s-102
| Dan hu raġunar tal-magħżulin dominanti li jissieltu kontra l-ġlied għall-ugwaljanza u għall-emanċipazzjoni ta' gruppi soċjali emarġinati billi jakkużawhom bir-relattiviżmu; billi jgħajruhom li mhux kull ma wieħed jixtieq bilfors ikun tajjeb. |
s-103
| Għal nies li jirraġunaw bħal Gonzi, il-ġid komuni iktar jeżisti fil-kamp morali, milli fil-kamp ekonomiku u soċjali. |
s-104
| U l-morali hija bilfors waħda, jiġifieri kif jaraha hu. |
s-105
| Hekk fil-kwistjoni tad-divorzju, Gonzi vvota fil-parlament kontra r-rieda ċara u tonda tal-poplu kif espressa fir-referendum; anke jekk fl-istess nifs qal li kien se jassikura li l-liġi tgħaddi mill-parlament. |
s-106
| Każ klassiku ta' min b'kuxjenza trankwilla (?) irid jgħoġob lil Alla u lix-Xitan fl-istess ħin. |
s-107
| Għax Gonzi jemmen fi speċi ta' ' grundnorm ', jiġifieri liġi bażika u li ma tinbidel qatt li l-liġijiet l-oħrajn kollha jridu jaqblu magħha. |
s-108
| Imma liġi bħal din ma teżistix tabilħaqq, u hija frott tal-istħajjil ta' xi wħud. |
s-109
| Ma jammettix li fis-soċjetà jista' jkun hemm - u fil-fatt hemm - gruppi differenti li għandhom valuri differenti, li jistgħu jkunu ugwalment validi. |
s-110
| Però għal Gonzi din il-' grundnorm ' qajla teżisti barra mill-parametri tal-moralità fil-qasam familjari u psikosesswali. |
s-111
| Hekk ma ra xejn ħażin billi f'xenarju ta' sitwazzjoni ekonomika diffiċli, jippriedka l-awsterità lili u lilek filwaqt li hu żied lilu nnifsu u lil sħabu € 500 fil-ġimgħa. |
s-112
| U mhux biss. |
s-113
| Dan għamlu bil-ħabi. |
s-114
| U dan meta gvernijiet oħrajn, ta' pajjiżi li aħna biċċa tikka ħdejhom, naqqsu s-salarji tal-ministri tagħhom b'sinjal ta' solidarjetà mal-poplu tagħhom. |
s-115
| Saħansitra anke r-Reġina tal-Gran Brittanja naqset in-nefqa tagħha b'sinjal ta' empatija mas-sudditi tagħha. |
s-116
| Imma Gonzi għażel li jonfoq € 80 miljun fuq parlament ġdid minflok li jagħti prijorità lil setturi bħal tas-saħħa jew almenu lill-infrastruttura bażika. |
s-117
| Għażel ukoll li jibni powerstation b'teknoloġija li tniġġeż u tmarrad lin-nies, minflok għażel waħda iktar nadifa. |
s-118
| U lanqas twassal il-' grundnorm ' ta' Gonzi li jirrispetta lir-rieda tal-poplu. |
s-119
| Qabel ir-referendum, huwa qal li l-kwistjoni tad-divorzju kienet l-iktar kwistjoni importanti għall-pajjiż; iktar importanti mill-ekonomija. |
s-120
| Mela jekk il-poplu riedu, u huwa ma ridux, għax ma rriżenjax? |
s-121
| Din kienet tkun l-iktar triq onorabbli, u l-unika triq iddettata minn dik il-' grundnorm ' veru tad-demokrazija: li l-poplu huwa sovran. |
s-122
| Issa li waslet l-elezzjoni, addio ' grundnorm '. |
s-123
| Qegħdin naraw l-istess xenarju tal-aħħar elezzjoni li għaddiet, meta ngħataw impjiegi, permessi tal-bini, pjaċiri ta' kull għamla u nfieq bla rażan. |
s-124
| Tal-Labour qed iħejju għal elezzjoni! |
s-125
| Minkejja li għad fadal madwar erba' snin u nofs, il-Partit Laburista bħalissa jinsab għaddej bi tħejjijiet intensivi għal elezzjoni ġenerali. |
s-126
| Minn informazzjoni li għandu il-mument jirriżulta li l-ġimgħa d-dieħla l-Uffiċċju Elettorali tal-Partit Laburista, immexxi mill-Avukat Michael Falzon, is-Segretarju Internazzjonali, se jorganizza tliet seminars ' importanti ' għal strutturi differenti tal-Partit Laburista. |
s-127
| Jirriżulta li s-seminars organizzati minn Michael Falzon huma mifruxa fuq tlett ijiem u se jsiru nhar l-Erbgħa, nhar il-Ħamis u nhar il-Ġimgħa li ġej fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. |
s-128
| Minħabba l-importanza ta' dawn is-seminars, għalihom qed ikunu mistiedna biex jipparteċipaw Deputati, uffiċjali tal-MLP, kandidati u dawk kollha li fl-aħħar elezzjonijiet kienu mdaħħlin fil-ħidma elettorali tal-Partit Laburista. |
s-129
| Dawn is-seminars se jkunu indirizzati mill-Avukat Michael Falzon innifsu u minn uffiċjali oħrajn Laburisti li huma involuti fl-Uffiċċju Elettorali Laburista. |
s-130
| Hu mistenni wkoll li tul dawn is-seminars, Michael Falzon jiffoka fuq il-ħidma li jrid iwettaq il-MLP bl-iskop li jżomm l-istess organizzazzjoni elettorali li bena. |
s-131
| Fil-MLP, l-Uffiċċju Elettorali hu wieħed mill-aktar dipartimenti li għandhom appoġġ fost id-delegati Laburisti. |
s-132
| Waħda mir-raġunijiet għal dan l-appoġġ hu l-fatt li l-Uffiċċju Elettorali Laburista hu mmexxi propju mill-Avukat Michael Falzon. |
s-133
| Minkejja dan l-appoġġ, fil-MLP hemm ukoll diversi persuni li jippruvaw jostakolaw il-ħidma li jwettaq l-Avukat Michael Falzon. |
s-134
| il-mument hu infurmat li l-Uffiċċju Elettorali Laburista hu mibni fuq nies li fil-passat kienu jappoġġjaw lill-ex kandidat Laburista Dennis Sammut. |
s-135
| Tul is-snin, fil-MLP kien hemm diversi persuni fl-alleanza politika li tappoġġja lil Alfred Sant li ostakolaw lil Michael Falzon fil-ħidma tiegħu. |
s-136
| Ir-raġuni ewlenija għal dawn l-ostakoli hi r-relazzjonijiet politiċi tajbin ħafna li jeżistu bejn Michael Falzon u George Abela, l-ex Deputat Mexxej Laburista. |
s-137
| Michael Falzon kien l-uniku uffiċjal tal-MLP li fil-Konferenza Ġenerali ta' qabel l-aħħar elezzjoni kien ħa l-istess pożizzjoni ta' George Abela u ddikjara li kien kontra li ssir elezzjoni ġenerali bikrija. |
s-138
| Minbarra dan, fil-Konfernza Ġenerali qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, Michael Falzon ukoll kien irrifera għad-diskors li jsir fil-MLP dwar l-Uffiċċju Elettorali Laburista. |
s-139
| il-mument hu infurmat li fost dawk li fil-MLP jostakolaw il-ħidma ta' l-Uffiċċju Elettorali hemm persuni qrib is-Segretarju Ġenerali Laburista li anki kienu jipprotestaw minħabba l-ħlasijiet tas-sahra li kienu jingħataw lil xi persuni li kienu jaħdmu fl-Uffiċċju. |
s-140
| Wara l-aħħar elezzjoni, fil-MLP kien hemm anki min ried jitfa' l-ħtija tat-telfa elettorali fuq l-Uffiċċju Elettorali mmexxi minn Michael Falzon u kien hemm anki min wettaq strateġija interna biex jassigura li Michael Falzon ma jikkontestax għall-kariga ta' Deputat Mexxej Laburista għall-Affarijiet tal-MLP. |
s-141
| Sadattant fost delegati u partitarji Laburisti, hemm min qed imexxi l-kelma li jista' jkun li l-Gvern isejjaħ elezzjoni bikrija. |
s-142
| Dan qed isir bl-iskop ewlieni li jippruvaw iqajmu interess u ftit entużjażmu fost il-partitarji Laburisti u fl-istrutturi Laburisti li bħalissa jinsabu demoralizzati għall-aħħar, għaxar xhur wara t-telfa elettorali kbira ta' Settembru li għadda. |
s-143
| Sorsi fi ħdan il-MLP isostnu b'konvinzjoni li dawn l-erba' snin u nofs ta' din il-leġislatura huma determinanti għal Alfred Sant u l-alleanza politika li fil-MLP tappoġġjah, partikularment Evarist Bartolo u Mario Vella. |
s-144
| Dan minħabba li bħalissa fil-MLP hemm ħafna li qed jopponu l-istil ta' din it-tmexxija iżda qed ikomplu jippreferu jistennew. |
s-145
| Il-kontribuzzjoni ta' qarrej tat-TORĊA li kiteb lil Fr Colin Apap u li uża l-psewdonimu ' Favur il-Knisja ' ħallietni kważi bla nifs. |
s-146
| Ma naħsibx li qatt iltqajt ma' taħlita hekk qarsa ta' miżinformazzjoni u mibegħda kontra persuni gay. |
s-147
| Bħala żagħżugħ gay u attivist għad-drittijiet ugwali għal persuni leżbjani, gay, bisesswali u transgender, qed inkun akkużat li jien 'saħta għall-umanità' mill-pinna tal-kontributur li pprefera jżomm ismu mistur. |
s-148
| B'dak li kiteb, min bagħat din l-ittra qed juri li m'għandu l-ebda ħjiel dwar is-suġġett li qed jikteb dwaru. |
s-149
| Filwaqt li ma nikkunsidrax lili nnifsi nisrani, niftakar li dak Alla, li din il-persuna għandha tant għal qalbha, qal ħafna dwar nies ipokriti, regħba, ostili, giddieba u ħallelin - iżda qatt ma semma xejn fuq persuni li jħobbu lil xi ħadd tal-istess ġeneru tagħhom. |
s-150
| Possibbli li fis-sena 2010, il-kontributur - mgħammex kif inhu mill-preġudizzji li jħaddan - ma jirrealizzax li persuni gay jinsabu kullimkien fis-soċjetà u li jikkontribwixxu lejha kif tagħmel kull persuna oħra? |
s-151
| L-unika differenza hi fl-attrazzjoni affettiva ta' persuni gay. |
s-152
| Filwaqt li persuni eterosesswali jsibu l-milja tagħhom f'relazzjoni ta' mħabba ma' persuna tas-sess oppost, persuni omosesswali jagħmlu dan f'relazzjoni ma' persuna tal-istess sess. |
s-153
| Għaldaqstant nissuġġerixxi li l-kontributur jiffoka l-enerġiji tiegħu fuq nies li tassew qegħdin ikunu ta' piż għas-soċjetà bl-għemil tagħhom. |
s-154
| Huma l-mibegħda, il-ksenofibija, l-omofobija, il-preġuddizju, il-vjolenza, l-isfruttament, il-fundamentaliżmu reliġjuż u ħafna affarijiet oħra li huma 'saħta għall-umanità'. |
s-155
| Huma dawn il-'pesti' li rridu neqirdu. |
s-156
| Iżda żgur mhix l-imħabba ġenwina ta' bejn żewġ persuni adulti li qegħdin jgħixu ħajja deċenti ta' mħabba mal-maħbub / maħbuba tagħhom tal-istess sess, mingħajr ma jagħtu l-ebda fastidju lil ħadd - u li jibqgħu solidi fid-dedikazzjoni tagħhom lejn xulxin minkejja l-kliem ta' mibegħda bħal dawk ta' min jinħeba wara psewdonimi simili. |
s-157
| Filwaqt li nfaħħar il-mod li bih Fr Colin tratta s-sitwazzjoni, sfortunatament l-atteġġament pożittiv tiegħu mhux daqstant komuni fil-knisja. |
s-158
| Jien smajt b'widnejja lil saċerdot isejjaħ lil persuni gay ' aberrazzjoni tar-razza umana ' fuq l-istazzjon nazzjonali xi snin ilu, u lkoll smajna kemm-il darba lil bosta membri tal-knisja jirreferu għal persuni gay bħala ' midinbin ', ' imsieken ' u ' intrinsikament diżordinati ', fost kliem ieħor mhux xieraq. |
s-159
| Jien nistaqsi, kemm-il darba jrid jintqal dan il-kliem qabel nindunaw bil-ħsara li qed jagħmel kemm lin-nies li dwaru qed jintqal kif ukoll lis-soċjetà in ġenerali? |
s-160
| Kemm iktar imħuħ debboli għandhom ikunu influwenzati biex jiktbu dak li kiteb dan il-qarrej qabel dawk responsabbli jieqfu milli jitfgħu iktar tajn u jxerrdu iktar gideb fuq minoranzi diġà storikament oppressi? |
s-161
| Jidher li din l-imġiba ta' injoranza kbira qiegħda tħalli frott qares, fil-forma ta' ittri bħal dik mibgħuta lit-TORĊA |
s-162
| Minn mibegħda tassew tinbet iktar mibegħda. |
s-163
| Editorjal | 18 ta' Ottubru 2009 Nr 156 |
s-164
| Fost il-politiċi Maltin, Tonio Fenech jispikka billi laħaq żgħażuġh f'kariga tal-akbar importanza mingħajr ma ċċappas bl-iskandli tas-soltu. |
s-165
| Sa ftit jiem ieħor tħobbu u tobogħdu ftit kien hemm xi tgħid fuqu. |
s-166
| Għandu dik ix-xeħta ta' abbati perfett, li għaliex ma jiżbaljax bilkemm tintebaħ li qiegħed iservi fuq l-artal fejn jarah kulħadd. |
s-167
| Meta ħarġet l-aħbar fil-gazzetta Malta Today li Fenech kien siefer biex jara partita futbol ma' George Fenech u Joe Gasan ixxellfet il-fama perfetta tiegħu. |
s-168
| Bħall-ewwel barxa f'karozza ġdida fjamanta n-nuqqas ta' Fenech jinħass daqs ġerħa. |
s-169
| Ukoll min ma jsegwix il-politika mill-qrib, jaqbdu l-qtigħ il-qalb: anki Tonio Fenech mar iċċappas? |
s-170
| Fl-aħħar mill-aħħar allaħares Ministru jinxtara b'daqshekk biss. |
s-171
| Jista' jkun l-akbar sostenitur tal-Arsenal, jista' jkun li għamlulu l-ilma jiżfen fil-jet privat, setgħu sabulu l-aħjar post fl-istadium, żgur li b'daqshekk biss ma kienx se jiġi influwenzat. |
s-172
| Mhix kwistjoni li aċċetta vjaġġ b'xejn b'rigal. |
s-173
| Il-problema hi li ma ħax ħsieb li jżomm 'il bogħod minn nies li bis-setgħa mogħtija lilu mil-Liġi jista' jfawrilhom il-but jew ifaqqarhom. |
s-174
| Il-fatt jew le ġiex influwenzat mhemmx għalfejn nidħlu fih. |
s-175
| Ma qagħadx attent biex iħares il-fama tiegħu. |
s-176
| Wara li kienet ħarġet l-aħbar sirna nafu minn stqarrija li għamel Fenech li kien ħa ħsieb li javża lill-Prim Ministru bil-vjaġġ u kien ħa l-barka tiegħu. |
s-177
| B'daqshekk xorta waħda ma jissewwiex kollox. |
s-178
| Kieku l-istorja ma ħarġitx qatt konna se nkunu nafu li Fenech talab permess mingħand Gonzi biex imur jara partita? |
s-179
| Veru li talab permess jew din tal-permess saret wara l-fatt biex tissabbar is-selħa? |
s-180
| Kemm qed nagħtuha piż? |
s-181
| Fuq kollox il-Prim Ministru Gonzi kien dak li fl-2004 fassal ir-regoli tal-etika għall-Ministri tal-Kabinett tiegħu. |
s-182
| Fosthom insibu li l-Ministri m'għandhomx jirċievu rigali. |
s-183
| Jekk fil-fatt ġara hekk, Fenech talab id-dispensa papali mingħand Gonzi għaliex kien jaf li se jkun qed jikser regola kardinali tal-etika. |
s-184
| Id-dispensa papali kienet biżżejjed? |
s-185
| It-tfassil ta' regoli tal-etika minn Gonzi ma taħx xi seta' fuqhom. |
s-186
| Fl-aħħar mill-aħħar qabel ma nkitbu dawn ir-regoli kienu regoli mhux miktuba. |
s-187
| Mhuwiex il-Prim Ministru li għandu setgħa fuqhom biex iħassarhom jew jibdilhom jew meta jfettillu jagħti permess biex jinkisru. |
s-188
| Regoli bħal dawn, miktuba u mhumiex, huma fil-fatt xhieda tal-valuri tal-elettorat f'kull demokrazija. |
s-189
| Kieku l-Prim Ministru meta fassal il-Kodiċi tal-etika kien qal li l-Ministri jistgħu jaċcettaw rigali meta jfettlilhom konna naċċettawha? |
s-190
| Bl-istess mod ma nistgħux naċċettaw li Lawrence Gonzi jitkellem f'isimna u jagħti l-assoluzzjoni qabel ma jsir id-dnub Ministerjali. |
s-191
| Bid-dispensa jew mingħajrha xorta waħda Fenech ipprovdielna l-ispettaklu skandaluż ta' Ministru li jsiefer ma' imprenditur f'kuntest li juri livell ta' ħbiberija jew kunfidenza li żgur mhix aċcettabbli meta dak l-imprenditur għandu interessi kummerċjali mill-ikbar proprju fis-settur li jaqa' taħt is-setgħat tal-Ministru. |
s-192
| Tonio Fenech hu l-Ministru responsabbli għas-settur tal-logħob tal-azzard fost oħrajn u Gorġ Fenech għandu interessi kbar f'dak is-settur. |
s-193
| Minkejja kull diskors kuntrarju, ħadd ma jista' jgħid li għall-ħabta tas-safra misħuta, il-Ministru ma kienx qed jikkontempla xi bidliet importanti fis-settur tal-logħob tal-azzard. |
s-194
| Jekk is-safra seħħet għall-ħabta ta' Marzu / April tal-2009, il-liċenzja għall casinò tad-Dragonara kienet għalqet f'Diċembru u kien appik li jinfetaħ tender biex jiġġedded jew jittieħed minn operator ieħor. |
s-195
| Jista' jkun kollox. |
s-196
| Jista' jkun li waqt is-safra qatt ma sar diskors dwar dawn l-affarijiet iżda nistgħu nkunu żguri, żguri biss, li ma sarx diskors ma' nies interessati f'dan is-settur li ma jistgħux ikunu daqshekk midħla tal-Ministru li jsiefru miegħu u jgawdu d-delizzju tal-futbol flimkien. |
s-197
| Dan diġà jidher li hu żvantaġġ żleali. |
s-198
| Bħalma Ministru ma jweġibx lill-Prim Ministru dwar il-kondotta etika tiegħu iżda lejn il-votanti, l-istess Ministru ma jweġibx biss lejn l-operaturi l-oħra fis-settur meta jonqos fil-kondotta tiegħu. |
s-199
| Apparti l-vantaġġi żleali li l-operaturi l-oħra jistgħu jilmentaw minnhom jistgħu jilmentaw il-votanti li x-xogħol tal-amministrazzjoni pubblika mhux qed isir bit-trasparenza u d-distakk li jippretendu u bi dritt. |
s-200
| Kulmin hu midħla ta' l-industrija tat-turiżmu jgħidlek li l-falliment li ħoloq l-istess gvern Nazzjonalista ta' Dottor Gonzi għadu magħna u ftit li xejn hemm x'jindika li se noħorġu minnu fi żmien qasir. |
s-201
| Jekk tneħħi t-tpaċpiċ tal-Ministru Żammit Dimech, il-pożi għar-ritratti, u retorika li issa kulħadd xaba' jismagħha m'hemm xejn li jindika li qed issir xi ħaġa bis-serjetà li tista' mqar titfa' xaqq ta' dawl li l-affarijiet qed jirranġaw. |