s-401
| Qrib il-Palestina hemm il-gżira ta' Ċipru li sa mill-1878 ittieħdet minn idejn it-Torok u saret parti mill-Imperu. |
s-402
| Wara l-falliment ta' l-esperiment ta' l-1880 ftit kien hemm interess Malti f'Ċipru iżda fl-1927 ċertu Harman Grisewood xtara artijiet fl-inħawi ta' Margo u ried li f'din il-proprjetà jħaddem immigrati minn Malta. |
s-403
| Il-ħsieb kien li huwa jħajjar xi 2,000 Malti jgħixu u jaħdmu ġo Margo. |
s-404
| Harman ried jissellef £ 220,000 biex jagħti bidu għall-ħsieb tiegħu. |
s-405
| Il-Gvern ta' Lord Strickland ma riedx jissogra dak il-kapital, l-aktar meta l-Maltin saru jafu li viċin Margo kien hemm għadajjar li kienu l-kaġun tal-malarja. |
s-406
| Kien hemm ukoll min irraġuna li ftit kien jagħmel sens li wieħed jemigra lejn Ċipru meta l-istess Ċiprijotti kienu ħerġin bi ħġarhom mill-gżira. |
s-407
| Minħabba dan id-dubju l-proġett ta' Grisewood qatt ma seħħ. |
s-408
| L-aħħar darba li Ċipru ssemma fl-istorja ta' l-emigrazzjoni Maltija kien fis-snin ta' wara t-Tieni Gwerra Dinjija meta fl-1949 kien hemm erba' mitt persuna ta' nisel Malti rifuġjati fil-kamp ta' Dekhelia. |
s-409
| Dawn kienu ħarbu mill-Eritrea fl-1941 waqt li xi wħud kienu ħarbu mill-Greċja u mit-Turkija. |
s-410
| Dawn la kellhom qraba u lanqas ħbieb f'Malta u lanqas ma kellhom lil xi ħadd lest biex jaċċettahom fl-artijiet fejn kienu qed imorru l-Maltin. |
s-411
| Kien hemm xi ftit li rnexxielhom imorru l-Ingilterra u l-Awstralja, imma l-parti l-kbira tagħhom baqgħu f'Ċipru. |
s-412
| Ġo Korfu u l-gżejjer l-oħra fil-qrib nibtu xi komunitajiet żgħar ta' Maltin wara l-1815 meta dawn il-gżejjer saru protettorat Ingliż. |
s-413
| Iżda fl-1864 il-Greċja ħadet f'idejha l-Gżejjer Jonji u minħabba dan kien hemm bosta Maltin li telqu minn hemm. |
s-414
| Iżda baqa' oħrajn li komplew bil-ħajja tagħhom taħt il-Griegi. |
s-415
| Fl-1907 grupp ta' sorijiet Maltin fetħu dar ġo Korfu biex jgħinu lill-komunità Maltija. |
s-416
| Dawn għadhom hemm sa llum. |
s-417
| Sa l-1930 Dun Spir Cilia kien jieħu ħsieb madwar elf Korfjot ta' nisel Malti. |
s-418
| Bl-għajnuna ta' kontribuzzjonijiet minn Malta Dun Spir bena u fetaħ dar għax-xjuħ Maltin. |
s-419
| Illum il-Maltin ta' Korfu jitkellmu bil-Grieg u tħalltu sew man-nies tal-post. |
s-420
| Oħrajn telqu lejn il-Greċja kontinentali, l-aktar lejn Atene. |
s-421
| Żammew r-reliġjon tagħhom u r-rabta sentimentali ma' Malta. |
s-422
| Fil-bliet ewlenin ta' l-Ottomani bħalma huma Kostantinopli u Smyrna kien hemm komunitajiet żgħar Maltin sa mill-bidu tas-seklu għoxrin. |
s-423
| Ġo Kostantinopli l-għadd tal-Maltin ġie li wasal għal tliet elef ruħ. |
s-424
| Dawn kienu joqogħdu fid-distrett ta' Galata fejn kienu jinġabru l-Kristjani. |
s-425
| Il-Maltin ta' Smyrna kienu jgħixu fid-distrett ta' Karsiyaka. |
s-426
| Fl-1927 f'Karsiyaka kien hemm bħala kappillan Dun Dward Tonna li wara sar isqof ta' Smyrna. |
s-427
| Fl-1995 patri Malti li trabba fl-Awstralja, Leonard Testa, sar kappillan ta' Karsiyaka. |
s-428
| Għal xi żmien il-komunità Maltija ta' Smyrna kienet tilħaq l-elfejn ruħ, iżda wara l-Armistizju ta' l-1918, ħafna mill-Maltin xterdu ma' naħat oħra fil-lvant tal-Mediterran. |
s-429
| Fl-1922 Malta laqgħet 1,300 rifuġjat minn Smyrna; fost dawn kien hemm xi ftit li kienu ta' oriġini Maltija. |
s-430
| Fil-21 ta' Mejju 1934 il-president tar-repubblika Torka, Kemal Ataturk, ħareġ liġi li biha saret ħaġa tista' tgħid impossibbli għal min ma kienx ċittadin Tork li jibqa' jaħdem fit-Turkija. |
s-431
| Fl-1946 il-Gvern Ingliż ħa taħt il-ħarsien tiegħu seba' mitt persuna li kienu ta' nisel Malti u li kellhom passaport tar-Renju Unit. |
s-432
| Dawn ġew megħjuna biex jemigraw lejn pajjiżi oħra. |
s-433
| B'hekk il-preżenza Maltija ġo Kostaninopli u Smyrna tista' tgħid li ġiet fix-xejn. |