Dependency Tree

Universal Dependencies - Maltese - MUDT

LanguageMaltese
ProjectMUDT
Corpus Parttrain
AnnotationČéplö, Slavomír; Zeman, Daniel

Select a sentence

Showing 702 - 801 of 1123 • previousnext

s-702 Dil-ħaġa tgħidx kemm kien ħadha bi kbira u naħseb li kieku ma kinitx l-insistenza tiegħi (u ta' oħrajn) kien jabbanduna kollox.
s-703 Ftit wara li żżewwiġt kont bdejt nitgħallem l-Esperanto.
s-704 Reno kien silifni ktieb tas-sensiela Teach Yourself u bdejt nitgħallmu waħdi.
s-705 Kont naf li l-Esperanto kien tassew għal qalbu u llum nirrealizza li l-għan ewlieni tiegħi ma naħsibx li kien l-Esperanto nnifsu, imma li bis-saħħa t'hekk, jien u Reno jkollna ħaġa oħra komuni bejnietna.
s-706 Imma l-ħbiberija tagħna kellha tintemm qasir il-għomor.
s-707 Reno miet ħabta u sabta fit-22 ta' Settembru 1976 meta kellu biss 41 sena.
s-708 Il-mewt tiegħu mhux biss ħasditni u farrkitni emozzjonalment, imma kont anki bdejt nagħmel iljieli ma norqodx u bdejt anki nħoss qtugħ ta' nifs u wġigħ fuq sidri.
s-709 Sa fl-aħħar Stella bdiet tissikkani biex immur inkellem tabib.
s-710 Insejt għand min kont mort, imma dan it-tabib mill-ewwel induna x'kienet il-biċċa.
s-711 Wara li nviżtani kien qalli: ' Forsi dan l-aħħar għaddejt minn xi żmien diffiċli.
s-712 Ħadt xi xokk?
s-713 Mietlek xi ħadd?'
s-714 Għadni sal-lum xi drabi noħlom b'Reno ħolm stramb u biżarr li aħjar inħallih mistur.
s-715 Kull meta kont naqra xi ktieb dwar Il-Ħajja l-Oħra, u xi ħadd jirrakkonta li meta kien f'xifer il-mewt ra lill-għeżież tiegħu jistennewh, kont dejjem nixtieq u nittama li 'l Reno għad insibu jistennieni u nkomplu nitkellmu fejn ħallejna.
s-716 31. Il-Mappa għall-Ħelsien
s-717 Il-Ġimgħa, 17 ta' April 2020
s-718 Temperatura: 16 ° C
s-719 Sibt mappa biex noħorġu minn haw, kitbilha.
s-720 Fej sibtha? staqsietu Elizabeth.
s-721 Irbaħtha.
s-722 Kelli noqtol għaliha.
s-723 Lesta?
s-724 Jien iva.
s-725 Se nkun nista' noħroġ?
s-726 Se tħallini noħroġ?
s-727 L-eċċitament li kienet qed tħoss Elizabeth waqt dan id-djalogu elettroniku kien qawwi, jekk mhux iktar, daqs dak li kienet tħoss meta kien għad kellha biss seba' jew tmien snin, meta dawn l-istejjer kienu jinħassu iktar reali mir-realtà ta' kuljum.
s-728 Skont din il-mappa nistgħu nevitaw il-kanċell u ngħaddu minn taħt l-art.
s-729 Hemm passaġġ.
s-730 Haw labirint sħiħ ta' passaġġi taħtna.
s-731 Ilhom imħaffra sekli sħaħ.
s-732 Jekk tieħu triq b'oħra ma ssibx irkaptu.
s-733 Irridu torċ, issuġġeriet.
s-734 Għandi waħda.
s-735 Lesta?
s-736 Iva.
s-737 Ma nistgħux immorru flimkien.
s-738 Se nkun waħdi? staqsietu, kważi ttegħem is-sens ta' biża' marbut ma' din l-avventura.
s-739 Se nibda jien.
s-740 Int inżel warajja.
s-741 Niltaqgħu n-naħa l-oħra.
s-742 Tajjeb?
s-743 Owkej.
s-744 Niltaqgħu n-naħa l-oħra tal-Kanċell bħal-lum ġimgħa.
s-745 Tiftakar fejn qiegħed?
s-746 Elizabeth f'daqqa waħda ntebħet li André kien qed jirreferi għall-kanċell tal-iskola nnifsu.
s-747 Ma kienx qed jistidinha li jerġgħu jiltaqgħu fuq il-Magna, iżda li jiltaqgħu fil-verità.
s-748 Iva, wieġbet.
s-749 Kif nista' ninsa?
s-750 Narak bħal-lum ġimgħa.
s-751 Hemmhekk se nkun.
s-752 Walter Pater kien iddefinixxa r-Romantiċiżmu bħala 'strangeness added to beauty'.
s-753 Fil-ktieb 'The Western Canon' Harold Bloom jgħid li dal-kliem, tabilħaqq, għandu jgħodd għal kull letteratura; anzi jsostni li l-kriterju ewlieni li jsawwar xogħol validu hu l-istramberija.
s-754 Xogħol stramb hu xogħol devjanti, eċċentriku, stravaganti, kapriċċuż.
s-755 Xogħol stramb jitbiegħed minn dak li hu familjari; jitbiegħed mill-formula u mill-platitudni.
s-756 F'dal-kuntest ma nistgħux ninjoraw il-kunċett seminali ta' stranjament, mgħammed minn Shklovsky u mħaddan bħal kredu mill-formalisti Russi u d-dixxipli tagħhom.
s-757 Meta taqra n-novelli ta' Żahra bilfors li ħa tiltaqa' ma' xi ħaġa stramba; xi ħaġa li taħsad; xi ħaġa li tbiegħdek mill-aspettazzjonijiet tas-soltu.
s-758 Ir-realtà li titfaċċa f'xogħlu hi dejjem realtà mbagħbsa, xi drabi b'elementi fantastiċi u meraviljużi, xi drabi bil-memorja li issa ċċajpret, xi drabi bl-ingastar mistifikanti tal-preżent mal-passat jew tal-veru mal-mistħajjel.
s-759 Fi ftit kliem Żahra ma jħallix l-affarijiet kif inhuma sewwasew għax l-affarijiet ma jarahomx u ma jifhimhomx kif jarahom u jifhimhom ħaddieħor.
s-760 Wara kollox l-iskop tal-letteratura fittizzja hi li tissodisfa n-neċessità li nistagħġbu u noħolmu.
s-761 Ikun xieraq għalhekk li nelenkaw xi strateġiji li huwa juża biex huwa jikseb din l-awra ta' stramberija.
s-762 Qabelxejn nitkellmu fuq devjazzjonijiet stilistiċi:
s-763 (a) narrattiva transittiva vs narrattiva intransittiva
s-764 B'narrattiva transittiva nifhmu rakkont li jimxi b'mod lineari hekk li episodju jsegwi l-ieħor b'mod loġiku u naturali.
s-765 Żahra, minflok, iħobb juża n-narrattiva intransittiva billi jabbanduna l-linearità u jirrakkonta n-novelli tiegħu b'ħafna alternanzi, qtugħ, u digressjonijiet.
s-766 L-istruttura, ħafna drabi, hi episodika, b'ħafna truf imberflin f'xulxin.
s-767 Xaħxieħ Vjola tabbanduna kull xorta ta' kronoloġija; taqbeż minn aneddotu għal ieħor mingħajr ma tikkunsidra x'għandu jiġi l-ewwel u x'għandu jiġi wara
s-768 Hu l-qarrej li jrid jirriloka l-partijiet biex forsi joħloq il-kwadru komplet, u anke hawn sa jibqa' ffaċċjat b'ħafna 'ħofor' li ma jistgħux jimtlew.
s-769 In-novelli Post Battal u Taħt Fanal Mitfi huma mimlijin flashbacks li minn ħin għal ieħor irażżnu n-nixxiegħa tal-ġrajja.
s-770 San Valentinu taqbad nofs tużżana stejjer u toqgħod tirmixkahom bħal mazz karti; l-effett huwa deliberament aljenanti.
s-771 (b) identifikazzjoni vs averżjoni
s-772 Ħafna kittieba jippreferu joħolqu protagonisti li magħhom il-qarrej jista' jempatizza jew jibni rabta emozzjonali magħhom.
s-773 Żahra jħobb jissogra u xi drabi joħloq karattri ċentrali li magħhom ma tafx fejn int; jew għax iħaddnu personalità frammentarja u biżarra jew għax addirittura il-karattru tagħhom jaljenak.
s-774 Fi Ħġieġ, il-protagonista hi Amanda; tifla terribbli bi predilizzjonijiet morbużi.
s-775 Nafu li ommha mejta u li missierha abbandunaha, imma xejn ma jista' jifdiha; imġibitha tibqa' timbuttak.
s-776 L-istess f'Taħt Fanal Mitfi; il-protagonist hu raġel vjolenti u ripellanti li żgur ma jiġġenerax simpatija.
s-777 (ċ) għeluq vs ftuħ
s-778 In-narrattiva klassika għandha ħabta tiġbor it-trufijiet kollha u tmexxi l-qarrej lejn xi sura ta' konklużjoni; Żahra mhux dejjem jagħtina dan is-sodisfazzjon.
s-779 Xi wħud mit-trufijiet jibqgħu mdendlin fl-arja; xi dettalji jibqgħu bla spjegazzjoni; xi mistoqsijiet jibqgħu bla tweġiba.
s-780 Id-destin ta' xi karattri jibqa' mistur, indeterminat.
s-781 Ir-Riħ li Jokrob Waħdu hi novella li tfakkrek ħafna fil-parabboli sovversivi ta' Borges.
s-782 Għandna storja mera ta' storja oħra u billi waħda tibqa' bla mitmuma l-oħra, b'mod analoġiku, tibqa' miftuħa beraħ.
s-783 Anke l-istejjer ta' San Valentinu jibqgħu sospiżi; jieqfu, mhux jintemmu.
s-784 Dawn il-tliet binarji opposti nistgħu niġbruhom b'binarju wieħed: sodisfazzjon vs aljenazzjoni.
s-785 Il-qarrej konvenzjonali jixtieq narrattiva transittiva, jixtieq jidentifika mal-karattri fl-istorja, u jixtieq xi forma ta' għeluq.
s-786 Fid-dinja ta' Żahra, mela, il-qarrej mhuwiex se jkun daqstant komdu appuntu għax se jsib narrattiva skunċertanti li ċċaħħad xewqatu.
s-787 Stilema oħra ta' Żahra (li xi kritiċi jistgħu jsibuha aljenanti f'sens Brechtjan) hi l-użu ta' metafori jew similitudnijiet li ma joħorġux mid-dinja dijeġetika tar-rakkont bħar-referenzi gratuwiti għas-swaba' leġġendarji ta' Liszt, l-iskalpell ta' Michelangelo, jew in-nisa mimlijin ċellolite ta' Pietru Pawl Rubens.
s-788 Imbagħad niltaqgħu ma' dawn it-tixbihat:
s-789 '[Sor Gertrude] Qatt ma tieqaf tkellem lil ħadd; dejjem mgħaġġla u skunċertata qisha l-Fenek l-Abjad ta' Alice in Wonderland.' (Fjuri ta' l-Arzell)
s-790 jew 'iz-zija Anna reġgħet marret fit-tarf tal-kju; l-istess bħal Dopey fil-film ta' Snow White.' (Xaħxieħ Vjola).
s-791 Dawn huma tixbihat affaxxinanti imma fl-istess ħin huma estetikament strambi.
s-792 Madankollu, l-istramberija ta' Żahra mhijiex sempliċiment stilistika; in-novelli tiegħu mhumiex sempliċiment eżerċizzji ta' virtwożiżmu formali.
s-793 Fuq kollox, l-istramberija hi miżrugħa fl-immaġinazzjoni fertili tiegħu, fid-dettalji biżarri li jdewdu l-istejjer tiegħu, fil-liwjiet stravaganti li jxaqqu n-nisġa u fil-pinzellati kapriċċużi li bihom joħloq il-karattri tiegħu.
s-794 Fi Qniepen, ngħidu aħna, Żahra, b'sensiela ta' daqqiet impressjonistiċi, jirnexxilu jpitter maltempata waħxija li donnha tqanqlet minn qawwiet sopranaturali.
s-795 It-tvenvin tar-riħ, ir-raxx tax-xita, it-tkarwit tar-ragħad, u t-tfaqqigħ tas-silġ u s-sajjetti joħolqu xenarju infernali li jġiegħlek temmen li din mhijiex maltempata kwalunkwe.
s-796 L-istess atmosfera għariba ssawwar mingħajr ebda dubju tour de force letterarju.
s-797 F'Xaħxieħ Vjola, imbagħad, jirnexxilu jinseġ tapizzerija mlewna b'bosta karattri li huma deliberament akbar mill-ħajja.
s-798 L-eċċentriċità tilħaq proporzjonijiet Dickensjani.
s-799 Il-burdata minaċċuża ta' Ħġieġ, l-umoriżmu makabru ta' Anġlu Abjad, u t-temperament ironiku ta' Gorgonzola kollha jiġġeneraw intimazzjonijiet strambi.
s-800 Xi drabi din l-istramberija tiġi assimilata bħallikieku hi estensjoni naturali ta' dak li aħna (mingħajr ma nkunu nafu x'qegħdin ngħidu) insejħulha r-realtà - Grabiel rieqed fit-tebut (Anġlu Abjad) jew il-manuvri notturni - amorużi tan-nannu Salvu u n-nanna Ċens (Xaħxieħ Vjola).
s-801 Drabi oħra, l-istramberija nibqgħu ma nassimilawhx u l-idjosinkraziji tagħha jibqgħu ikidduna - l-aċċjomu jterter bil-bard fin-niċċa tal-ħġieġ (Qniepen) jew il-pupa tnixxi d-demm minn taħt l-ingwanta (Ħġieġ).

Text viewDownload CoNNL-U