s-305
| Dan hu ż-żmien meta aħna niffjorixxu u nfewwħu kullimkien. |
s-306
| Nimlew il-ġonna kollha lwien. |
s-307
| Jien safra, u sħabi uħud bojod, oħrajn ħomor, vjola, u anke oranġjo. |
s-308
| Ta' kull sena jkollna ħafna opportunitajiet u nferrħu ħafna nies. |
s-309
| Jien inkun fl-aqwa tiegħi. |
s-310
| Jisimni Fresja! |
s-311
| PERPETUUM MOBILE |
s-312
| Smajt ħoss u nħsadt. |
s-313
| Qomt minn bħal raqda fonda u ma kontx naf eżatt fejn ninsab. |
s-314
| Bdejt inħoss rasi ddur bija u bil-kemm ma ħassejtnix xi ftit imdardar ukoll. |
s-315
| Ippruvajt inqum fuq saqajja, iżda sibt dawra likwidu skur aħmar madwari. |
s-316
| X'kien ġara? |
s-317
| Irrealizzajt li kont ġo dari imma, kont waħdi? |
s-318
| Ma kien hemm l-ebda sinjal ta' vjolenza la fuq id-dar u wisq anqas fuqi. |
s-319
| Allura dan id-demm minn fejn ġie? |
s-320
| Bdejt insejjaħ biex nara kienx hemm xi ħadd, imma leħni maħnuq u dgħajjef instema' jidwi lura. |
s-321
| Ħarist madwari u lmaħt it-tapit kwadru tas-salott fejn kont, li kellu kantuniera minnu mgħawġa bħal meta xi ħadd jgħawwiġha b'saqajh u ma qagħadx jikkoppa jerġa' jirranġaha. |
s-322
| Kien maħsul bl-istess demm. |
s-323
| It-tavolina tal-ħġieġ li kien hemm fuqu kienet maqsuma b'daqqa ta' xi ħaġa iebsa u ċappa mudullun lewn il-kremżi mwaħħla magħha. |
s-324
| Bdejt nistaqsi bejni u bejn ruħi, ' X'ġara? |
s-325
| Kont fis-sakra u kelli xi ngħid ma' xi ħadd u weġġajtu? ' |
s-326
| Min kien tilef ħafna demm u bħalissa jinsab mejjet x'imkien fid-dar żgur! |
s-327
| Bdejt nidħol kamra kamra nfittex. |
s-328
| La fil-kċina, la fil-kamra tal-banju u l-anqas fil-kamra tas-sodda ma sibt xejn u kollox kien kif ħallejtu jien. |
s-329
| Kif kont aljenat naħseb u inkwetat nisma' brejk qawwi ta' żewġ karozzi u ħabta. |
s-330
| Bumm! |
s-331
| Għat-tieni darba erġajt inħsadt u nfxilt. |
s-332
| Mort niġri ħa nara x'ġara barra. |
s-333
| Kif kont għaddej mis-salott tfixkilt fit-tapit li kont ħallejtu mgħawweġ u ħbatt rasi mat-tavolina tal-ħġieġ u din inqasmet. |
s-334
| Beda ħiereġ gelgul demm u jien intlift minn sensija, sakemm wara ftit ħin ... Smajt ħoss u nħsadt ... |
s-335
| Fil-kobor bla sura tal-belt li Erica qiegħda titgħallem tgħix fiha, l-arja tinħass għal kollox differenti minn dik li trewwaħ lill-belt ċkejkna fejn trabbiet. |
s-336
| Qishom iż-żewġt ibliet ma jagħmlux sehem minn dinja waħda, imma jinsabu fuq żewġ pjaneti mbiegħda li ma jafux bl-eżistenza ta' xulxin. |
s-337
| Illum tiskanta kif f'ambjent kwiet u miġbur bħal dak li ħalliet warajha, ma kienx jirnexxilha tisma' l-ħoss tas-sikta; l-aktar fid-dar kbira ta' missierha mibnija fuq daqsxejn ta' għolja f'tarf il-belt imkenna, u mxerrfa għal fuq kampanja li għal għajnejn nemmiesa tidher tħaddan eżistenza waħdanija fl-għamla tagħha għax bħallikieku mixtarra minnha nnifisha. |
s-338
| Missierha kien għaraf jitwaħħad mal-kalma tal-madwar u kien lest jirfed dan l-istat rebbieħ b'ħiltu kollha. |
s-339
| L-ispirtu qallieb tiegħu kellu jinbeżaq minn ġewwa għal barra bla ebda limitazzjoni, xi drabi wkoll taħt is-sura iebsa ta' stmerrija għal kull eżistenza li b'xi mod thedded li xxellef is-sikta misjuba minnu. |
s-340
| Forsi x-xejra merfugħa ta' ħsibijietu kienet gerrxitha mill-għarfien tal-ħemda ġewwiena u kontra r-rieda tiegħu ġagħlitha tissielet mad-dehra kwieta li, fl-opinjoni tagħha, ġiet minsuġa apposta madwarha. |
s-341
| Fl-appartament ċkejken ġol-qalba tal-belt il-ġdida l-kampanja naturali tinħass 'il bogħod u s-sikta mixtieqa tinsab mirfuda biss mill-qawwa ta' l-illużjoni. |
s-342
| Il-ħajt dejjaq li fuq naħa waħda jifridhom minn ġirien għaġġieba għall-aħħar, ma jitfix id-diwi ta' l-ilħna werżieqa u ma joħnoqx it-tħanxir ta' mużika b'ritmu mgħaġġel, li tinstama' f'mumenti meta ma tkunx mistennija. |
s-343
| Li kieku Erica kellha tkun imgħarrfa b'dawn iċ-ċirkustanzi minn qabel, kieku x'aktarx li kienet tieħu kollox biċ-ċajt għax dak iż-żmien kienet taħseb li tista' tinħamel ma' kull għamla ta' ħsejjes, imqar dawk mhux maħluqa minnha. |
s-344
| Iżda malli l-ispazju ta' madwarha ċkien fid-dieher, bdiet tħoss il-ħtieġa li s-skiet li qatt ma tatu ċ-ċans jitnissel minn ġewwa, jiġi sostitwit minn ieħor imnibbet fl-ambjent li sabet ruħha fih. |
s-345
| Karl ma kienx jidher milqut bħalha miċ-ċirkustanzi li bdew jinħassu jagħfsu fuqha bi pressjoni li ma setgħetx ma tagħtix kas tagħha. |
s-346
| Kellu fiex jedha fil-pittura u ma kienx imdorri jżomm il-kont ta' kif iqatta' l-ħin. |
s-347
| L-importanti għalih li ż-żmien jibqa' għaddej kemm jista' jkun bla tfixkil u bla ma jazzarda jsabbtu wiċċ imb'wiċċ miegħu nnifsu. |
s-348
| Hi wkoll kienet taħseb li la jkollha 'l Karl jgħix magħha, il-ħin jitlef mis-siwi tiegħu għaliha. |
s-349
| F'li ma tkun tixtieq xejn għajr ir-raġel li tħobb, jingħelbu d-distanzi kważi illużorji u l-ħin ma jibqagħlux ma' xiex jitkejjel. |
s-350
| Qatt ma basret li setgħet titqarraq u li ħajjitha kienet teħtieġ xi ħaġa aktar mill-preżenza fiżika ta' l-artist meqjum minnha. |
s-351
| Kienu għaddew biss ftit xhur minn meta bdiet tgħammar miegħu u ġa setgħet tagħraf ix-xenqa mliġġma li jkollha tarbija li tkun tiegħu daqskemm tkun tagħha u li forsi twassalhom biex jillegalizzaw ir-rabta ta' bejniethom. |
s-352
| Iżda Karl ma kienx ta' l-istess fehma. |
s-353
| Mill-ewwel urieha biċ-ċar li ma kellu ebda ħajra la li jerġa' jintrabat biż-żwieġ u wisq anqas li jibda jrabbi. |
s-354
| Hi kienet aċċettatu kif inhu, waħdu, u hu kien laqagħha fi ħdanu bla kompromessi jew tamiet li, fl-opinjoni tiegħu, faċli jirriżultaw fiergħa. |
s-355
| Dak in-nhar ipprovat tifhmu u għamlet ħilitha biex twarrab l-idea bikrija minn moħħha. |
s-356
| Għalkemm hi u Karl kienu sabu 'l xulxin, ma kinitx żgura jekk bħala individwi kinux sabu lilhom infushom. |
s-357
| Kienu jeħtieġu ż-żmien u l-ispazju li kien ġa limitat. |
s-358
| Karl kien għadu bla xogħol u wara t-tweġiba t'ommha għall-ittra tagħha, għeb kull pjan ta' rikonċiljazzjoni ma' niesha. |
s-359
| Missierha ma kienx lest jaħfrilha u t-triq li għażlet kellha tkejjilha waħedha, 'il bogħod minnhom kemm jista' jkun. |
s-360
| Id-deċiżjoni iebsa li ma tgħarrafhomx aktar bi ħbarha u li tinjora l-eżistenza tagħhom, għenitha tinsa kull ħsieb jew riżoluzzjoni oħra li ma kellhiex x'taqsam direttament magħhom. |
s-361
| Ix-xewqa li jkollha tarbija kellha titwarrab fil-ġenb. |
s-362
| L-imħabba ta' Karl biss setgħet ittaffi xi ftit mir-rabja li kienet qiegħda tħoss għaliha u għall-ġens uman kollu. |
s-363
| Ix-xogħol monotonu fil-fabbrika ma kienx jgħinha tinsa, iżda anqas ma kien għadu jweġġa' s-sentimenti tagħha. |
s-364
| Fil-belt il-kbira, miżgħuda bin-nies, mhux faċli ssib ix-xogħol kif u xħin tixtieq u Erica kienet tgħodd ruħha b'ixxurtjata li bdiet taħdem ħmistax wara li waslu. |
s-365
| Kellhom bżonn il-flus u s-sodisfazzjon li ma setgħetx tikseb fin-nisġa tax-xogħol il-ġdid kien jinstab fir-rieda li ssaħħaħ ir-rabta ta' bejniethom. |
s-366
| Fl-istess waqt kienet qiegħda tgħin lir-raġel li tħobb, iwettaq l-ideal tiegħu. |
s-367
| Jekk jistabbilixxi ruħu fil-ħajja u jsib is-sliem mixtieq, jagħmilha ħienja miegħu. |
s-368
| Il-ħsieb imbejjet fit-tama li l-impjieg maħtuf minnha kellu jkun temporanju u x'aktarx għal żmien qasir, kien joħloq fiha aspett negattiv aktar milli pożittiv. |
s-369
| Ma kellhiex ħajra ttejjeb il-qagħda tagħha f'dik il-fabbrika magħġuna b'għan wieħed ta' żieda sfrenata fil-produzzjoni, imqar jekk spejjeż tal-ħaddiema u xi drabi wkoll tal-prodott innifsu. |
s-370
| Fiċ-ċaħda volontarja ta' kull sens t'oriġinalità jew kreattività f'dak l-ambjent imgħaġġel, kienet tagħżel li ssir biċċa mill-magna biex tinħamel mal-pass tax-xogħol li ma setgħetx iġġerragħ. |
s-371
| Il-qagħda mirżuħa la tgħinha tinsa l-qadim u anqas tiftakar il-ġdid. |
s-372
| B'ħażna ta' ħsibijiet ippakkjati fis-subkonxju, tasal li taddotta l-magna b'biċċa minnha. |
s-373
| Iżda xħin isir il-ħin biex titlaq minn fuq il-post tax-xogħol terġa' tħoss in-nifs tal-ħajja jirfidha u għalkemm fiżikament għajjiena, tħaffef lejn id-dar biex taqsam ħajjitha mar-raġel li tħobb. |
s-374
| Sakemm beda ż-żmien tal-prova tiegħu mad-ditta tar-reklamar, Karl kien ikun lest jistennieha kull filgħaxija biex jilqagħha fi ħdanu. |
s-375
| Matul il-jum kien jilħaq ipinġi u jistrieħ kemm irid bla xkiel ta' ħadd, u li jħejji xi ħaġa ta' l-ikel għalih u għal Erica kienet tiswielu ta' mogħdija tal-ħin. |
s-376
| Il-preżenza tal-maħbuba tiegħu wara ġurnata 'l bogħod minnu tkattarlu ssodisfazzjon li jkun kiseb, jew jekk ikun hemm bżonn, twittilu l-ħotob tad-delużjoni. |
s-377
| Biha jew mingħajrha ma kienx xorta la għalih u anqas għall-arti tiegħu u din id-darba l-għażla ta' sieħba kienet tirrendi u lilu tagħmillu ġieħ. |
s-378
| Iżda malli beda jaħdem, il-ħin għad-dispożizzjoni tiegħu naqas b'mod drastiku. |
s-379
| L-effett tal-bidla fuqu ma kienx dak mistenni minn Erica. |
s-380
| Kienet ħasbet li fl-ewwel jiem tax-xogħol kien se jiġi lura d-dar igerger fuq il-kundizzjonijiet imfellka u jisħet il-mument li fih mar japplika għall-impjieg. |
s-381
| Minn rajha ħejjiet ruħha biex tgħinu u tkun qrib tiegħu aktar mis-soltu malli jistqarr li ma kienx jista' jsib is-sodisfazzjon mixtieq. |
s-382
| Iżda b'sorpriża għaliha, Karl donnu ma kienx jixtieq jaqsam l-esperjenza l-ġdida tiegħu magħha. |
s-383
| Għall-ewwel ipprovat taħseb li kien qiegħed ikun għajjien u mingħajr aptit li jitkellem fit-tul fuq it-tip ta' xogħol li daħal għalih. |
s-384
| Fuq kollox anqas hi ma kienet qatt tiddiskuti miegħu x'jgħaddi mingħaliha fil-fabbrika. |
s-385
| Dak kien ambjent differenti mill-appartament tagħhom u ż-żewġ ambjenti ma kellhomx jitħalltu flimkien. |
s-386
| Imma li jgħaddi ż-żmien u tibqa' ma tkun taf xejn dwar jekk kienx qiegħed jikseb sodisfazzjon jew le fit-twettiq tal-ħidma l-ġdida li suppost kellha tkun ukoll artistika, kien qiegħed jagħtiha ġewwa. |
s-387
| Ħafna mistoqsijiet minn dejjem kienu jdejquh. |
s-388
| Karl ma jiħux gost iħossu mgħarbel, għalkemm mhux is-soltu tiegħu li jingħalaq fit-tul fih innifsu. |
s-389
| Imqar jekk kellha għalfejn tkun kburija li l-personalità tagħha kienet ħalliet timbru fuq il-personalità tiegħu, ma setgħetx tixtieq li l-artist jibda jimitaha fit-tendenzi merfugħa tal-karattru tagħha. |
s-390
| Kien jeħtiġilha żżomm is-sabar. |
s-391
| Karl ma kienx jonqosha mill-imħabba għadilli l-ħin li qabel kien jiddedika għaliha waħedha issa kellu jiġi mnaqqas sew. |
s-392
| Ix-xogħol tal-pittura li kien l-aktar għal qalbu kien jista' jitkompla biss filgħaxijiet, wara sigħat twal ta' xogħol ieħor b'impenn kummerċjali barra mid-dar, u waqt li l-maħbub tagħha jkun ipinġi ma jkunx f'burdata li jaqsam l-eżistenza tiegħu ma' ħaddieħor. |
s-393
| Forsi minħabba l-qawwa tal-komunikazzjoni ulterjuri ma' l-oħrajn permezz ta' l-arti, fl-aktar mumenti li l-artist ikun waħdu u maqtugħ għalih joħloq fuq it-tila, l-anqas li jħossu maħkum mill-biża' tas-solitudni. |
s-394
| Iżda għaliha xort'oħra, għax ta' kull darba l-preżenza tagħha tinħass tinxtorob ġewwa fiha mqar jekk tkun qiegħda tippoża ta' mudella għalih, u l-ħsejjes bla kontroll tal-madwar jinħassu mġelġla u jheżżu l-fdalijiet tal-preżenza mġannta. |
s-395
| Kien jeħtiġilha taljena ruħha u ssib ftuħ ieħor fejn moħħha jkun jista' jimraħ, biex waqt li Karl ikun jinħass 'il bogħod minnha, tibqa' tiġġustifika s-siwi ta' l-eżistenza tagħha. |
s-396
| Ix-xewqa mwarrba li jkollha tarbija mhux biss kienet reġgħet bdiet tfeġġ, iżda nbidlet fi bżonn ewlieni li kien essenzjali għat-twettiq ta' ħajjitha. |
s-397
| Għalkemm ma kinitx żgura jekk ir-raġel li għażlet għaliha kellux jippersevera jew le fl-impjieg li sab, u forsi jerġa' kollox għal li kien, din id-darba wiegħdet lilha nnifisha li ma tilħaq ebda kompromess miegħu. |
s-398
| Kienet lesta li tieħu d-deċiżjoni mixtieqa waħedha u tidħol responsabbli għal kulma jista' jiġri wara. |
s-399
| Dak li waħħlet f'rasha li twettaq, ukoll jekk bħas-soltu jiġi magħdud minn ħaddieħor b'għemil għaġġieli u mferfex, ma kien se jisfrattahulha ħadd. |
s-400
| Fl-opinjoni tagħha, min ma kellux ir-rieda li jgħinha tgħix ħajjitha fis-sħiħ, ma kellux il-jedd jikkritikaha. |
s-401
| Id-Djalett |
s-402
| U issa ngħaddu għad-djaletti Maltin. |
s-403
| Nibdew billi nippruvaw nagħtu xi definizzjoni ta' djalett; definizzjoni li x'aktarx tkun astratta, u forsi mhux eżatta, imma wara l-ispjegazzjoni kollox jibda jiċċara ruħu. |
s-404
| Djalett huwa varjetà tal-lingwa użata minn komunità żgħira ta' nies, li għandha l-karatteristiċi tagħha partikulari (fil-pronunzja, vokabularju, u grammatika), karatteristiċi li jitnisslu minn ċirkustanzi soċjali, ġeografiċi, u storiċi u li jagħżluha minn kull varjetà oħra. |