Dependency Tree

Universal Dependencies - Maltese - MUDT

LanguageMaltese
ProjectMUDT
Corpus Parttrain

Select a sentence

Showing 202 - 301 of 1123 • previousnext

s-202 Ir-rwol tal-assoċjazzjoni huwa li taqsam l-esperjenzi, toffri training, ikollha engagement ma' associations bħal dawk tal-Awdituri Ġenerali li diġà hemm assoċjazzjoni tagħhom f'dan il-livell, tiddefinixxi good practice, ikun hemm anke strengthening ta' capacity għal dawk li huma PACs f'pajjiżi żgħar, u numru ta' aspetti oħrajn li ħarġu minn din il-laqgħa.
s-203 Wara dik il-laqgħa beda għaddej il-proċess - ħafna mill-prinċipji tal-Kostituzzjoni diġà qegħdin f'dan id-dokument - biex tiġi fformulata the first draft constitution li se titqassam lill-Membri kollha tal-PACs madwar il-Commonwealth bil-ħsieb li ssir konferenza f'Ġunju marbuta mal-Westminster workshop, biex din tiġi ratifikata, maqbula u ppreżentata lill-Commwealth Parliamentary Association (CPA) biex dawn japprovawha u allura tidħol bħala parti mill-istruttura tal-Commonwealth u jkun hemm ukoll endorsement mill-heads of Government waqt iċ-CHOGM li se jsir f'Novembru ta' din is-sena proprju f'Malta.
s-204 Irrid ngħid li fid-diskussjonijiet li kelli mal-Gvern sibt ħafna sapport għal din l-idea u anke mill-iSpeaker.
s-205 Ta' nota pożittiva hija li sussegwentement għal din il-laqgħa, ittieħdet id-deċiżjoni li l-konferenza fejn se tiġi diskussa din il-Kostituzzjoni u t-twaqqif tagħha se ssir f'Malta, b'rabta wkoll mal-fatt li se jkun hawn iċ-CHOGM.
s-206 Malta wkoll offriet appoġġ lejn it-twaqqif tagħha f'dak li hu anke li possibbilment tospita l-Assoċjazzjoni u anke toffri logistical support u nemmen li progress qiegħed isir u j' Alla f'Ġunju li ġej, meta ssir konferenza, ikun hemm l-endorsement meħtieġ minn dawk li huma nvoluti fil-Commonwealth bħala PACs, biex din tkun tista' isseħħ.
s-207 Ngħarraf ukoll lill-Kumitat li fil-ġranet li ġejjin se jkun hawn xi uffiċjali mis-CPA UK proprju sabiex isiru l-arranġamenti għal din il-konferenza.
s-208 Ma nafx jekk hawnx min jixtieq jagħmel xi rimarki.
s-209 L-Onor. Charles Mangion.
s-210 ONOR. CHARLES MANGION:
s-211 Din l-assoċjazzjoni li se titwaqqaf hija interessanti u xtaqt nistaqsi jekk huwiex l-iskop tagħha li tagħti poteri lill-PAC aktar minn dawk li hemm imsemmija fl-iStanding Orders u fil-Kostituzzjoni u jekk ikunx ukoll - qed ngħid dan bħala suġġeriment għall-konsiderazzjoni tiegħek, Mr Chairman - li jkun hawn diskussjoni f'dan il-Kumitat flimkien mal-Awditur Ġenerali, anke dwar il-kostituzzjoni tagħha stess, biex naraw liema hi l-aħjar proposta li nistgħu nagħmlu min-naħa tagħna.
s-212 THE CHAIRMAN:
s-213 Dwar it-tieni suġġeriment, mingħajr dubju li se jkun hawn diskussjoni, anzi dik hi l-intenzjoni.
s-214 Kif jiġi d-dokument formali jitressaq quddiem dan il-Kumitat sabiex tkun tista' ssir diskussjoni sabiex imbagħad Malta tieħu l-pożizzjoni formali tagħha meta jkollna d-diskussjonijiet f'Ġunju li ġej.
s-215 Il-ħsebijiet diġà qegħdin listed f'dan id-dokument, jiġifieri tistgħu tarawh u tagħtuni feedback.
s-216 Ovvjament il-vantaġġ li qiegħed Chair tal-iSteering Committee huwa li qabel ma joħroġ id-dokument finali nkun nista' nara li ċerti aspetti li nkunu qegħdin naħsbu fuqhom jidħlu fid-dokument finali.
s-217 Il-CAPAC hija hemm biex tagħti appoġġ.
s-218 Il-ħsieb hu li toħroġ ċerti standards, jiġifieri li jibda jkun hemm an element of Commowealth standard of good practice ta' kif jaħdem PAC.
s-219 Ħafna minnhom huma mmudellati fuq dik li ngħidulha l-Westminster tradition, però irridu nifhmu li f'pajjiżi tal-Commonwealth hemm flavours differenti ta' kif jaħdem PAC u allura fil-bidu mhux neċessarjament li kollha qegħdin jaħdmu bl-istess mod.
s-220 L-idea hi li din il-formazzjoni tibda toħroġ b'guidelines ta' kif issir, pereżempju sessjoni tajba.
s-221 It tackles the issue of advocacy; xi jsir wara mir-rapporti tal-Awditur li jiġu diskussi fil-PAC u kif jiġu followed up.
s-222 Dawn huma kollha aspetti li l-assoċjazzjoni tkun tista' tidħol fihom u tagħti r-rakkmandazzjonijiet tagħha.
s-223 Ovvjament ir-rakkmandazzjonijiet tagħha mhumiex binding għax it is an association, jiġifieri r-rulings tal-iSpeaker jibqgħu jgħoddu f'dan is-sens.
s-224 Nagħlaq hawnhekk il-kapitlu tal-CAPAC; inżommu lill-Kumitat aġġornat jekk ikun hemm iktar żviluppi.
s-225 L-aħħar korrispondenza li għandna llum hija mibgħuta lili mill-Onor. Jason Azzopardi u mill-Onor. Ryan Callus, hija datata 12 ta' Frar 2015, u tgħid hekk:
s-226 ' Fil-31 ta' Ottubru 1997, il-Kamra tar-Rappreżentanti approvat Riżoluzzjoni li permezz tagħha ġiet aċċettata talba tal-General Workers'Union biex tkun tista' tixtri l-bini tagħha fil-Belt Valletta, li huwa mogħti lilha mid-Dipartiment tal-Artijiet b'titolu ta' enfitewsi, lil kumpaniji li fiha hija jkollha mhux inqas minn 51 % tal-ishma (vide annessa Riżoluzzjoni, Dok. A).
s-227 In segiwtu ta' din ir-Riżoluzzjoni, fit-12 ta' Diċembru, 1997 ġie ffirmat il-kuntratt pubbliku relattiv u ċioè bejn il-GWU u d-Dipartiment tal-Artijiet għan-nom tal-Gvern ta' Malta.
s-228 Kif tista' tara mill-anness kuntratt (Dok. B), fil-kondizzjoni numru (b) hemm proprju l-kliem:
s-229 Issa hu fatt magħruf u fid-dominju pubbliku fl-2014 il-GWU kriet parti mill-bini tagħha fil-Belt Valletta, l-istess bini li hu milqut bil-kondizzjoni msemmija fil-kuntratt pubbliku ta' Diċembru 1997, lil ARMS Ltd.
s-230 Daqstant ieħor hu fatt magħruf li l-azzjonisti ta' ARMS Ltd huma l-Water Services Corporation u l-Enemalta plc (vide it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13827 mogħtija fit-2 ta' Frar 2015 u mmarkata Dok. C) u għalhekk il-GWU mhijiex azzjonista tal-ARMS Ltd.
s-231 B'hekk hu ċar li l-kirja tal-GWU lil ARMS Ltd. tal-bini tagħha fi Triq Nofsinhar, il-Belt Valletta qed tikser il-kuntratt pubbliku li ġie ffirmat bejn il-Gvern Malti u l-istess GWU fit-12 ta' Diċembru 1997, liema kuntratt jirrifletti r-Riżoluzzjoni approvata mill-Parlament Malti fil-31 ta' Ottubru 1997.
s-232 Għan-nom tal-Oppożizzjoni qegħdin nitolbu li l-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi jinvestiga u jiddikjara:
s-233 a) Jekk il-kuntratt pubbliku tat-12 ta' Diċembru 1997 (fejn il-Gvern Malti hu firmatarju) inkisirx biex jiġi aġevolat finanzjarjament terz;
s-234 b) X'kien il-parir tal-Kummissarju tal-Artijiet fl-2014, jekk ingħata, għal din il-kirja u x'kien l-iter amministrattiv meta d-Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern kienet infurmata li saret / ser issir tali kirja ta' bini tal-Gvern mogħti b'enfitewsi lil GWU bil-limitazzjoni kif ingħad hawn fuq;
s-235 c) Min, fid-Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern, approva tali kirja bi ksur ta' tali kuntratt;
s-236 d) Min kienu l-uffiċjali pubbliċi involuti u responsabbli, inkluż iżda mhux biss fid-Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern u fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, li awtorizzaw li ssir tali kirja bi ksur ta' dan il-kuntratt u tar-Riżoluzzjoni Parlamentari;
s-237 e) Jekk il-kondizzjoni (b) tal-51 % ishma tal-kuntratt pubbliku msemmi tat-12 ta' Diċembru 1997 bejn il-GWU u l-Gvern Malti nkisritx jew hux qed tinkiser b'kirjiet kummerċjali oħra lil terzi għaddejjin bħalissa u x'passi qed jieħu d-Dipartiment tal-Artijiet biex tali ksur ta' kuntratt pubbliku ma jibqax għaddej. '.
s-238 Ma nafx jekk hemmx xi kummenti min-naħa tal-Gvern qabel nieħdu l-konsiderazzjoni tat-talba.
s-239 L-Onor. Bonnici.
s-240 ONOR. OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali):
s-241 Mr Chairman, l-uniku kumment li xtaqt nagħmel hu li t-talba hija pjuttost verbuża, fis-sens li hemm ħafna diċitura fiha.
s-242 Jiena qed nismagħha issa l-ewwel darba u għalhekk xtaqna li jkollna kopja ta' din l-ittra, nistudjawha ftit u fis-seduta li jmiss inkunu nistgħu nipproċedu dwar din it-talba, fis-sens li niddiskutu l-iter ta' din it-talba.
s-243 THE CHAIRMAN:
s-244 Jien m'għandix oġġezzjoni.
s-245 Oriġinarjament is-suġġeriment tiegħi kien li nitolbu lill-Awditur Ġenerali jidħol fiha, però jekk tixtiequ tarawha u nieħdu d-deċiżjoni fil-laqgħa li jmiss, m'għandix oġġezzjoni.
s-246 ONOR. OWEN BONNICI:
s-247 Iva, nixtiequ li narawha ftit l-ewwel.
s-248 THE CHAIRMAN:
s-249 Mela fil-laqgħa li jmiss nieħdu r-reazzjoni min-naħa tal-Gvern u niddiskutuha.
s-250 Ngħaddi issa għall-item li għandna fuq l-aġenda llejla.
s-251 SKRUTINJU DETTALJAT TAL-KUNTRATT LI SAR MA' HENLEY AND PARTNERS DWAR L-INDIVIDUAL INVESTOR PROGRAMME
s-252 THE CHAIRMAN:
s-253 Nibda biex ngħid li l-kuntratt ġie mibgħut lili u l-intenzjoni tiegħi llum hija li nifhmu sew dak li ġie ppreżentat billi hemm ċerti klawsoli li ġew mgħottija.
s-254 Id-dokument qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kumitat u għalhekk nistgħu ngħaddu biex niddiskutu l-proċedura.
s-255 L-Onor. Bonnici.
s-256 ONOR. OWEN BONNICI:
s-257 Mr Chairman, qabel ngħaddu għall-proċedura, xtaqt li ningħata permess sabiex nagħmel dikjarazzjoni.
s-258 THE CHAIRMAN:
s-259 Kollox sew.
s-260 ONOR. OWEN BONNICI:
s-261 Mr Chairman, irrid niddikjara li ladarba se ssir diskussjoni dwar il-kuntratt ta' Henley & Partners, irrid ngħid dan li matul iż-żmien li jien servejt bħala Segretarju Parlamentari u issa bħala Ministru tal-Gvern fl-ewwel lok iltqajt diversi drabi ma' varji esponenti tas-soċjetà Henley & Partners fejn magħhom iddiskutejt temi relatati mal-aħjar operat tal-programm ta' ċittadinanza b'investiment u l-programm innifsu.
s-262 Fit-tieni lok jiena niddikjara li nvolvejt ruħi mil-lat leġiżlattiv biex il-programm ta' ċittadinanza b'investiment jiġi varat u implimentat bi speditezza.
s-263 Fit-tielet lok niddikjara li jiena pparteċipajt attivament fil-laqgħat tekniċi kollha mal-Kummissjoni Ewropea dwar dan il-programm u f'dawn il-laqgħat ġejt assistit mil-lat tekniku minn Henley & Partners.
s-264 Irrid niddikjara wkoll li qabel ma Henley & Partners ġew magħżula bħala operaturi tal-programm wara sejħa pubblika, jiena ma kontx konoxxenti tas-soċjetà Henley & Partners jew ta' xi wieħed mill-membri li jiffurmawha.
s-265 THE CHAIRMAN:
s-266 Onor. Bonnici, jien ovvjament qed nieħu nota ta' dak li qed tgħid u naturalment id-domanda li li rrid nagħmillek hija jekk f'dan l-istadju intix qed tħoss li għandek tibqa' tagħmel parti għal din is-sessjoni jew le.
s-267 Inħalliha fil-ġudizzju tiegħek dwar l-involviment li inti tħoss li hemm, jiġifieri at this stage trid tgħidilna inti x'tixtieq tagħmel.
s-268 ONOR. OWEN BONNICI:
s-269 Jiena ħsibt dwar din il-kwestjoni, deherli li għandi niddikjara l-involviment tiegħi kif iddikjarajtu u ladarba l-Kumitat jaf b'dan l-involviment ma nħossx li m'għandix nibqa' parti minn din id-diskussjoni.
s-270 Jiġifieri jiena nħoss li ladarba ddikjarajt il-pożizzjoni tiegħi, m'hemm xejn xi jżommni milli nibqa' f'dan il-Kumitat, però jekk il-Kumitat jidhirlu li jiena m'għandix nibqa' Membru tal-PAC għall-finijiet ta' din id-diskussjoni, ma nsibx oġġezzjoni.
s-271 Però having said that, ladarba ddikjarajt din il-ħaġa, naħseb li m'hemm xejn xi jżommni milli nibqa' madwar din il-mejda.
s-272 THE CHAIRMAN:
s-273 Onor. Bonnici, min-naħa tagħna m'għandniex diffikultà li tibqa' konxji mir-rwol li inti kellek, bir-riżerva li jista' ikun li madanakollu xorta jista' ikun tintalab li tixhed jekk ikun hemm il-ħtieġa li nħossu li jkun irid isir dan minħabba l-proċess innifsu.
s-274 ONOR. OWEN BONNICI:
s-275 Mr Chairman, m'għandi ebda diffikultà.
s-276 THE CHAIRMAN:
s-277 L-Onor. Charles Mangion.
s-278 ONOR. CHARLES MANGION:
s-279 Mr Chairman, naqbel mad-deċiżjoni li ħadt u nixtieq infakkar li hawnhekk kemm-il darba kellna diskussjonijiet li kienu jolqtu ministeri, u ministri li jkollhom ir-responsabilità ta' dak id-dekasteru, xorta kienu jibqgħu fuq il-Kumitat, ovvjament dejjem suġġett li jekk ikun hemm xi mistoqsijiet li jridu jsiru, allura jsiru.
s-280 Jiġifieri ma naħsibx li f'dan ir-rigward qegħdin noħolqu xi preċedent.
s-281 THE CHAIRMAN:
s-282 L-Onor. Owen Bonnici.
s-283 ONOR. OWEN BONNICI:
s-284 Forsi nżid biss li f'każ li niġi mistoqsi, naqblu minn qabel li jiena mmur fuq in-naħa l-oħra tal-Mejda u niġi trattat bħal kwalunkwe xhud ieħor.
s-285 THE CHAIRMAN:
s-286 Mela qegħdin naqblu.
s-287 Kif diġà għedt, ġie ppreżentat il-kuntratt.
s-288 Jekk wieħed iħares lejn il-kuntratt innifsu jara li hemm numru ta'...
s-289 ONOR. CHARLES MANGION:
s-290 Jiena nixtieq niddefinixxi l-iskop ta' dan l-eżerċizzju u se nimmotiva għalfejn qed nagħmel din l-osservazzjoni.
s-291 Bħala riżultat ta' dan il-kuntratt - u jiena ma nsib l-ebda oġġezzjoni li jiġi diskuss il-proċeduri segwiti, fis-sens jekk hemmx good governance mill-aspett amministrattiv - għandna implimentazzjoni ta' deċiżjoni eżekuttiva li huwa l-Individual Investor Programme (IIP), li mexa 'l quddiem u ħa rankatura u hemm ħafna individwi anke mis-settur privat li huma nvoluti attivament fih.
s-292 Id-diskussjoni politika fuq dan il-programm saret, u saret bl-iktar mod intensiv u huwa tajjeb ukoll li ssir, saret diskussjoni anke fuq il-livell ta' Unjoni Ewropea, u l-Kummissjoni aċċettat il-programm kif strutturat u implimentat bil-kundizzjonijiet kollha tiegħu, u allura issa għandna sitwazzjoni fejn għandek deċiżjoni eżekuttiva li qiegħda fi proċess ta' implimentazzjoni u mhuwiex fil-mansjoni ta' dan il-Kumitat li jiġġudika jew jiskrutinja d-deċiżjoni eżekuttiva li ttieħdet u li qiegħda tiġi implimentata.
s-293 Nerġa' ngħid li qed ngħid dan għax wieħed ma jridx li l-proċess ta' dan il-Kumitat, b'xi mod jimpatta fuq dak li l-eżekuttiv, bid-dritt sħiħ legali u anke Kostituzzjonali, implimenta u qiegħed fil-preżent jesegwixxi.
s-294 Nerġa' intenni li huwa within the powers ta' dan il-Kumitat li naraw l-aspett tal-proċeduri tal-kuntratt u kif wieħed wasal għall-konklużjoni tiegħu, imma li nagħmlu xi ġudizzju jew nikkummentaw jew nagħmlu dibattitu fuq deċiżjoni eżekuttiva li ttieħdet, naħseb li qatt ma kienet xi ħaġa li daħlet fil-mansjoni ta' dan il-Kumitat.
s-295 Għalhekk nixtieq li qabel ma nitkellmu fuq il-kuntratt - ovvjament wieħed irid jara ċerti aspetti minnu li ġew mgħottija - naraw x'inhu eżattament l-iskop ta' dan il-proċess, jekk hux biss biex naraw jekk fil-konklużjoni tal-istess kuntratt ġewx esegwiti l-prassi li normalment huma aċċettabbli f'kuntratt ta' natura pubblika bħal dan.
s-296 THE CHAIRMAN:
s-297 Onor. Mangion, ħalli niċċara ftit x'qegħdin ngħidu għax kien hemm mument fejn kif poġġejtha kelli ndur fuq l-Onor. Grech u nistaqsih jekk għandniex inxolju l-PAC, għax il-PAC proprju qiegħed hemmhekk biex jiskrutinja - mhux jiddeċiedi; il-Gvern jibqa' jerfa' ir-responsabilità tad-deċiżjonijiet tiegħu - id-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu, il-proċeduri li jkunu ġew adottati u l-mod kif ikunu qegħdin jitħaddmu, ikunu jirriflettu good governance.
s-298 ONOR. OWEN BONNICI:
s-299 Li qed ngħidu aħna huwa li d-diskussjoni m'għandhiex tkun waħda ta' Second Reading fuq l-IIP.
s-300 THE CHAIRMAN:
s-301 Le, mhijiex l-intenzjoni tagħna li nagħmlu diskussjoni f'forma ta' Second Reading fuq l-IIP.

Text viewDownload CoNNL-U