Dependency Tree

Universal Dependencies - Maltese - MUDT

LanguageMaltese
ProjectMUDT
Corpus Parttrain

Select a sentence

Showing 301 - 400 of 1123 • previousnext

s-301 Le, mhijiex l-intenzjoni tagħna li nagħmlu diskussjoni f'forma ta' Second Reading fuq l-IIP.
s-302 Aħna m'aħniex se niddiskutu jekk kienx tajjeb jew le li l-Gvern daħal f'IIP - dik hija issue li naħseb li ġiet dibattuta biżżejjed u mhijiex l-intenzjoni ta' din il-Kamra li tagħmel dan - imma li se nagħmlu huwa skrutinju tal-kuntratt innifsu u l-aspetti tal-kuntratt f'termini ta' x'qed jgħid dan l-istess kuntratt, x'commitments daħal għalihom il-pajjiż b'dan il-kuntratt, u l-aspetti kollha li jemerġu minnu.
s-303 Jiġifieri issa qegħdin nitkellmu fuq il-kuntratt, it-tħaddim tiegħu u l-proċeduri tiegħu; l-iskrutinju tal-kuntratt innifsu.
s-304 Jiġfieri hawnhekk m'aħniex se mmorru in a political debate, imma se nagħmlu dibattitu kif huwa l-mansjoni tal-PAC.
s-305 Id-deċiżjoni ttieħdet, hemm policy u issa rridu naraw it-tħaddim ta' dik il-policy.
s-306 Ovvjament qegħdin nitkellmu fuq kuntratt u allura kif nagħmlu f'mansjoni ta' kuntratti oħrajn, bħalma kellna tal-power station, naraw affarijiet fosthom jekk l-għażla tal-kuntrattur saritx kif kellha ssir jew le.
s-307 Dawk huma affarijiet li jista' jidħol fihom il-Kumitat; m'aħniex se nitkellmu fuq l-aspett innifsu; ċioè il-prinċipju ta' jekk kellux isir IIP jew le.
s-308 Dik hija issue li naqbel li mhijiex fil-mansjoni ta' dan il-Kumitat.
s-309 L-Onor. Bonnici.
s-310 ONOR. OWEN BONNICI:
s-311 Mr Chairman, naħseb li jkun tajjeb ninfurmaw lill-pubbliku x'ġara fil-frattemp għax inti għedt li ġie ppreżentat il-kuntratt u tajjeb li nispjegaw x'ġara.
s-312 Kollox imur lura għal madwar 10 xhur ilu meta f'dan il-Kumitat kien hawn talba bil-miktub dwar li jsir skrutinju tal-kuntratt ta' Henley & Partners.
s-313 Eventwalment id-diskussjoni li kien hawn hawnhekk wasslet biex nitolbu ruling mingħand Mr Speaker, u Mr Speaker kien intalab jagħmel ruling għax dan il-kuntratt għandu partijiet kummerċjalment sensittivi li jekk jiġu ppubblikati allura tista' taqbad u tagħlaq il-programm għaliex dan huwa programm kompetittiv u jekk tikxef dak li huwa vantaġġjuż, ħaddieħor ikun jista' jagħmel aħjar minnek u allura tkun tista' taqbad u tagħlaq il-programm darba għal dejjem.
s-314 Għalhekk tlabna ruling mingħand Mr Speaker u Mr Speaker kien qal li ċ-Chairman għandu jkollu kopja ta' dan il-kuntratt b'dan li l-partijiet kummerċjalment sensittivi jkunu mgħottija, u fin-nuqqas ta' qbil ikun hu, jiġifieri Mr Speaker, li jiddeċiedi x'inhu kummerċjalment sensittiv jew le.
s-315 Fast forward 10 xhur u wasal it-turn li niddiskutu dan il-kuntratt.
s-316 Li għamilt jien hu li għaddejt kopja ta' dan il-kuntratt, lill-Onor. Fenech.
s-317 Irrid ngħid li minbarra l-kopja tal-kuntratt oriġinali għaddejtlu wkoll kopja tal-emenda li sussegwentement saret għalih liema emenda tirrifletti t-tibdil li kien hemm fil-programm.
s-318 Fil-kopja, kemm tal-kuntratt oriġinali kif ukoll tal-emenda, ġew mgħottija l-partijiet kummerċjalment u allura l-Onor. Fenech ingħata kopja taż-żewġ kuntratti, kuntratt u emenda, b'partijiet mgħottija.
s-319 Dan biex infiehmu lill-pubbliku hemm barra x'ġara fil-frattemp.
s-320 THE CHAIRMAN:
s-321 Qed nifhem li dan il-kuntratt jista' jiġi ppubblikat, għax għal mument ġejt fid-dubju.
s-322 (Interruzzjonijiet)
s-323 Jiena naħseb li la ġie ppreżentat għandu jitpoġġa fuq il-website.
s-324 It-tama tiegħi hi li llum induru ftit il-partijiet li ġew mgħottija sabiex nifhmu għalfejn ġew mgħottija, għax jista' ikun li kif għedt tajjeb inti, Onor. Bonnici, nitolbu lill-iSpeaker jara jekk ir-raġunijiet li ngħataw fuq li klawsola partikolari tiġi mgħottija, tkunx aċċettabbli jew le.
s-325 Nenfasizza li jekk hemm issues ta' sigurtà nazzjonali, mingħajr dubju l-Oppożizzjoni mhijiex se tinsisti li fuq jiġu divulged, però jekk huma issues ta' natura kummerċjali, filwaqt li nifhmu li affarijiet li jistgħu jkunu sensittivi għall-kompetittività tal-kuntratt, dan jista' isir u forsi hemmhekk nistgħu naqblu li wieħed jaraha ftit u forsi naqblu li ma tiġix ippubblikata.
s-326 Dan mhux neċessarjament isir f'sezzjoni bħal din.
s-327 Jekk meta ssir dik it-tali diskussjoni jkun hemm fejn mhux neċessarjament qegħdin naqblu, allura mbagħad nitolbu l-iSpeaker jagħti ruling f'dan is-sens.
s-328 Se nissospendi l-laqgħa għal ftit minuti sakemm isiru l-kopji tal-kuntratt u tal-emenda lill-Membri tal-Kumitat.
s-329 Il-Kumitat kien sospiż għal ftit minuti sakemm isiru kopji tal-kuntratt.
s-330 THE CHAIRMAN:
s-331 Nirringrazzja lill-Iskrivana tal-Kumitat li ġabitilna d-dokumenti.
s-332 Onor. Bonnici, qed nifhem li llum m'hawn ħadd li jista' jispjega għalfejn ġew mgħottija ċerti klawsoli.
s-333 ONOR. OWEN BONNICI:
s-334 Biex niffaċilità li nistradaw id-dibattitu, nixtieq li forsi tagħtini ftit ħin biex ngħid għaliex numru ta' klawsoli ġew mgħottija.
s-335 L-għan aħħari huwa l-interess ta' Malta.
s-336 Dan huwa suq kompetittiv u min jidħol fil-programm ta' Malta jfisser li ma jkunx daħal fi programmi oħrajn ta' pajjiżi oħrajn.
s-337 Ridna nkunu ċerti li ma niżvantaġġawwx dan is-settur b'dak li nistgħu ngħidu, però nifhem ukoll il-bżonn li noħolqu bilanċ għax dan il-Kumitat, skond il-liġi, għandu funzjoni li jrid jaqdi.
s-338 Mr Chairman, dwar it-talba tiegħek jiena qed nissuġġerixxi li fis-seduta li jmiss, jew jien jew rappreżentant ta' Identity Malta jiġi u jagħti spjega ta' għalfejn ġiet mgħottija kull parti li ġiet mgħottija, imbagħad nistgħu naqblu u nistgħu ma naqblux u jekk ma naqblux jiddeċiedi Mr Speaker u lkoll kemm aħna nbaxxu rasna għad-deċiżjoni ta' Mr Speaker.
s-339 Fil-frattemp nistgħu wkoll niftehmu fuq lista ta' xhieda, nistgħu jew nagħmluha waqt il-laqgħa tal-Kumitat jew inkella forsi inti tibgħatli lista u aħna nindikaw xi xhieda oħra - jekk ikun hemm għax at the end of the day naħseb li l-istess persuni għandna f'moħħna - u mmexxu minn hemmhekk.
s-340 THE CHAIRMAN:
s-341 Naħseb li bħala proċess innifsu, ladarba ma tistax issir issa, nagħmluha d-darba li jmiss.
s-342 ONOR. OWEN BONNICI:
s-343 Mr Chairman, ir-raġuni għalfejn ma tistax issir issa hija għax il-ftehim kien li llum niltaqgħu biex niftehmu kif se nimxu 'l quddiem.
s-344 THE CHAIRMAN:
s-345 Nixtieq nistaqsi wkoll - u forsi tieħu nota, Onor. Bonnici, imbagħad tagħtina risposta d-darba li jmiss - dwar dak li d-dokument diversi drabi jirriferi għalih, u ċioè l-concept paper, u jgħid li klawsoli partikolari jridu jiġu interpretati fl-isfond tal-concept paper.
s-346 Din il-concept paper li qed tirriferi għall-kuntratt tista' tiġi ppubblikata, forsi wieħed ikun jista' jeżaminaha?
s-347 Ma nafx jekk kienx hemm xi dokumenti oħrajn li l-Membri jħossu li jista' ikun għandhom jintalbu f'dan is-sens.
s-348 ONOR. CLAUDIO GRECH:
s-349 Onor. Bonnici, tkun tista' tintavola wkoll ir-request for proposals li kienet ħarġet?
s-350 Jiġifieri meta ħarġet is-sejħa...
s-351 ONOR. OWEN BONNICI:
s-352 Jiġifieri r-request for proposals li ġiet ippubblikata fil-ġurnali?
s-353 ONOR. CLAUDIO GRECH:
s-354 Mhux ir-reklam, ir-request for proposal document.
s-355 ONOR. OWEN BONNICI:
s-356 Se nivverifika dwar din u dwar it-talba ta' Mr Chairman.
s-357 THE CHAIRMAN:
s-358 Mela f'dak l-isfond naħseb qegħdin naqblu.
s-359 Jiena xtaqt li kemm jista' jkun ma ntawlux ħafna f'dan il-proċess, anke ma jkunx tajjeb għalih innifsu jekk intawwlu żżejjed.
s-360 L-idea tiegħi hi li almenu niltaqgħu kull ġimgħa ħalli kemm jista' ikun, li għandna, neħilsuh.
s-361 Forsi naraw data għall-ġimgħa d-dieħla?
s-362 ONOR. OWEN BONNICI:
s-363 Nhar it-Tnejn u t-Tlieta se nkun imsiefer u l-Erbgħa għandi laqgħa tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Liġijiet.
s-364 THE CHAIRMAN:
s-365 Jien m'għandix oġġezzjoni li jekk tridu niltaqgħu ġurnata oħra jew f'ħinijiet differenti minn dawk li jiltaqa' fihom il-Parlament.
s-366 Nistgħu pereżempju niltaqgħu wara nofsinhar.
s-367 Forsi nhar l-Erbgħa wara nofsinhar?
s-368 Jidher li hawn qbil dwar nhar l-Erbgħa fis-2: 00 p. m.
s-369 Sadanittant qed nerġa' nikkonferma li d-dokument li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kumitat aktar kmieni, issa huwa a public document u jista' għalhekk jiġi uploaded fuq fil-website.
s-370 ONOR. OWEN BONNICI:
s-371 Mr Chairman, biex nirrikapitola, għad-darba li jmiss se nagħmel il-verifiki dwar il-concept paper u l-request for proposal document.
s-372 THE CHAIRMAN:
s-373 U forsi tinformana min se jispjega dwar il-partijiet mgħottija.
s-374 ONOR. OWEN BONNICI:
s-375 Jew jien stess jew xi ħadd minn Identity Malta.
s-376 U inti, Mr Chairman, se tibgħatli l-proposed list of witnesses.
s-377 Hux hekk?
s-378 THE CHAIRMAN:
s-379 Hekk hu.
s-380 Nirringrazzja lil kull min ipparteċipa f'din il-laqgħa u naġġorna l-Kumitat għal nhar l-Erbgħa, 25 ta' Frar, 2015 fis-2: 00 p. m.
s-381 Fis-7: 26 p. m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 25 ta' Frar 2015, fis-2: 00 p. m. bl-istess aġenda.
s-382 MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI
s-383 BAĦRIJA - VULTAĠĠ TA' DAWL BAXX
s-384 32739.
s-385 L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħidli x'sar dwar il-kwestjoni ta' vultaġġ baxx fil-Baħrija?
s-386 ONOR. NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd) (f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): F'dan l-istadju ma għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija 31093.
s-387 MR SPEAKER: L-Onor. Farrugia, domanda supplimentari.
s-388 ONOR. NOEL FARRUGIA: Ladarba l-Ministru qed iwieġeb għan-nom tal-ministru sieħbu, jista' jgħidilna x'se jiġri mill-management u mill-ħaddiema ta' l-IPSE, l-MDC u l-METCO, tliet aġenziji li skond ma tħabbar se jiġu amalgamati f'aġenzija waħda li suppost dalwaqt għandha tibda topera.
s-389 MR SPEAKER: Il-Ministru.
s-390 ONOR. NINU ZAMMIT: Mr Speaker, ninforma lill-Kamra li l-Onor. Josef Bonnici qiegħed fuq xogħol ieħor tal-gvern u għal din ir-raġuni li jien qomt nirrispondi f'ismu.
s-391 Issa jekk l-Onor. Membru għandu xi domanda oħra x'jagħmel lill-Ministru Bonnici, nitolbu jagħmililu meta jkun preżenti fil-Kamra għax hu l-bniedem responsabbli.
s-392 MR SPEAKER: L-Onor. Farrugia.
s-393 ONOR. NOEL FARRUGIA: Jiena nirrispetta t-tweġiba tal-Ministru, imma ġaladarba affarijiet bħal dawn ikunu ġew approvati mill-kabinett u allura jkunu jagħmlu parti mill-policy tal-gvern, jista' l-Ministru jgħid jekk l-impjiegi tal-management u tal-ħaddiema fit-tliet aġenziji li semmejt humiex se jiġu ssalvagwardati?
s-394 Lill-Ministru m'iniex nistaqsih affarijiet tekniċi imma qed nagħmillu domanda wiesgħa fuq kwestjoni ta' impjiegi, u dan fuq kollox wara statement li sar fil-pubbliku ftit tal-ġimgħat ilu biss.
s-395 MR SPEAKER: Il-Ministru.
s-396 ONOR. NINU ZAMMIT: Huwa ovvju li biex issir l-amalgamazzjoni jridu jsiru l-istudji u t-taħditiet neċessarji fid-diversi livelli.
s-397 F'dan ir-rigward m'hemmx dubju li n-nies tal-ministeru għas-servizzi ekonomiċi huma l-esperti u jekk ma jimpurtax, nitlob lill-Onor. Membru jkollu ftit tal-paċenzja u jistenna li jkun hawn preżenti l-Onor. Josef Bonnici biex jingħata l-informazzjoni li qed jitlob.
s-398 MR SPEAKER: L-Onor. Farrugia
s-399 ONOR. NOEL FARRUGIA: Sur President, jien allura neħodha li l-Ministru ma jafx x'inhi l-pożizzjoni dwar l-impjiegi tal-management u tal-ħaddiema inkwantu għal din l-amalgamazzjoni?
s-400 Nerġa' ngħid li mhux qed nistaqsi domandi tekniċi imma qiegħed nistaqsi biss jekk l-impjiegi tal-management u tal-ħaddiema f'dawn l-agenziji humiex mhedda.

Text viewDownload CoNNL-U