Dependency Tree

Universal Dependencies - Maltese - MUDT

LanguageMaltese
ProjectMUDT
Corpus Parttest
AnnotationČéplö, Slavomír; Zeman, Daniel

Select a sentence

Showing 106 - 205 of 518 • previousnext

s-106 U dak hu s-sabiħ tar-radju, ' jinsisti Carlo.
s-107 Lejn tmiem l-intervista Borg Bonaci jwieġeb il-mistoqsija speċifika tiegħi dwar il-kritika li ssir xi drabi lejn ċerti preżentaturi li jbiddlu l-istazzjon tar-radju jew tat-televiżjoni l-aktar dawk tal-partiti politiċi u jieħdu timbru politiku.
s-108 ' Aħna professjonisti, artisti, nies li għalina l-politika mhix importanti.
s-109 Il-preżentazzjoni hi l-professjoni tagħna u ħadd qatt m'għandu jagħtina xi timbru politiku.
s-110 ' Jekk f'pajjiżna dawn huma l-istazzjonijiet li għandna, dawn huma l-postijiet li joffru l-opportunitajiet fejn nesprimu t-talent tagħna.
s-111 ' Xogħolna jsir bil-kuntratti, u kollox isir fuq bażi kummerċjali u mhux b'kalkolu politiku.
s-112 Għaldaqstant min jikkritikana jew jagħtina tikketta politika jkun jagħmel żball, ' sostna.
s-113 Qabel ma nsellmu lil xulxin Borg Bonaci jerġa' juri l-ħeġġa kbira li għandu li jirritorna għall-programm tiegħu u jkompli minn fejn ħalla.
s-114 ' Din id-darba se jkollna programm aktar b'saħħtu milli qatt qabel
s-115 Għaliex Carlo jħossu tajjeb u lest għal sfida ġdida, ' spiċċa jgħid.
s-116 Intervista | 30 ta' Marzu 2008 Nr 74
s-117 Julia Farrugia tintervista lill-Professur Anthony Zammit
s-118 Għandu 57 sena u ftit 'il bogħod mill-Kartanzjan il-Professor Anthony Zammit irnexxielu jitla' għall-ewwel darba fil-Parlament.
s-119 Imma forsi ftit huma dawk li jafu li Zammit fi żmien kien Nazzjonalist.
s-120 'Eħe,' tkun it-tweġiba għall-ewwel ftit xotta.
s-121 Imbagħad minn taħt il-mustaċċi bajdanin tixref tbissima.
s-122 ' Jien għadni mmur nara lil Mrs Borg Olivier.
s-123 Tħobbni ħafna.
s-124 Fi żmien kont operajtha.
s-125 Nittrattaha bħala zija tiegħi. '
s-126 Imma x'ġiegħlu jbiddel minn partit għall-ieħor?
s-127 ' Jien fl-1987, ftit wara li ġejt mill-Ġermanja, ivvutajt lill-Partit Nazzjonalista.
s-128 Imma wara ndunajt li l-Partit Laburista hu l-veru partit tal-qalb.
s-129 Hu partit sinċier, ' iwieġeb filwaqt li bil-mod itaptap idu fuq il-qafas ta' sidru.
s-130 'Ħassejtni aktar komdu u at home bil-politika tal-Partit Laburista.'
s-131 Mistoqsi jekk hux veru darba prova joħroġ bħala kandidat tal-PN, Anthony Zammit jiċħad.
s-132 Iżda kif ħaduha tal-familja issa li tela' fil-Parlamentu ma' partit oppost għall-fehmiet tagħhom?
s-133 Għall-ewwel silenzju.
s-134 Imbagħad għonqu jdur b'kalma kbira 'l hemm u 'l hawn bħal pendlu.
s-135 ' Mort kontra l-mewġ.
s-136 Kien hemm xi kuġini li ċemplu biex jifirħu imma . '
s-137 U jerġa' jieqaf.
s-138 Ftit wara jgħidli li ommu, li tilifha tliet snin ilu, meta qalilha li kien ħiereġ mal-Partit Laburista kienet ħadet xokk kbir.
s-139 'Meta lil ommi għidtilha li ħiereġ mal-Partit Laburista qaltli:' ibni se tħammarli wiċċi ',' ikompli qisu qed jerġa' jgħix ix-xena.
s-140 Imma fil-bagalja tiegħu l-Professur iġorr suċċess personali.
s-141 Tul dawn l-aħħar snin għamel isem mhux biss għalih iżda anke barra minn xtutna fil-qasam tal-kirurġija.
s-142 Għal ħafna li spiċċaw taħt idejh ismu ma kienx ġdid u jaħilfu bih.
s-143 Imma f'daqqa waħda f'Diċembru seħħ dak li ħadd ma basar u f'temp ta' xahrejn ismu sploda hekk kif ftit wara l-Milied opera b'suċċess lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni għall-marda tal-kanċer.
s-144 Kif jiddeskrivi lil Alfred Sant?
s-145 'Issa lil Alfred Sant nafu minn ġewwa u minn barra la operajtu minn ġewwa,' jitbissem u ftit sekondi wara jkompli b'pawsa bejn aġġettiv u ieħor.
s-146 'Alfred Sant hu bniedem veru onest bniedem sinċier metikoluż u persuna b'qalb tad-deheb,' iwieġeb fil-pront.
s-147 'Tlifna moħħ kbir,' u jieqaf ħesrem.
s-148 Kif iħares lejn il-fatt li taħt idejh kellu lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni?
s-149 ' Tul dawk l-erbat ijiem ta' qabel ħassejt piż kbir fuqi.
s-150 Għax minkejja li tkun għamilt ċerti testijiet qabel xorta ma tkunx taf x'se ssib.
s-151 Imma meta dħalna għall-operazzjoni, le.
s-152 Dik storja oħra.
s-153 Għidtilhom, ' let's go boys ' u bdejna bil-ħidma tagħna. '
s-154 Xi jwieġeb għall-kritika li ssirlu li rikeb fuq il-mewġa ta' din l-operazzjoni u grazzi għaliha tela' fil-Parlament?
s-155 ' Din akkuża malafamanti.
s-156 Jien ħriġt għall-elezzjoni ħames snin qabel.
s-157 Mort tajjeb imma ma tlajtx.
s-158 Eżatt wara dik l-elezzjoni komplejt nara n-nies, qattajt ħafna ħin nagħmel id-door to door u nżur ħafna familji.
s-159 Il-kampanja tiegħi kompliet tintensifika lejn l-aħħar tal-kampanja elettorali.
s-160 Forsi veru ġbidt aktar simpatija tan-nies, ' jgħid.
s-161 Fil-Ħames Distrett fejn bilkemm resaq lejh bħala kandidat xorta rnexxielu jikseb 1, 500 vot.
s-162 ' Ara kemm operajt nies minn dik iż-żona fi 23 sena!
s-163 U dejjem irrispettajt lin-nies.
s-164 Ir-rispett iġib ir-rispett, ' iwieġeb.
s-165 ' Jien qatt ma nqdejt b'din l-operazzjoni.
s-166 Forsi swietli ta' ġid fid-duwijiet.
s-167 Ngħiduha kif inhi, min għandu l-kandidat tiegħu jżomm lilu u lili vvutali t-tieni, ' isostni l-Professur Zammit.
s-168 Inpoġġilu quddiemu mistoqsija differenti.
s-169 Gavin Gulia, veteran fil-politika u żiemel b'saħħtu fuq id-distrett li tela' minnu Zammit, baqa' l-art minħabba l-voti li naqqarlu.
s-170 Jimmaġina lil Gulia bi rwol akbar fil-Partit Laburista?
s-171 Jitbissem u jgħid: ' Jien kont sorpriż li Gavin Gulia ma ħariġx għal bye election fuq is-Sitt Distrett.
s-172 Ma nafx xi jrid jindika b'dan.
s-173 Kulħadd għandu x'joffri fil-Partit Laburista.
s-174 Issa jiddependi x'viżjoni qed jara l-Partit u x'għandu x'joffri hu lill-Partit. '
s-175 Nistaqsieh jekk qattx basar li ġejja telfa għall-Partit Laburista.
s-176 Jgħid li kien fiduċjuż li ġejja rebħa għall-MLP.
s-177 ' Qatt ma bsart.
s-178 Għax trid tqis jien kemm nitkellem ma' nies u kulħadd kien jgħidli li hemm bżonn bidla fil-Gvern.
s-179 Kien hemm oħrajn Nazzjonalisti li fil-beraħ sostnew li mhux se jivvutaw.
s-180 Kien hemm ukoll Nazzjonalisti li ġew fuqi u speċifikament qaluli li se jivvutaw lili.
s-181 Il-feeling kien li ġejja rebħa għall-MLP, ' jgħid Zammit.
s-182 Imma x'jaħseb li kienu l-fatturi li wasslu għat-telfa?
s-183 ' Diffiċli tgħid.
s-184 Naħseb li l-Partit Nazzjonalista beżża' lill-votant.
s-185 Il-PN beżża' lin-nies li l-MLP se joħroġ lil Malta mill-Unjoni Ewropea, xi ħaġa li qatt ma kien il-każ.
s-186 Kien hemm il-kwistjoni tar-reception class.
s-187 Din il-PN ħadha u biegħha bħala ' repeater class '. '
s-188 Il-lista ta' Anthony Zammit tkompli.
s-189 ' Kien hemm ukoll il-makakkerija tal-media tal-Partit Nazzjonalista u tal-media hekk imsejħa indipendenti.
s-190 Kien hemm is-siegħa żejda dakinhar tal-votazzjoni li żgur tefgħet lura lill-Partit Laburista, ' jgħid Zammit.
s-191 Infakkru li skond Joe Saliba, is-Segretarju Ġenerali tal-PN, meta intervistat minn din il-gazzetta eżatt wara l-elezzjoni, kien qal li l-Partit Laburista talab li l-votazzjoni tiġi estiża b'siegħa.
s-192 Iħares lejja u waqt li jweġibni jibqa' jagħti b'rasu b'sens ta' determinazzjoni.
s-193 'Mela kien żball tal-MLP!'
s-194 Nistaqsih jekk jaqbilx li għandu jkun hemm bidla kbira fil-Partit.
s-195 Għandu jkun hemm uċuħ ġodda, demm ġdid?
s-196 ' Jien naħseb li t-trio kien hemm u t-trio tilef.
s-197 Iva, għandu jkun hemm bidla ta' kulħadd imma ma naħsibx li għandna nagħmlu reklutaġġ minbarra l-partit, ' jargumenta b'referenza ċara għal persuni li snin ilu lebbtu 'l barra mill-MLP.
s-198 Lil min qed jappoġġa bħala mexxej ġdid Laburista?
s-199 ' Diffiċli tgħid.
s-200 Għadni rrid naħseb fiha.
s-201 Naqbel żgur li mal-mexxej għandu jkun hemm Deputat Mexxej wieħed u mhux tnejn, ' iwieġeb.
s-202 Imma għala?
s-203 Biex ma jkollokx ħafna kaptani?
s-204 'Iva,' u bil-mod u bil-kalma kollha li kważi tippnotizzak jerġa' jagħmel sinjal b'rasu 'l isfel.
s-205 ' Li hu żgur hu li aħna kburin li aħna Laburisti u għandna nibqgħu kburin.

Text viewDownload CoNNL-U