mt-mudt-dev
Universal Dependencies - Maltese - MUDT
Language | Maltese |
---|
Project | MUDT |
---|
Corpus Part | dev |
---|
View options
Tags:
Javascript seems to be turned off, or there was a communication error. Turn on Javascript for more display options.
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
Alex Muscat kien ippumpjat ħafna mill-media laburista matul il-kampanja għall-kunsilli lokali u fil-Mosta ġriet ix-xnigħa li kien il-Leader stess li riedu bħala s-sindku l-ġdid tal-Mosta. Din il-kampanja favur Alex Muscat kienet dgħajfet għal kollox lid-Deputat Laburista Anthony Agius Decelis li l-mara tiegħu kienet il-Viċi Sindku tal-kunsill diżastruż tal-Mosta u li ma tħallietx toħroġ għall-elezzjoni. Tant iddgħajfet il-pożizzjoni ta' Agius Decelis fil-Mosta li l-kandidat li imbotta t-tim tiegħu fl-elezzjoni tal-Mosta, baqa' l-art. Min-naħa l-oħra, Anġlu Farrugia, Deputat Mexxej Laburista u deputat fl-istess distrett, irnexxielu jtella' tliet canvassers tiegħu f'dan il-kunsill. Bid-determinazzjon ta' Jason Micallef li jikkontesta l-elezzjoni ġenerali, jidher li l-pjan tal-core group ta' Muscat tar mar-riħ. Aktar minn hekk, sorsi fil-qalba tal-PL qalu li favur tiegħu Jason Micallef għandu wkoll lid-Deputy Leader l-ieħor, Toni Abela, u dan qed idejjaq ukoll lill-core group ta' Muscat. Il-mistoqsija l-kbira wara dan kollu, tibqa' - Allura għaliex Muscat qed ikollu jċedi daqstant lil Jason Micallef? L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali kontra l-mod kif twaqqaf il-MEUSAC L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ma taqbilx mal-mod kif il-Gvern waqqaf mill-ġdid il-Kumitat ta' Azzjoni bejn Malta u l-Unjoni Ewropea magħruf bħala l-MEUSAC. Illum għandha konferma li l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali pprotestat ma' l-Awtoritajiet dwar il-fatt li l-Gvern qabad u ddeċieda li lill-Assoċjazzjoni ma jinvolvihiex fil-core group tal-Kumitat ta' Azzjoni bejn Malta u l-Unjoni Ewropea. Fl-aħħar tax-xahar l-Assoċjazzjoni kienet infurmata li se tkun involuta biss f'wieħed mis-sottokumitati tal-MEUSAC.
Download XML • Download text
• Sentence view • Dependency trees