s-303
| Jiġifieri issa qegħdin nitkellmu fuq il-kuntratt, it-tħaddim tiegħu u l-proċeduri tiegħu; l-iskrutinju tal-kuntratt innifsu. |
s-304
| Jiġfieri hawnhekk m'aħniex se mmorru in a political debate, imma se nagħmlu dibattitu kif huwa l-mansjoni tal-PAC. |
s-305
| Id-deċiżjoni ttieħdet, hemm policy u issa rridu naraw it-tħaddim ta' dik il-policy. |
s-306
| Ovvjament qegħdin nitkellmu fuq kuntratt u allura kif nagħmlu f'mansjoni ta' kuntratti oħrajn, bħalma kellna tal-power station, naraw affarijiet fosthom jekk l-għażla tal-kuntrattur saritx kif kellha ssir jew le. |
s-307
| Dawk huma affarijiet li jista' jidħol fihom il-Kumitat; m'aħniex se nitkellmu fuq l-aspett innifsu; ċioè il-prinċipju ta' jekk kellux isir IIP jew le. |
s-308
| Dik hija issue li naqbel li mhijiex fil-mansjoni ta' dan il-Kumitat. |
s-309
| L-Onor. Bonnici. |
s-310
| ONOR. OWEN BONNICI: |
s-311
| Mr Chairman, naħseb li jkun tajjeb ninfurmaw lill-pubbliku x'ġara fil-frattemp għax inti għedt li ġie ppreżentat il-kuntratt u tajjeb li nispjegaw x'ġara. |
s-312
| Kollox imur lura għal madwar 10 xhur ilu meta f'dan il-Kumitat kien hawn talba bil-miktub dwar li jsir skrutinju tal-kuntratt ta' Henley & Partners. |
s-313
| Eventwalment id-diskussjoni li kien hawn hawnhekk wasslet biex nitolbu ruling mingħand Mr Speaker, u Mr Speaker kien intalab jagħmel ruling għax dan il-kuntratt għandu partijiet kummerċjalment sensittivi li jekk jiġu ppubblikati allura tista' taqbad u tagħlaq il-programm għaliex dan huwa programm kompetittiv u jekk tikxef dak li huwa vantaġġjuż, ħaddieħor ikun jista' jagħmel aħjar minnek u allura tkun tista' taqbad u tagħlaq il-programm darba għal dejjem. |
s-314
| Għalhekk tlabna ruling mingħand Mr Speaker u Mr Speaker kien qal li ċ-Chairman għandu jkollu kopja ta' dan il-kuntratt b'dan li l-partijiet kummerċjalment sensittivi jkunu mgħottija, u fin-nuqqas ta' qbil ikun hu, jiġifieri Mr Speaker, li jiddeċiedi x'inhu kummerċjalment sensittiv jew le. |
s-315
| Fast forward 10 xhur u wasal it-turn li niddiskutu dan il-kuntratt. |
s-316
| Li għamilt jien hu li għaddejt kopja ta' dan il-kuntratt, lill-Onor. Fenech. |
s-317
| Irrid ngħid li minbarra l-kopja tal-kuntratt oriġinali għaddejtlu wkoll kopja tal-emenda li sussegwentement saret għalih liema emenda tirrifletti t-tibdil li kien hemm fil-programm. |
s-318
| Fil-kopja, kemm tal-kuntratt oriġinali kif ukoll tal-emenda, ġew mgħottija l-partijiet kummerċjalment u allura l-Onor. Fenech ingħata kopja taż-żewġ kuntratti, kuntratt u emenda, b'partijiet mgħottija. |
s-319
| Dan biex infiehmu lill-pubbliku hemm barra x'ġara fil-frattemp. |
s-320
| THE CHAIRMAN: |
s-321
| Qed nifhem li dan il-kuntratt jista' jiġi ppubblikat, għax għal mument ġejt fid-dubju. |
s-322
| (Interruzzjonijiet) |
s-323
| Jiena naħseb li la ġie ppreżentat għandu jitpoġġa fuq il-website. |
s-324
| It-tama tiegħi hi li llum induru ftit il-partijiet li ġew mgħottija sabiex nifhmu għalfejn ġew mgħottija, għax jista' ikun li kif għedt tajjeb inti, Onor. Bonnici, nitolbu lill-iSpeaker jara jekk ir-raġunijiet li ngħataw fuq li klawsola partikolari tiġi mgħottija, tkunx aċċettabbli jew le. |
s-325
| Nenfasizza li jekk hemm issues ta' sigurtà nazzjonali, mingħajr dubju l-Oppożizzjoni mhijiex se tinsisti li fuq jiġu divulged, però jekk huma issues ta' natura kummerċjali, filwaqt li nifhmu li affarijiet li jistgħu jkunu sensittivi għall-kompetittività tal-kuntratt, dan jista' isir u forsi hemmhekk nistgħu naqblu li wieħed jaraha ftit u forsi naqblu li ma tiġix ippubblikata. |
s-326
| Dan mhux neċessarjament isir f'sezzjoni bħal din. |
s-327
| Jekk meta ssir dik it-tali diskussjoni jkun hemm fejn mhux neċessarjament qegħdin naqblu, allura mbagħad nitolbu l-iSpeaker jagħti ruling f'dan is-sens. |
s-328
| Se nissospendi l-laqgħa għal ftit minuti sakemm isiru l-kopji tal-kuntratt u tal-emenda lill-Membri tal-Kumitat. |
s-329
| Il-Kumitat kien sospiż għal ftit minuti sakemm isiru kopji tal-kuntratt. |
s-330
| THE CHAIRMAN: |
s-331
| Nirringrazzja lill-Iskrivana tal-Kumitat li ġabitilna d-dokumenti. |
s-332
| Onor. Bonnici, qed nifhem li llum m'hawn ħadd li jista' jispjega għalfejn ġew mgħottija ċerti klawsoli. |
s-333
| ONOR. OWEN BONNICI: |
s-334
| Biex niffaċilità li nistradaw id-dibattitu, nixtieq li forsi tagħtini ftit ħin biex ngħid għaliex numru ta' klawsoli ġew mgħottija. |
s-335
| L-għan aħħari huwa l-interess ta' Malta. |
s-336
| Dan huwa suq kompetittiv u min jidħol fil-programm ta' Malta jfisser li ma jkunx daħal fi programmi oħrajn ta' pajjiżi oħrajn. |
s-337
| Ridna nkunu ċerti li ma niżvantaġġawwx dan is-settur b'dak li nistgħu ngħidu, però nifhem ukoll il-bżonn li noħolqu bilanċ għax dan il-Kumitat, skond il-liġi, għandu funzjoni li jrid jaqdi. |
s-338
| Mr Chairman, dwar it-talba tiegħek jiena qed nissuġġerixxi li fis-seduta li jmiss, jew jien jew rappreżentant ta' Identity Malta jiġi u jagħti spjega ta' għalfejn ġiet mgħottija kull parti li ġiet mgħottija, imbagħad nistgħu naqblu u nistgħu ma naqblux u jekk ma naqblux jiddeċiedi Mr Speaker u lkoll kemm aħna nbaxxu rasna għad-deċiżjoni ta' Mr Speaker. |
s-339
| Fil-frattemp nistgħu wkoll niftehmu fuq lista ta' xhieda, nistgħu jew nagħmluha waqt il-laqgħa tal-Kumitat jew inkella forsi inti tibgħatli lista u aħna nindikaw xi xhieda oħra - jekk ikun hemm għax at the end of the day naħseb li l-istess persuni għandna f'moħħna - u mmexxu minn hemmhekk. |
s-340
| THE CHAIRMAN: |
s-341
| Naħseb li bħala proċess innifsu, ladarba ma tistax issir issa, nagħmluha d-darba li jmiss. |
s-342
| ONOR. OWEN BONNICI: |
s-343
| Mr Chairman, ir-raġuni għalfejn ma tistax issir issa hija għax il-ftehim kien li llum niltaqgħu biex niftehmu kif se nimxu 'l quddiem. |
s-344
| THE CHAIRMAN: |
s-345
| Nixtieq nistaqsi wkoll - u forsi tieħu nota, Onor. Bonnici, imbagħad tagħtina risposta d-darba li jmiss - dwar dak li d-dokument diversi drabi jirriferi għalih, u ċioè l-concept paper, u jgħid li klawsoli partikolari jridu jiġu interpretati fl-isfond tal-concept paper. |
s-346
| Din il-concept paper li qed tirriferi għall-kuntratt tista' tiġi ppubblikata, forsi wieħed ikun jista' jeżaminaha? |
s-347
| Ma nafx jekk kienx hemm xi dokumenti oħrajn li l-Membri jħossu li jista' ikun għandhom jintalbu f'dan is-sens. |
s-348
| ONOR. CLAUDIO GRECH: |
s-349
| Onor. Bonnici, tkun tista' tintavola wkoll ir-request for proposals li kienet ħarġet? |
s-350
| Jiġifieri meta ħarġet is-sejħa... |
s-351
| ONOR. OWEN BONNICI: |
s-352
| Jiġifieri r-request for proposals li ġiet ippubblikata fil-ġurnali? |
s-353
| ONOR. CLAUDIO GRECH: |
s-354
| Mhux ir-reklam, ir-request for proposal document. |
s-355
| ONOR. OWEN BONNICI: |
s-356
| Se nivverifika dwar din u dwar it-talba ta' Mr Chairman. |
s-357
| THE CHAIRMAN: |
s-358
| Mela f'dak l-isfond naħseb qegħdin naqblu. |
s-359
| Jiena xtaqt li kemm jista' jkun ma ntawlux ħafna f'dan il-proċess, anke ma jkunx tajjeb għalih innifsu jekk intawwlu żżejjed. |
s-360
| L-idea tiegħi hi li almenu niltaqgħu kull ġimgħa ħalli kemm jista' ikun, li għandna, neħilsuh. |
s-361
| Forsi naraw data għall-ġimgħa d-dieħla? |
s-362
| ONOR. OWEN BONNICI: |
s-363
| Nhar it-Tnejn u t-Tlieta se nkun imsiefer u l-Erbgħa għandi laqgħa tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Liġijiet. |
s-364
| THE CHAIRMAN: |
s-365
| Jien m'għandix oġġezzjoni li jekk tridu niltaqgħu ġurnata oħra jew f'ħinijiet differenti minn dawk li jiltaqa' fihom il-Parlament. |
s-366
| Nistgħu pereżempju niltaqgħu wara nofsinhar. |
s-367
| Forsi nhar l-Erbgħa wara nofsinhar? |
s-368
| Jidher li hawn qbil dwar nhar l-Erbgħa fis-2: 00 p. m. |
s-369
| Sadanittant qed nerġa' nikkonferma li d-dokument li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kumitat aktar kmieni, issa huwa a public document u jista' għalhekk jiġi uploaded fuq fil-website. |
s-370
| ONOR. OWEN BONNICI: |
s-371
| Mr Chairman, biex nirrikapitola, għad-darba li jmiss se nagħmel il-verifiki dwar il-concept paper u l-request for proposal document. |
s-372
| THE CHAIRMAN: |
s-373
| U forsi tinformana min se jispjega dwar il-partijiet mgħottija. |
s-374
| ONOR. OWEN BONNICI: |
s-375
| Jew jien stess jew xi ħadd minn Identity Malta. |
s-376
| U inti, Mr Chairman, se tibgħatli l-proposed list of witnesses. |
s-377
| Hux hekk? |
s-378
| THE CHAIRMAN: |
s-379
| Hekk hu. |
s-380
| Nirringrazzja lil kull min ipparteċipa f'din il-laqgħa u naġġorna l-Kumitat għal nhar l-Erbgħa, 25 ta' Frar, 2015 fis-2: 00 p. m. |
s-381
| Fis-7: 26 p. m. il-Kumitat aġġorna għal nhar l-Erbgħa, 25 ta' Frar 2015, fis-2: 00 p. m. bl-istess aġenda. |
s-382
| MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI |
s-383
| BAĦRIJA - VULTAĠĠ TA' DAWL BAXX |
s-384
| 32739. |
s-385
| L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħidli x'sar dwar il-kwestjoni ta' vultaġġ baxx fil-Baħrija? |
s-386
| ONOR. NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd) (f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): F'dan l-istadju ma għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija 31093. |
s-387
| MR SPEAKER: L-Onor. Farrugia, domanda supplimentari. |
s-388
| ONOR. NOEL FARRUGIA: Ladarba l-Ministru qed iwieġeb għan-nom tal-ministru sieħbu, jista' jgħidilna x'se jiġri mill-management u mill-ħaddiema ta' l-IPSE, l-MDC u l-METCO, tliet aġenziji li skond ma tħabbar se jiġu amalgamati f'aġenzija waħda li suppost dalwaqt għandha tibda topera. |
s-389
| MR SPEAKER: Il-Ministru. |
s-390
| ONOR. NINU ZAMMIT: Mr Speaker, ninforma lill-Kamra li l-Onor. Josef Bonnici qiegħed fuq xogħol ieħor tal-gvern u għal din ir-raġuni li jien qomt nirrispondi f'ismu. |
s-391
| Issa jekk l-Onor. Membru għandu xi domanda oħra x'jagħmel lill-Ministru Bonnici, nitolbu jagħmililu meta jkun preżenti fil-Kamra għax hu l-bniedem responsabbli. |
s-392
| MR SPEAKER: L-Onor. Farrugia. |
s-393
| ONOR. NOEL FARRUGIA: Jiena nirrispetta t-tweġiba tal-Ministru, imma ġaladarba affarijiet bħal dawn ikunu ġew approvati mill-kabinett u allura jkunu jagħmlu parti mill-policy tal-gvern, jista' l-Ministru jgħid jekk l-impjiegi tal-management u tal-ħaddiema fit-tliet aġenziji li semmejt humiex se jiġu ssalvagwardati? |
s-394
| Lill-Ministru m'iniex nistaqsih affarijiet tekniċi imma qed nagħmillu domanda wiesgħa fuq kwestjoni ta' impjiegi, u dan fuq kollox wara statement li sar fil-pubbliku ftit tal-ġimgħat ilu biss. |
s-395
| MR SPEAKER: Il-Ministru. |
s-396
| ONOR. NINU ZAMMIT: Huwa ovvju li biex issir l-amalgamazzjoni jridu jsiru l-istudji u t-taħditiet neċessarji fid-diversi livelli. |
s-397
| F'dan ir-rigward m'hemmx dubju li n-nies tal-ministeru għas-servizzi ekonomiċi huma l-esperti u jekk ma jimpurtax, nitlob lill-Onor. Membru jkollu ftit tal-paċenzja u jistenna li jkun hawn preżenti l-Onor. Josef Bonnici biex jingħata l-informazzjoni li qed jitlob. |
s-398
| MR SPEAKER: L-Onor. Farrugia |
s-399
| ONOR. NOEL FARRUGIA: Sur President, jien allura neħodha li l-Ministru ma jafx x'inhi l-pożizzjoni dwar l-impjiegi tal-management u tal-ħaddiema inkwantu għal din l-amalgamazzjoni? |
s-400
| Nerġa' ngħid li mhux qed nistaqsi domandi tekniċi imma qiegħed nistaqsi biss jekk l-impjiegi tal-management u tal-ħaddiema f'dawn l-agenziji humiex mhedda. |
s-401
| MR SPEAKER: Il-Ministru. |
s-402
| ONOR. NINU ZAMMIT: Sur President, jien m'iniex acting b'mod formali għall-Onor. Bonnici. |