mt-mudt-dev
Universal Dependencies - Maltese - MUDT
Language | Maltese |
---|
Project | MUDT |
---|
Corpus Part | dev |
---|
View options
Tags:
Javascript seems to be turned off, or there was a communication error. Turn on Javascript for more display options.
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
Fil-qalba tal-Partit Laburista tfaċċat kontroversja ġdida wara li fil-laqgħa politika laburista tal-Ħadd li għadda fi Pjazza Castro fin-Naxxar, Jason Micallef tpoġġa fuq siġġu wara l-leader biex waqt id-diskors ta' Muscat ikun viżibbli ħafna. Kien hemm saħansitra nies fil-core group ta' Joseph Muscat li jiltaqa' regolarment fir-raba' sular fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun, li ma qablu xejn li Jason jitpoġġa f'post daqshekk prominenti aktar u aktar issa li se jkun kandidat tal-elezzjoni ġenerali. Jason Micallef fil-fatt kien bilqiegħda f'dik il-parti fejn is-siġġijiet kienu immarkati RESERVED u allura ċertament li din il-mossa seħħet bil-barka tat-tmexxija laburista. Skont informazzjoni żvelata mill-harġa ta' din il-ġimgha tal-gazzetta Il-Mument, issa anke nies li jattendu għal-laqgħat tal-core group ta' Muscat qed jistaqsu fil-miftuħ x'qed iwassal biex il-Mexxej Laburista qed jidher il-ħin kollu li qed iċedi għall-pressjoni ta' Jason Micallef. Jidher ukoll li d-determinazzjoni ta' Jason Micallef li, fl-aħħar mill-aħħar, jikkontesta l-elezzjoni ġenerali minkejja dak li kien ħabbar Muscat ħarbtet ukoll pjan ieħor tal-core group ta' Muscat dwar kandidaturi ġodda fid-distrett. Hu magħruf li l-pjan oriġinali għad-distrett li jiġbor fih il-Mosta, Ħ' Attard, Ħal Balzan u l-Imdina, kien li bħala super candidate joħorġu lil Alex Muscat, żagħżugħ li ġab l-akbar numru ta' voti fost il-kandidati laburisti fl-aħħar elezzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Mosta.
Download XML • Download text
• Sentence view • Dependency trees