Dependency Tree

Universal Dependencies - Maltese - MUDT

LanguageMaltese
ProjectMUDT
Corpus Parttrain
AnnotationČéplö, Slavomír; Zeman, Daniel

Select a sentence

Showing 105 - 204 of 1123 • previousnext

s-105 Hekk qal il-Prim Ministru u hekk hawn min qed jistaqsi.
s-106 Hi stqarrija u hi mistoqsija.
s-107 Kollox sar parti minn tattika ta' logħba politika.
s-108 X'tagħmel?
s-109 Li tkun modern għall-Prim Ministru tfisser li tinganna, li tilgħab b'tattika u tara kif toħloq id-dubju.
s-110 Gvern jew renju mibni fuq id-dubju.
s-111 Hekk ried li joħloq dan il-Prim Ministru.
s-112 Ħoloq id-dubju u l-inċertezza.
s-113 Illum nafu x'prezz qegħdin inħallsu ta' dan kollu.
s-114 Jekk hawn min qed ibati kontinwament b'deċiżjonijiet ta' dan il-Gvern huma aħna s-self employed.
s-115 Ilkoll kemm aħna, kull wieħed fis-settur tiegħu, qegħdin inħossu li aħna mhedda min-nuqqas ta' xogħol.
s-116 Hu ta' sodisfazzjon li l-Prim Ministru qed jiltaqa' ma' self employed fil-Girgenti.
s-117 Mela le, u nissuġġerilu jkompli ma' setturi oħrajn iżda nawgura li dan mhux eżerċizzju ta' ingann moħbi fl-eżerċizzju ta' djalogu!
s-118 Nixtieq inkun naf jekk dan hux eżerċizzju ieħor ta' propaganda tal-Gvern jew tal-Labour?
s-119 Tajjeb li jkun hemm min qed iressaq lil dawn is-self employed quddiem il-Prim Ministru u, jekk kif smajt, wieħed li qed jagħżel jew jistieden lis-self employed jitkellmu mal-Prim Ministru hu s-Sur Vince Farrugia, nawgura li jara li dan l-eżerċizzju jkun ta' gwadann għas-self employed u mhux il-' ġobna f'nassa tal-ġurdien '.
s-120 Dan l-istess awgurju lis-Sur Vince Farrugia nawgurah lili personalment meta jien ma' sħabi fl-Eżekuttiv tas-Segretarjat ta' Self Employed u Negozji Żgħar norganizzaw laqgħat ta' djalogu mal-kap tal-partit jew deputati oħrajn.
s-121 Jien impenjat li dawn il-laqgħat ma jkunux sempliċi eżerċizzju ta' ingann politiku iżda eżerċizzju ta' djalogu.
s-122 Aħna responsabbli mid-direzzjoni tas-self employed irridu nkunu ta' garanzija għal dak li se jiġri wara dawn il-laqgħat.
s-123 Lis-self employed ngħidilhom: ' morru tkellmu mal-Prim Ministru ' u għiduli: ' iżjed ma ddum ma tagħmel elezzjoni iżjed qegħdin inbatu aħna, u iżjed ma nbatu aħna iżjed jonqos ix-xogħol '.
s-124 Spjegawlu li r-regoli tas-suq mhix dik li qed jaħseb hu.
s-125 Jekk se jibqa' jaħseb hekk, dan il-Prim Ministru se jwassal lill-pajjiż fil-livell ta' inċertezza u falliment morali u ekonomiku tan-negozju tagħna.
s-126 Jekk kollox jibqa' sejjer għall-agħar...
s-127 Veru li dak li jgħid il-Prim Ministru s'issa dejjem kien ifisser il-kontra.
s-128 Jgħid mod u jsir ieħor.
s-129 Qal li l-elezzjoni tista' ssir fi żmien sena.
s-130 Qalha b'ċajta iżda qalha.
s-131 Bħalissa kollox wieqaf.
s-132 Bdew is-sales u l-ħsieb ta' elezzjoni sar ifisser tama f'suq aħjar iżda issa, jekk il-Prim Ministru se jibda jilgħab, nistgħu nibdew nilagħbu aħna.
s-133 Din mhix politika, din mhix kwistjoni tal-PN jew tal-Labour.
s-134 Din hi kwistjoni tagħna s-self employed.
s-135 Iżjed ma l-Prim Ministru jħalli żmien jgħaddi iżjed qegħdin nipperswadu ruħna lil min nivvutaw.
s-136 Iżjed ix-xogħol sejjer għall-agħar.
s-137 Ma nafux kif se naħdmu għada.
s-138 Ma nafux x'suq se jkollna għada.
s-139 Veru qegħdin ngħixu f'Malta ħanina fejn qed taħfirha lil min ġab waqfien fin-negozju.
s-140 Li kieku din kienet sitwazzjoni f'pajjiż ieħor il-Gvern kien ikun xolt.
s-141 Il-Prim Ministru kien iħossu fl-obbligu li jirriżenja.
s-142 S'issa hawn min jaħseb li din għadha sitwazzjoni fejn l-istaġnar hu finta u mhux reali, jew inkella dan hu argument politiku li ħolqu l-PN.
s-143 Għalina s-self employed mhux hekk.
s-144 Hi li għada ma nafux x'se nagħmlu u ma nistgħux nittolleraw iżjed li l-Prim Ministru jkompli bil-kapriċċ tiegħu li minn Gvern jasal biex joħloq oppressjoni.
s-145 Imn'Alla għandna l-festi u s-sajf!
s-146 Il-' bullying ' inġust tal-banek lokali
s-147 Ma nistgħux, minkejja l-liġijiet ta' kompetizzjoni ġusta u oħrajn nippermettu, li l-banek tagħna jkunu involuti f'bullying inġust fuq in-negozjanti li fil-maġġorparti tagħhom huma s-self employed.
s-148 Dan l-abbuż għandu jieqaf immedjatament jew inwaqqfuh.
s-149 Il-banek lokali daħlu fis-suq tan-negozju ta' l-insurance.
s-150 Dawn iddeċiedew li jbiegħu l-insurance policies tajjeb!
s-151 Għandhom dritt iżda dawn ma marrux tajjeb daqskemm xtaqu.
s-152 Ma biegħux daqskemm iridu over the counter.
s-153 X'ġara?
s-154 Dak li ma biegħux l-iskrivani tal-bank daħal biex jagħmel tajjeb għalih il-manager.
s-155 Fil-bank jidħlu s-self employed biex jissellfu u jkollhom overdraft.
s-156 Biex jingħatalek dan l-overdraft il-bank jitolbok li jkollok, pereżempju, life insurance.
s-157 X'ġara?
s-158 Ċerti bank managers bdew isostnu li biex jagħtu l-overdraft (isellfu l-flus lin-negozjant) dan in-negozjant irid l-ewwel jixtri life insurance mingħandhom, jekk ma jagħmluhiex hekk, m'hemmx self min-naħa tal-bank.
s-159 Din hi inġustizzja bankarja li kienet kawżata mit-tellieqa li l-banek qegħdin itellqu fiha u li hi t-tellieqa għall-profitti.
s-160 Dan it-tip ta' negozju jrid jieqaf u ma għandu jsir mill-ebda negozju.
s-161 Dan mhux valur fin-negozju u bl-iskuża tan-negozju ma nistgħux nagħmlu li rridu.
s-162 Nittama li l-banek jieħdu passi.
s-163 MALTA
s-164 KAMRA TAD-DEPUTATI
s-165 KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI (Rapport Uffiċjali u Rivedut)
s-166 IT-TNAX-IL PARLAMENT
s-167 Laqgħa Nru. 60
s-168 L-Erbgħa, 18 ta' Frar, 2015
s-169 Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta
s-170 Prezz 2. 50
s-171 IT-TNAX-IL PARLAMENT
s-172 KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI
s-173 Laqgħa Nru. 60
s-174 L-Erbgħa, 18 ta' Frar, 2015
s-175 Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6: 44 p. m.
s-176 MINUTI
s-177 Nru. 58 li saret fis-27 ta' Jannar, 2015
s-178 Il-Minuti tal-Laqgħa ġew konfermati.
s-179 THE CHAIRMAN (Onor. Tonio Fenech):
s-180 Nixtieq ninforma lill-Kumitat li hawn talba mill-Public Broadcasting Services (PBS) u minn One TV sabiex ikunu jistgħu jiffilmjaw parti żgħira minn din il-laqgħa.
s-181 Ma jidhirx li hawn oġġezzjonijiet għalhekk nistieden lill-camera persons preżenti sabiex jidħlu fil-Kamra sabiex jiffilmjaw.
s-182 Ngħaddu issa għall-korrispondenza u nitlob lill-iskrivana sabiex taqraha.
s-183 KORRISPONDENZA L-ISKRIVANA TAL-KUMITAT:
s-184 L-ewwel korrispondenza ġejja mingħand is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Finanzi, fejn b'risposta għal dak li kien talab il-Kumitat fl-aħħar laqgħa, qed jgħid li he 'will review this matter and see what action may be taken in this regard'.
s-185 THE CHAIRMAN:
s-186 Irrid ngħid li din kienet dwar l-ittra li konna rċevejna mingħand offerent ta' servizzi ta' laying tal-grounds fejn talabna niġbdu l-attenzjoni lill-Ministeru għall-Finanzi li għandu jkun hemm framework ta' kif meta l-Gvern qed jipparteċipa bħala parti minn fondi u mhux qed jiffinanzja l-proġett sħiħ, ikun hemm xi forma ta' guidelines ta' meta għandhom jintalbu ċerti proċeduri jew le, ovvjament skont kemm ikun kbir l-intervent tal-Gvern.
s-187 Aħna konna rriferejna l-materja lill-Ministeru għall-Finanzi u l-Ministeru għall-Finanzi qed jgħidilna li ħa nota u se jagħmel l-analiżi tiegħu.
s-188 L-ISKRIVANA TAL-KUMITAT:
s-189 Għandna korrispondenza ġejja mingħand is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għat-Turiżmu fejn ta l-feedback dwar il-follow up li kien għamel l-Awditur Ġenerali dwar in-nuqqasijiet li kien nstabu waqt l-audit li sar fl-istess Ministeru.
s-190 THE CHAIRMAN:
s-191 Is-Segretarju Permanenti bagħat feedback għal kull kumment li għamel l-Awditur Ġenerali fil-follow up li kien għamel.
s-192 Jiena nissuġġerixxi li din tiġi ċċirkolata lill-Membri tal-Kumitat, imbagħad jekk ikun hemm bżonn ta' iktar azzjoni, id-darba li jmiss nieħdu deċiżjoni fuqha.
s-193 L-ISKRIVANA TAL-KUMITAT:
s-194 Għandna wkoll rapport 'on the outcome of the Commonwealth Association of Public Accounts Committees (CAPAC) Steering Committee Meeting' imħejji mill-Onor. Tonio Fenech fil-kapaċità tiegħu ta' co-Chair tal-Isteering Committee Meeting of CAPAC.
s-195 Dan ir-rapport diġà ġie mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
s-196 THE CHAIRMAN:
s-197 Forsi nagħti brief żgħira dwar dan ir-rapport, liema rapport ippreżentajtu diġà lill-Parlament, sabiex niġbed l-attenzjoni tal-Membri tal-Kumitat għax hija materja li tolqot lill-Kumitat innifsu.
s-198 Wara l-workshop li konna attendejna għalih jiena u l-Onor. Deo Debattista f'Londra matul is-sajf li għadda, kien inħass il-ħsieb li tajjeb li titwaqqaf Association for Public Accounts Committees tal-Commonwealth u kien ġie stabbilit a steering committee.
s-199 Jien kont ġejt nominat to cochair dan l-isteering committee flimkien ma' membru parlamentari minn Trinidad and Tobago u ltqajna fid-19 u fl-20 ta' Jannar ta' din is-sena biex niddiskutu t-twaqqif ta' din il-fergħa fi ħdan il-Commonwealth.
s-200 Irrid ngħid li l-ħsieb kien ġej proprju mill-fatt li fil-Commonwealth Heads of Government Meeting (CHOGM) preċedenti, il-heads of Government kienu affermaw il-ħtieġa li jkun hemm iktar independent parliamentary oversight, b'mod partikolari f'dak li huwa PACs li jkunu effettivi, indipendenti u trasparenti, u nħasset il-ħtieġa li għandu jkun hemm assoċjazzjoni li tgħin lill-PACs jilħqu dawn l-għanijiet.
s-201 Id-diskussjoni pproċediet ħafna, fil-fatt għal min jinteressah poġġejt anke l-aspetti ta' x'inhuma l-għanijiet li se jkollha din l-assoċjazzjoni u l-membership, li ovvjament hija miftuħa għall-PACs nazzjonali għalkemm dawk li huma subnationals jistgħu jkunu associates dment li n-national ikun membru.
s-202 Ir-rwol tal-assoċjazzjoni huwa li taqsam l-esperjenzi, toffri training, ikollha engagement ma' associations bħal dawk tal-Awdituri Ġenerali li diġà hemm assoċjazzjoni tagħhom f'dan il-livell, tiddefinixxi good practice, ikun hemm anke strengthening ta' capacity għal dawk li huma PACs f'pajjiżi żgħar, u numru ta' aspetti oħrajn li ħarġu minn din il-laqgħa.
s-203 Wara dik il-laqgħa beda għaddej il-proċess - ħafna mill-prinċipji tal-Kostituzzjoni diġà qegħdin f'dan id-dokument - biex tiġi fformulata the first draft constitution li se titqassam lill-Membri kollha tal-PACs madwar il-Commonwealth bil-ħsieb li ssir konferenza f'Ġunju marbuta mal-Westminster workshop, biex din tiġi ratifikata, maqbula u ppreżentata lill-Commwealth Parliamentary Association (CPA) biex dawn japprovawha u allura tidħol bħala parti mill-istruttura tal-Commonwealth u jkun hemm ukoll endorsement mill-heads of Government waqt iċ-CHOGM li se jsir f'Novembru ta' din is-sena proprju f'Malta.
s-204 Irrid ngħid li fid-diskussjonijiet li kelli mal-Gvern sibt ħafna sapport għal din l-idea u anke mill-iSpeaker.

Text viewDownload CoNNL-U