq persuni li jħobbu lil xi ħadd tal-istess ġeneru tagħhom.
s-150 Possibbli li fis-sena 2010, il-kontributur - mgħammex kif inhu mill-preġudizzji li jħaddan - ma jirrealizzax li persuni gay jinsabu kullimkien fis-soċjetà u li jikkontribwixxu lejha kif tagħmel kull persuna oħra?
s-151 L-unika differenza hi fl-attrazzjoni affettiva ta' persuni gay.
s-152 Filwaqt li persuni eterosesswali jsibu l-milja tagħhom f'relazzjoni ta' mħabba ma' persuna tas-sess oppost, persuni omosesswali jagħmlu dan f'relazzjoni ma' persuna tal-istess sess.
s-153 Għaldaqstant nissuġġerixxi li l-kontributur jiffoka l-enerġiji tiegħu fuq nies li tassew qegħdin ikunu ta' piż għas-soċjetà bl-għemil tagħhom.
s-154 Huma l-mibegħda, il-ksenofibija, l-omofobija, il-preġuddizju, il-vjolenza, l-isfruttament, il-fundamentaliżmu reliġjuż u ħafna affarijiet oħra li huma 'saħta għall-umanità'.
s-155 Huma dawn il-'pesti' li rridu neqirdu.
s-156 Iżda żgur mhix l-imħabba ġenwina ta' bejn żewġ persuni adulti li qegħdin jgħixu ħajja deċenti ta' mħabba mal-maħbub / maħbuba tagħhom tal-istess sess, mingħajr ma jagħtu l-ebda fastidju lil ħadd - u li jibqgħu solidi fid-dedikazzjoni tagħhom lejn xulxin minkejja l-kliem ta' mibegħda bħal dawk ta' min jinħeba wara psewdonimi simili.
s-157 Filwaqt li nfaħħar il-mod li bih Fr Colin tratta s-sitwazzjoni, sfortunatament l-atteġġament pożittiv tiegħu mhux daqstant komuni fil-knisja.
s-158 Jien smajt b'widnejja lil saċerdot isejjaħ lil persuni gay ' aberrazzjoni tar-razza umana ' fuq l-istazzjon nazzjonali xi snin ilu, u lkoll smajna kemm-il darba lil bosta membri tal-knisja jirreferu għal persuni gay bħala ' midinbin ', ' imsieken ' u ' intrinsikament diżordinati ', fost kliem ieħor mhux xieraq.
s-159 Jien nistaqsi, kemm-il darba jrid jintqal dan il-kliem qabel nindunaw bil-ħsara li qed jagħmel kemm lin-nies li dwaru qed jintqal kif ukoll lis-soċjetà in ġenerali?
s-160 Kemm iktar imħuħ debboli għandhom ikunu influwenzati biex jiktbu dak li kiteb dan il-qarrej qabel dawk responsabbli jieqfu milli jitfgħu iktar tajn u jxerrdu iktar gideb fuq minoranzi diġà storikament oppressi?
s-161 Jidher li din l-imġiba ta' injoranza kbira qiegħda tħalli frott qares, fil-forma ta' ittri bħal dik mibgħuta lit-TORĊA
s-162 Minn mibegħda tassew tinbet iktar mibegħda.
s-163 Editorjal | 18 ta' Ottubru 2009 Nr 156
s-164 Fost il-politiċi Maltin, Tonio Fenech jispikka billi laħaq żgħażuġh f'kariga tal-akbar importanza mingħajr ma ċċappas bl-iskandli tas-soltu.
s-165 Sa ftit jiem ieħor tħobbu u tobogħdu ftit kien hemm xi tgħid fuqu.
s-166 Għandu dik ix-xeħta ta' abbati perfett, li għaliex ma jiżbaljax bilkemm tintebaħ li qiegħed iservi fuq l-artal fejn jarah kulħadd.
s-167 Meta ħarġet l-aħbar fil-gazzetta Malta Today li Fenech kien siefer biex jara partita futbol ma' George Fenech u Joe Gasan ixxellfet il-fama perfetta tiegħu.
s-168 Bħall-ewwel barxa f'karozza ġdida fjamanta n-nuqqas ta' Fenech jinħass daqs ġerħa.
s-169 Ukoll min ma jsegwix il-politika mill-qrib, jaqbdu l-qtigħ il-qalb: anki Tonio Fenech mar iċċappas?
s-170 Fl-aħħar mill-aħħar allaħares Ministru jinxtara b'daqshekk biss.
s-171 Jista' jkun l-akbar sostenitur tal-Arsenal, jista' jkun li għamlulu l-ilma jiżfen fil-jet privat, setgħu sabulu l-aħjar post fl-istadium, żgur li b'daqshekk biss ma kienx se jiġi influwenzat.
s-172 Mhix kwistjoni li aċċetta vjaġġ b'xejn b'rigal.
s-173 Il-problema hi li ma ħax ħsieb li jżomm 'il bogħod minn nies li bis-setgħa mogħtija lilu mil-Liġi jista' jfawrilhom il-but jew ifaqqarhom.
s-174 Il-fatt jew le ġiex influwenzat mhemmx għalfejn nidħlu fih.
s-175 Ma qagħadx attent biex iħares il-fama tiegħu.
s-176 Wara li kienet ħarġet l-aħbar sirna nafu minn stqarrija li għamel Fenech li kien ħa ħsieb li javża lill-Prim Ministru bil-vjaġġ u kien ħa l-barka tiegħu.
s-177 B'daqshekk xorta waħda ma jissewwiex kollox.
s-178 Kieku l-istorja ma ħarġitx qatt konna se nkunu nafu li Fenech talab permess mingħand Gonzi biex imur jara partita?
s-179 Veru li talab permess jew din tal-permess saret wara l-fatt biex tissabbar is-selħa?
s-180 Kemm qed nagħtuha piż?
s-181 Fuq kollox il-Prim Ministru Gonzi kien dak li fl-2004 fassal ir-regoli tal-etika għall-Ministri tal-Kabinett tiegħu.
s-182 Fosthom insibu li l-Ministri m'għandhomx jirċievu rigali.
s-183 Jekk fil-fatt ġara hekk, Fenech talab id-dispensa papali mingħand Gonzi għaliex kien jaf li se jkun qed jikser regola kardinali tal-etika.
s-184 Id-dispensa papali kienet biżżejjed?
s-185 It-tfassil ta' regoli tal-etika minn Gonzi ma taħx xi seta' fuqhom.
s-186 Fl-aħħar mill-aħħar qabel ma nkitbu dawn ir-regoli kienu regoli mhux miktuba.
s-187 Mhuwiex il-Prim Ministru li għandu setgħa fuqhom biex iħassarhom jew jibdilhom jew meta jfettillu jagħti permess biex jinkisru.
s-188 Regoli bħal dawn, miktuba u mhumiex, huma fil-fatt xhieda tal-valuri tal-elettorat f'kull demokrazija.
s-189 Kieku l-Prim Ministru meta fassal il-Kodiċi tal-etika kien qal li l-Ministri jistgħu jaċcettaw rigali meta jfettlilhom konna naċċettawha?
s-190 Bl-istess mod ma nistgħux naċċettaw li Lawrence Gonzi jitkellem f'isimna u jagħti l-assoluzzjoni qabel ma jsir id-dnub Ministerjali.
s-191 Bid-dispensa jew mingħajrha xorta waħda Fenech ipprovdielna l-ispettaklu skandaluż ta' Ministru li jsiefer ma' imprenditur f'kuntest li juri livell ta' ħbiberija jew kunfidenza li żgur mhix aċcettabbli meta dak l-imprenditur għandu interessi kummerċjali mill-ikbar proprju fis-settur li jaqa' taħt is-setgħat tal-Ministru.
s-192 Tonio Fenech hu l-Ministru responsabbli għas-settur tal-logħob tal-azzard fost oħrajn u Gorġ Fenech għandu interessi kbar f'dak is-settur.
s-193 Minkejja kull diskors kuntrarju, ħadd ma jista' jgħid li għall-ħabta tas-safra misħuta, il-Ministru ma kienx qed jikkontempla xi bidliet importanti fis-settur tal-logħob tal-azzard.
s-194 Jekk is-safra seħħet għall-ħabta ta' Marzu / April tal-2009, il-liċenzja għall casinò tad-Dragonara kienet għalqet f'Diċembru u kien appik li jinfetaħ tender biex jiġġedded jew jittieħed minn operator ieħor.
s-195 Jista' jkun kollox.
s-196 Jista' jkun li waqt is-safra qatt ma sar diskors dwar dawn l-affarijiet iżda nistgħu nkunu żguri, żguri biss, li ma sarx diskors ma' nies interessati f'dan is-settur li ma jistgħux ikunu daqshekk midħla tal-Ministru li jsiefru miegħu u jgawdu d-delizzju tal-futbol flimkien.
s-197 Dan diġà jidher li hu żvantaġġ żleali.
s-198 Bħalma Ministru ma jweġibx lill-Prim Ministru dwar il-kondotta etika tiegħu iżda lejn il-votanti, l-istess Ministru ma jweġibx biss lejn l-operaturi l-oħra fis-settur meta jonqos fil-kondotta tiegħu.
s-199 Apparti l-vantaġġi żleali li l-operaturi l-oħra jistgħu jilmentaw minnhom jistgħu jilmentaw il-votanti li x-xogħol tal-amministrazzjoni pubblika mhux qed isir bit-trasparenza u d-distakk li jippretendu u bi dritt.
s-200 Kulmin hu midħla ta' l-industrija tat-turiżmu jgħidlek li l-falliment li ħoloq l-istess gvern Nazzjonalista ta' Dottor Gonzi għadu magħna u ftit li xejn hemm x'jindika li se noħorġu minnu fi żmien qasir.
s-201 Jekk tneħħi t-tpaċpiċ tal-Ministru Żammit Dimech, il-pożi għar-ritratti, u retorika li issa kulħadd xaba' jismagħha m'hemm xejn li jindika li qed issir xi ħaġa bis-serjetà li tista' mqar titfa' xaqq ta' dawl li l-affarijiet qed jirranġaw.
s-202 Il-pajjiż illum fatti jinħtieġ.
s-203 Tpaċpiċ, pjani, strateġiji, laqgħat, pożi, ritratti, fanfarunati, tberbiq ta' miljuni, ilna s-snin sejrin bihom.
s-204 Minn jum għal jum qegħdin naraw aktar minn dak kollu li għajr falliment sħiħ ma ġabx f'pajjiżna.
s-205 F'dawn l-aħħar jiem komplejna nisimgħu li f'April kien hemm tnaqqis fl-akkomadazzjoni ġol-lukandi.
s-206 Smajna wkoll li mal-bidu ta' l-istaġun tat-turiżmu, f'Ġunju, l-istatistika diġà wriet li kien hemm aktar tnaqqis fit-turisti li għaddew mill-ajruport.
s-207 Is-sitwazzjoni għall-ewwel sitt xhur tas-sena bl-ebda mod ma tindika li għandna fhiex inserrħu rasna, filwaqt li l-mod kif nattiraw it-turisti mis-swieq tas-soltu jindika dejjem aktar taħwid u inkonsistenza.
s-208 Indikazzjonijiet mis-settur privat
s-209 Minkejja l-ftaħir u d-daqq tat-trombi dwar l-investiment li jkun hemm fis-settur tat-turiżmu mis-settur privat, il-mod kif qed ikomplu jsiru l-affarijiet min-naħa tal-gvern ta' Dottor Gonzi, li kien huwa li daħal direttament ukoll għat-turiżmu, bl-ebda mod ma jnisslu fiduċja.
s-210 Għall-kuntrarju hemm ħafna u ħafna nkwiet u skuntentizza min-naħa tas-settur privat li huwa l-mutur ewlieni f'din l-industrija tant importanti għall-pajjiż.
s-211 Għad irid jiġi żmien li jkun hemm studju bir-reqqa u analiżi sħiħa dwar kif fil-verità kienu qed isiru l-affarijiet f'kull settur tat-turiżmu min-naħa tal-gvern, kif qed isiru issa u kif se jkomplu jsiru sakemm il-poplu jkollu ċ-ċans demokratiku li jwassal fehmtu permezz ta' elezzjoni.

Text viewDownload CoNNL-U