s-503
| Darba waħda staqsietu jekk qattx ħasibha biex imur jaraha. |
s-504
| 'Ejja,' qaltlu. |
s-505
| 'Ejja int,' qalilha. |
s-506
| Imma hi ma kellhiex ħsieb li żżur gżira bla xmara. |
s-507
| Allura ċeda. |
s-508
| Wara kollox kien ilu ma jsiefer. |
s-509
| Kien nesa x'jiġifieri ssiefer. |
s-510
| Staqsieha kif se jsibha u qaltlu, 'issibni ħdejn ix-xmara.' |
s-511
| U daħaq. |
s-512
| Qalilha li hekk mhux biżżejjed biex jiltaqgħu. |
s-513
| ' Ejja, ' qaltlu, ' biex tara l-ilma miexi tax-xmara bħal liżar kbir, ejja biex tismagħha tirrakkontalek l-istejjer ta' mħabba. |
s-514
| U tibżax, lili ssibni żgur. |
s-515
| Twasslek hi għal għandi. |
s-516
| Dik kienet l-ewwel darba f'għoxrin sena li telaq mill-gżira biex imur ifittex l-imħabba ħdejn id-Danubju. |
s-517
| Kien ċert li kienet ġennata mill-kbar. |
s-518
| Għax hu kien tip prattiku s-soltu, ir-romantiċiżmu jqażżu sal-punt tan-nawsja, u ħafna drabi ma jemminx fl-imħabba. |
s-519
| Ħalef li ma kellux jaqa' għal xmara oħra ta' dmugħ. |
s-520
| Ma kellux iħalli d-Danubju tisseduċih. |
s-521
| Imma xorta waħda kien jinsab fuq l-ajruplan lejn Budapest biex ifittex lil Eva, sabiħa u misterjuża, li sar jafha biss fuq facebook, u bla indirizz, wara kollox, forsi ma jsibhiex, imma anki din, fiha nfisha, kienet sabiħa. |
s-522
| Le, ma kienx inkwetat għax fl-aħħar mill-aħħar jekk Eva ma teżistix, kellu jqatta' biss ftit jiem fil-lukanda ta' ħdejn il-pont tal-ktajjen u mbagħad iparpar lura mnejn telaq. |
s-523
| Ix-xmara ma rrakontatlu l-ebda storja fis-sigħat bikrin ta' wara nofsinhar. |
s-524
| Fakkritu biss fix-xmara ta' pajjiżu u ħallietu waħdu jibki l-memorja tagħhom... |
s-525
| Ħalef li din kienet l-ewwel u l-aħħar darba li se jżur belt bix-xmara għaddejja siekta. |
s-526
| U jekk ma jsibx lil Eva kien se jippakkja kollox u jmur lura l-ajruport dakinhar stess. |
s-527
| Imma filgħaxija, meta x-xemx kienet għadha mdendla, ra tfajla bil-fjuri f'idejha tistenna lil xi ħadd jiġi jixtri. |
s-528
| U resaq bil-mod biex jara min kienet. |
s-529
| Hi kienet. |
s-530
| Is-sabiħa Eva tal-ħafna stejjer u l-ħafna ħrejjef. |
s-531
| Fil-pront għarfitu u tbissmet. |
s-532
| U għal ftit waqtiet, sa ma niżlet ix-xemx ma tkellmux. |
s-533
| Imbagħad tefgħu l-fjuri li kien fadlilha fix-xmara, 'għal niesek,' qaltlu, 'għal niesek li nqatlu u tefgħuhom fix-xmara.' |
s-534
| Kellha appartament ċkejken Eva, kollu njam iżaqżaq ma' kull pass umli li tagħmel. |
s-535
| Kċina li tesa biss persuna waħda, sufan u mejda qodma u żlugati u kamra tas-sodda bit-tojlit u xawer ġo fiha. |
s-536
| U kien hemm bieb ieħor li dehrlu li kienet il-kamra tal-imbarazz. |
s-537
| Stħajjel li kienet żgħira bħall-bqija tal-kmamar l-oħra u li malli tiftaħ il-bieb jisplodi kollox għal wiċċek. |
s-538
| Kielu u nħabbu u pejpu sigarett wara l-ieħor, u ma' kull ċikka li ntfiet intemmet storja oħra. |
s-539
| Kien fit-tieni lejl li qam biex jixrob ftit ilma u ra dawl ċkejken ħiereġ mill-kamra li skontu kienet tal-imbarazz. |
s-540
| Imma fil-fatt kien mar żmerċ. |
s-541
| Ma kinitx kamra tal-imbarazz għax kieku ma kienx hemm id-dawl ħiereġ u l-bieb imbexxaq, għax kieku, kif stħajjel hu, l-imbarazz kien ikun qed jittawwal mill-bieb u minn dal-bieb kien hemm biss kalma ħierġa u ftit dawl bati. |
s-542
| Ma resaqx iktar, xorob ftit ilma u reġa' mar fis-sodda jistennieha tiġi tgħannqu. |
s-543
| Ma jafx ġietx għax x'aktarx laħaq raqad. |
s-544
| Imma l-għada filgħodu, xħin Eva kienet qed tinħasel mar jipprova jidħol fil-kamra, għax qal f'qalbu, x'seta' kellha dil-kamra isbaħ minn raġel għarwien fis-sodda. |
s-545
| Il-bieb sabu msakkar. |
s-546
| Qatt ma kienet kelmitu fuqha u meta filgħaxija staqsieha x'hemm fiha qaltlu li hemm il-memorji ta' niesha u li għalih ma kienu jfissru xejn. |
s-547
| L-aħħar lejl ta' nbid u mħabba, sigaretti u stejjer, kien wieħed mill-iktar intimi. |
s-548
| Stedinha biex tmur għandu. |
s-549
| U qaltlu li kien diffiċli tħalli lil niesha warajha. |
s-550
| Qaltlu biex jerġa' jmur iżurha u wegħedha li jmur ma jdumx. |
s-551
| U kien dak l-istess lejl, l-aħħar lejl, li reġa' qam bil-għatx, wara ħolma ftit skabruża, ftit skifuża, u hekk kif ħareġ mill-kamra, sab l-istess bieb tal-kamra ċ-ċkejkna mbexxaq, b'dawl bati inkejjuż. |
s-552
| U mexa lejha bil-mod, jipprova ma jħallix l-injam ta' taħt saqajh jikxfu, bexxaq il-bieb bil-kalma u ħass riħa stramba tifggħu. |
s-553
| 'Hawnhekk ħadd qatt ma jidħol,' semagħha tgħidlu. |
s-554
| ' Aħfirli Eva, imma mhux l-ewwel darba li rajtek f'dil-kamra kemm ili hawn u ddum ma terġa' tidħol fis-sodda. |
s-555
| Qabditni l-kurżita. |
s-556
| Xi tkun din il-kamra riħa ta'... riħa ta' mewt? ' |
s-557
| Dak il-ħin, Eva xagħlet id-dawl u l-kamra mtliet ħars mitfi. |
s-558
| Kull ħajt kien mimli ritratti tan-nies. |
s-559
| Kull ritratt kien ċkejken bħal dak tal-passaport, u kien ippinjat mal-ħajt. |
s-560
| Kull ħajt, l-erbgħa ħitan kienu mimlija ritratti, wieħed ħdejn l-ieħor minn saqaf sa art. |
s-561
| Imbagħad ħares fuq rasu u anki s-saqaf kien inċanat bihom, iħarsu lejh. |
s-562
| Hi biss kienet qed tħares lejn l-art dak il-ħin. |
s-563
| Eva biss. |
s-564
| ' Dawn niesi, ' qaltlu, ' li nqatlu u ntefgħu fid-Danubju. |
s-565
| Kieku għedtlek bihom qabel, ma kontx tiġi. ' |
s-566
| U dak il-ħin lemaħ f'għajnejha għajjiena l-ħarsa siekta. |
s-567
| Kienu ġabuh dahru mal-ħajt. |
s-568
| Daħak, għax fil-veru sens tal-kelma, kien jinsab bilqiegħda ma' l-art, dahru ma' blata kiesħa. |
s-569
| Fuq ħoġru kellu ħatar iswed, b'ras tonda. |
s-570
| Idejh imċappsa bid-demm, mhux minn tiegħu, iżda minn ta' sid il-ħatar. |
s-571
| Ħwejġu kienu mċarrtin, kien migruf minn fuq s'isfel, il-kaxxa ta' sidru tuġgħu bid-daqqiet li kien qala' fil-ġlieda. |
s-572
| Kellu siequ l-leminija misluħa u taħarqu kull darba li l-għaraq beda jaqa' fil-ġerħa. |
s-573
| 'Ġejjin mgħallem!' għajjat Damjan li kien bilwieqfa ftit passi 'l bogħod, jittawwal lejn l-għelieqi ta' taħthom. |
s-574
| Kuġinuh, Sa-marin, kien bilqiegħda fuq blata oħra faċċata tagħhom, dahru lejhom u jħares in-naħa l-oħra. |
s-575
| Kull ma huma iżgħar minni ftit snin, u xorta jsejħuli mgħallem. |
s-576
| Imma żgur kienu iżgħar? |
s-577
| Kienu ħafna ikbar! |
s-578
| Daħħal idu fil-but tal-ġlekk skur li kien liebes, u ħareġ mazz karti, mqattgħin minn naħa waħda. |
s-579
| Kienu diġà mċappsin sew bid-demm, għax kien ilu triq sħiħa jdaħħal idu fil-but biex ikun żgur li għadhom hemm. |
s-580
| Ħares lejhom u tbissem. |
s-581
| Kull karta kienet miksija b'kitba rqiqa sabiħa, isem wara isem, wieħed wara l-ieħor. |
s-582
| Tewa l-karti f'erbgħa u deffishom fiż-żarbuna. |
s-583
| Issa li kien irnexxielu jakkwistahom, kien se jagħmel li jista' biex ma jitlifhomx. |
s-584
| Min jaf kemm se jinkorla la jsib il-paġni mqattgħin! |
s-585
| Ħallieh ħa jinkorla. |
s-586
| Iċ-ċuċata li ma stajtx nisraq il-ktejjeb sħiħ. |
s-587
| U kieku qatt iżjed attent, kien ikolli l-imfetaħ ukoll! |
s-588
| Issa kellu l-ħatar x'jieħu ħsieb. |
s-589
| 'Ersaq 'l hawn Damjan.' |
s-590
| It-tifel, boċċu boċċu, b'wiċċu mfaqqa', ruxxan mill-ġiri kollu li kienu ġrew, resaq maġenbu u l-Anġlu nġibed miegħu u qam bilwieqfa. |
s-591
| Kien għajjien. |
s-592
| Kien ilhom sitt sigħat jiġru bla waqfien, u issa kien ilhom ma jorqdu jumejn. |
s-593
| Ħali iċ-ċinturin u fetaħ il-buttuna tal-qalziet. |
s-594
| Daħħal il-ħatar fil-qalza maġenb siequ l-leminija, u reġa' qafel kollox. |
s-595
| Imbagħad ħareġ maktur mimli demm mill-but u qattgħu biċċiet u rabathom ma' siequ. |
s-596
| Mexa żewġ passi biex jara kif iħossu. |
s-597
| Min jarah jgħid li weġġa' siequ u ma jistax jimxi sew fuqha. |
s-598
| 'Reskin mgħallem!' reġa' sejjaħ Damjan, li kien reġa' ħa postu jħares 'l isfel. |
s-599
| 'X'ħa nagħmlu?' |
s-600
| ' Ma nistgħux naħarbu iżjed. |
s-601
| Ħallihom jaqbduna. ' |
s-602
| Iż-żewġt itfal daru jħarsu lejh b'għajnejhom mimlija biża'. |