Dependency Tree

Universal Dependencies - Maltese - MUDT

LanguageMaltese
ProjectMUDT
Corpus Partdev

Select a sentence

Showing 301 - 400 of 433 • previousnext

s-301 ' Għamilna dak kollu li kien meħtieġ li jsir u ma fallejna l-ebda obbligu tagħna.
s-302 Il-kanzunetta ta' Fabrizio Faniello ntgħażlet mill-pubbliku Malti u mhux minna l-kumitat, ' sostna.
s-303 Fi kliem iċ-Chairperson tal-MaltaSong, il-kanzunetta 'I Do' ta' Fabrizio Faniello għamlet suċċess mal-Maltin.
s-304 Madankollu ma niżlitx tajjeb ħafna mal-pubbliku Ewropew f'dawk it-tliet minuti ta' wirja fuq il-palk ta' Ateni.
s-305 Fl-istess ħin kien hemm il-fattur tas-sorpriża tal-Finlandiżi 'Lordi' li bil-kanzunetta 'Rock Allelulia' u l-istil li ħarġu bih kaxkru l-voti mingħand kulħadd u din kompliet titfagħna lura.
s-306 Robert Abela jibqa' sod wara Fabrizio Faniello.
s-307 'Hu kantant tajjeb, umli u kien raġel biżżejjed li jassumi pubblikament ir-responsabbiltà ta' dak li seta' għamel fiċ-ċirkostanżi.'
s-308 'Fabrizio ma beżax imur quddiem il-kameras tat-TV, jieħu l-kritika kollha li saritlu u jibqa' jitkellem mal-pubbliku Malti minkejja l-umiljazzjoni li ġarrab,' sostna.
s-309 Filwaqt li żied fuq il-konvinzjoni tiegħu li l-poplu Malti ma ħadhiex lanqas kontra Fabrizio Faniello, Robert Abela sellem l-irġulija tal-kantant li għaraf il-mument li jaffronta lill-pubbliku diżappuntat bir-riżultat.
s-310 'Fabrizio għandu karattru sod u hu professjonista u nemmen bis-sħiħ li l-esperjenza ta' Ateni saħħitu u mmaturatu.'
s-311 Imwarrba l-kwistjoni dwar ir-riżultat miksub fl-aħħar edizzjoni ta' l-Eurovision, jien u Robert Abela nibdew nitkellmu fuq l-agħa kbira li tinqala' f'Malta kull darba li jasal iż-żmien kemm għall-festival kif ukoll għall-Eurovision.
s-312 ' Tistenna din l-agħa għax hu l-uniku palk internazzjonali għall-kanzunetta Maltija.
s-313 It-Taljani għandhom il-vetrina ta' Sanremo, u għalina l-festival tagħna hi l-vetrina tagħna. '
s-314 'Fil-Eurovision ksibna riżultati eċċellenti u sirna poplu li nagħtu l-appoġġ bis-saħħa lil kulmin irrappreżentah,' sostna.
s-315 U l-festival li ġej?
s-316 'Qed inbiddlu ħafna affarijiet u se nagħmluh isbaħ,' weġibna Robert Abela li għażel li ma jiżvelax dettalji dwar x'inhu ġej fis-serati ta' l-1 u t-3 ta' Frar 2007.
s-317 'Li nista' ngħidlek hu li se jkun spettaklu sabiħ u ilna naħdmu għalih għal dawn l-aħħar ġimgħat speċifikament biex il-prodott ikun wieħed tajjeb ħafna u li jirrispondi għaż-żminijiet ta' llum.'
s-318 Allura l-ebda antiċipazzjoni?
s-319 'Li nista' ngħidlek hu li għadni kif ġibt il-konferma li l-kantanta Ruslana ta' l-Ukrajna, li rebħet il-Eurovision tas-sena l-oħra, se tkun Malta għall-festival fis-serata finali'.
s-320 Din se tkun l-ewwel darba li l-festival se jkollu serata għal semifinali li matulha l-ġurija - li għal darb'oħra se tkun kollha barranija - se jkollha 50 fil-mija tal-vot, filwaqt li l-pubbliku se jkollu 50 fil-mija oħra tal-kelma permezz tat-televoting.
s-321 Minn dik is-serata se jgħaddu sitt finalisti biss.
s-322 Minn fosthom, fis-serata tat-3 ta' Frar, ikun il-pubbliku stess li jkollu r-responsabbiltà ta' l-għażla bit-televoting għall-kanzunetta għall-Ewropa.
s-323 U l-preżentaturi?
s-324 ' Tkellimna ma' diversi nies u wasalna biex identifikajna l-persuni li se jippreżentaw il-festival li ġej.
s-325 L-ismijiet huma mistennija li jitħabbru aktarx il-ġimgħa d-dieħla. '
s-326 Lejn tmiem l-intervista, waqt li Robert Abela kien qed jilgħab bl-ispaga tal-borża tat- li niżżel f'kikkra bil-misħun, staqsejtu: Temmen li kapaċi nirbħu l-Eurovision?
s-327 ' Mela le.
s-328 Wasalna sat-tieni post ma' Chiara.
s-329 Ma naslux l-ewwel xi darba tgħid?
s-330 Irridu nżommu saqajna ma' l-art, u nibqgħu ngħarfu li l-kanzunetta li se nibagħtu għall-Eurovision tkun tappella għas-suq Ewropew, ' jibqa' jinsisti.
s-331 Allura Robert Abela jixtieq li jkun għadu ċ-Chairperson tal-MaltaSong dakinhar li b'mod ipotetiku Malta tasal biex tirbaħ il-Eurovision?
s-332 Iweġibni b'daħka, iżda żamm serju: ' Dan hu totalment irrilevanti.
s-333 L-importanti li t-talent Malti jkun ħa l-premju li jkun jistħoqqlu fuq il-palk internazzjonali. '
s-334 NORMALI
s-335 Sandra kellha tletin sena.
s-336 Kienet xebba u bla tfal.
s-337 Kellha karriera u tgħix għal rasha.
s-338 Kienet tħossha kuntenta u sodisfatta ħafna f'ħajjitha, għax dejjem għamlet dak li ħasset li hu tajjeb.
s-339 Xejn ma kien iwaqqafha, avolja f'ħajjitha sabet ħafna ostakli.
s-340 Kellha wkoll ħajja soċjali, kienet taf tgawdi l-ħajja u kienet kuntenta bil-libertà li kellha.
s-341 Kull ma kienet tixtieq tagħmel kienet tagħmlu bla ma tagħti kas ħadd.
s-342 Anki jekk toqgħod ġewwa tikteb xi storja jew poeżija, ukoll kienet kuntenta.
s-343 Kien wasal żmien il-Milied u kienet waslet dik il-misħuta ġurnata fejn tmur iżżur kontra qalbha lill-familjari tagħha.
s-344 F'lejlet il-Milied marret tara l-ġenituri tagħha, avolja ma kellhiex aptit tisma' l-istess kantaliena ta' kull sena, u li aktar ma jagħddi ż-żmien aktar tkun agħar.
s-345 Infatti kif kien mistenni, il-kummenti did-darba ma naqsux.
s-346 'Meta se tagħmilna nanniet?' saqsietha ommha.
s-347 'Għandek' boyfriend '?' saqsieha missierha.
s-348 'Qum minn hemm għax l-arloġġ ta' mara malajr jiskadi,' qalet zijitha.
s-349 'Dik mhux bħali ħija, dik mhux normali,' kompliet oħtha.
s-350 Din li hi mhux normali kienet ilha tismagħha.
s-351 Fl-aħħar qabżitilha u qaltilhom:
s-352 'Issa ta, immur nitqaħħab u noħbol u taraw kemm jien normali!'
s-353 Telqet bla ma sellmitilhom.
s-354 Qatgħetha li l-Milied li ġej ma terġax iżżurhom.
s-355 Il-kelma normali baqgħet tidwi f'widnejha u, sadattant, qatt ma setgħet tifhem xi tfisser.
s-356 IL-KUĠINA
s-357 Il-kuġina kienet tiġi ta' spiss toqgħod miegħi meta ommi kienet tkun xogħol ta' billejl.
s-358 Kont nagħmel minn kollox biex noqgħod imqareb u ma nobdihiex.
s-359 Kienet l-akbar għadu tiegħi.
s-360 Rebecca hija l-akbar fost il-kuġini.
s-361 Kienet tiġi torqod għandna meta kienet tiġi tieħu ħsiebi.
s-362 Kienet iġġib il-kotba, iżda ma kontx inħalliha tiftaħhom.
s-363 Ma kontx norqod u kont niġrilha mad-dar kollha nagħmel storbju sħiħ.
s-364 Darba minnhom sabitli tarf.
s-365 'Min jaf li kieku nilagħbu logħba ġdida?' qaltli filwaqt li minn ġo basket kbir ħarġet kostumi kkuluriti tal-karnival.
s-366 Kienu tagħha u ma kinux baqgħu jiġuha.
s-367 Ilbist kostum ta' pirata imma ftit li xejn domt bih.
s-368 Ippruvajt oħrajn u qlibt il-kamra ta' taħt fuq.
s-369 Fl-aħħar Rebecca wrietni libsa ħafifa kollha frilli.
s-370 'Din għadek ma ppruvajtx!'
s-371 Niftakar jien u nilbisha ħassejtha tiżloq fuqi.
s-372 Ridt nibqa' biha.
s-373 Ħassejtni ħieles b'saqajja għerja.
s-374 Stħajjiltni ballerina u bdejt indur biha.
s-375 Ma kinitx proprja libsa tal-'balet', kienet libsa li kienet ħarġet minnha.
s-376 Qatt ma kont ilbist ħwejjeġ tal-bniet qabel għajr meta qabditni l-mamà nilbes tajtz minn tagħha.
s-377 Kienet għamlet plejtu għax qattajtulha.
s-378 Daż-żmien qed nixtri lbiesi raffinati biex nitla' fuq il-palk bihom.
s-379 Sirt l-aktar trans imħallas tal-gżira.
s-380 U kull serata jkun hemm Rebecca tlibbisni u tagħmilli xagħri.
s-381 Il-kuġina saret l-akbar ħabiba tiegħi.
s-382 ALTAF NAIFEH
s-383 Isem: Altaf Naifeh.
s-384 Età: 23 sena.
s-385 Kulur tal-ġilda: Skur.
s-386 Pajjiż: il-Libja.
s-387 Il-malinkonija ta' fuq xufftejh u l-ħofor fit-toroq tal-Libja kienu jirriflettu s-swied il-qalb tiegħu.
s-388 Altaf kien għatxan għal-libertà - ried li jkun bħall-Ispanjoli, bħall-Franċiżi u bħal dawk iċ-ċittadini li huma kburin li għandhom id-demokrazija bħala waħda mill-pilastri li jżommu lil pajjiżhom milli jmiss il-qiegħ.
s-389 F'moħħ Altaf bdew għaddejjin numru ta' ritratti, wieħed wara l-ieħor, u kull wieħed kellu l-istorja partikolari tiegħu.
s-390 Fost l-oħrajn, minn moħħu, għadda r-ritratt tas-suwiċidju.
s-391 Madankollu, iddeċieda li jimxi skont ix-xena tat-tieni ritratt - ir-ritratt tal-vjaġġ misterjuż.
s-392 Altaf beda jara x'se jagħmel sabiex jiddobba l-flus u bihom ikun jista' jħallas lit-traffikanti.
s-393 Meta ġabar kemm kellu bżonn telaq ma' sebgħin oħra għall-vjaġġ.
s-394 Telgħu fuq tliet injamiet mimlija susa, li flimkien kienu jissejħu dgħajsa, sabiex jaħarbu 'l bogħod mid-dwiefer tal-Libja.
s-395 L-għada filgħodu għall-ħabta tad-disgħa, il-ħanut ta' Pawlu l-Amerikan kien miżgħud bin-nies li baqgħu sejrin għandu wara li kienu semgħu l-quddiesa ta' Fr. Tonio.
s-396 Jien kont wieħed minnhom.
s-397 Xi nies li kellhom il-gazzetti f'idejhom bdew jgħidu; 'Sewwa ġralhom', 'ħaqqhom agħar', 'messhom joqtluhom mill-ewwel' u frażijiet oħra li mhux ta' min isemmihom hawn.
s-398 Qabditni l-kurżità, mort niftaħ il-gazzetta u kien hemm ritratt ta' Altaf u l-grupp, u bħala titlu kien hemm miktub, 'Diżgrazzja Oħra Fil-Baħar Mediterran'.
s-399 Naħseb li l-omelija li kienu għadhom kemm semgħu ma kienet swiet għalxejn.
s-400 Fost il-Griegi u t-Torok

Text viewDownload CoNNL-U