Sentence view

Universal Dependencies - Maltese - MUDT

LanguageMaltese
ProjectMUDT
Corpus Partdev

showing 401 - 500 of 433 • previous

[1] tree
Qrib il-Palestina hemm il-gżira ta' Ċipru li sa mill-1878 ittieħdet minn idejn it-Torok u saret parti mill-Imperu.
s-401
51_02N10:2
Qrib il-Palestina hemm il-gżira ta' Ċipru li sa mill-1878 ittieħdet minn idejn it-Torok u saret parti mill-Imperu.
[2] tree
Wara l-falliment ta' l-esperiment ta' l-1880 ftit kien hemm interess Malti f'Ċipru iżda fl-1927 ċertu Harman Grisewood xtara artijiet fl-inħawi ta' Margo u ried li f'din il-proprjetà jħaddem immigrati minn Malta.
s-402
51_02N10:3

[3] tree
Il-ħsieb kien li huwa jħajjar xi 2,000 Malti jgħixu u jaħdmu ġo Margo.
s-403
51_02N10:4
Il-ħsieb kien li huwa jħajjar xi 2,000 Malti jgħixu u jaħdmu ġo Margo.
[4] tree
Harman ried jissellef £ 220,000 biex jagħti bidu għall-ħsieb tiegħu.
s-404
51_02N10:5
Harman ried jissellef £ 220,000 biex jagħti bidu għall-ħsieb tiegħu.
[5] tree
Il-Gvern ta' Lord Strickland ma riedx jissogra dak il-kapital, l-aktar meta l-Maltin saru jafu li viċin Margo kien hemm għadajjar li kienu l-kaġun tal-malarja.
s-405
51_02N10:6

[6] tree
Kien hemm ukoll min irraġuna li ftit kien jagħmel sens li wieħed jemigra lejn Ċipru meta l-istess Ċiprijotti kienu ħerġin bi ħġarhom mill-gżira.
s-406
51_02N10:7
Kien hemm ukoll min irraġuna li ftit kien jagħmel sens li wieħed jemigra lejn Ċipru meta l-istess Ċiprijotti kienu ħerġin bi ħġarhom mill-gżira.
[7] tree
Minħabba dan id-dubju l-proġett ta' Grisewood qatt ma seħħ.
s-407
51_02N10:8
Minħabba dan id-dubju l-proġett ta' Grisewood qatt ma seħħ.
[8] tree
L-aħħar darba li Ċipru ssemma fl-istorja ta' l-emigrazzjoni Maltija kien fis-snin ta' wara t-Tieni Gwerra Dinjija meta fl-1949 kien hemm erba' mitt persuna ta' nisel Malti rifuġjati fil-kamp ta' Dekhelia.
s-408
51_02N10:9

[9] tree
Dawn kienu ħarbu mill-Eritrea fl-1941 waqt li xi wħud kienu ħarbu mill-Greċja u mit-Turkija.
s-409
51_02N10:10
Dawn kienu ħarbu mill-Eritrea fl-1941 waqt li xi wħud kienu ħarbu mill-Greċja u mit-Turkija.
[10] tree
Dawn la kellhom qraba u lanqas ħbieb f'Malta u lanqas ma kellhom lil xi ħadd lest biex jaċċettahom fl-artijiet fejn kienu qed imorru l-Maltin.
s-410
51_02N10:11
Dawn la kellhom qraba u lanqas ħbieb f'Malta u lanqas ma kellhom lil xi ħadd lest biex jaċċettahom fl-artijiet fejn kienu qed imorru l-Maltin.
[11] tree
Kien hemm xi ftit li rnexxielhom imorru l-Ingilterra u l-Awstralja, imma l-parti l-kbira tagħhom baqgħu f'Ċipru.
s-411
51_02N10:12
Kien hemm xi ftit li rnexxielhom imorru l-Ingilterra u l-Awstralja, imma l-parti l-kbira tagħhom baqgħu f'Ċipru.
[12] tree
Ġo Korfu u l-gżejjer l-oħra fil-qrib nibtu xi komunitajiet żgħar ta' Maltin wara l-1815 meta dawn il-gżejjer saru protettorat Ingliż.
s-412
51_02N10:13
Ġo Korfu u l-gżejjer l-oħra fil-qrib nibtu xi komunitajiet żgħar ta' Maltin wara l-1815 meta dawn il-gżejjer saru protettorat Ingliż.
[13] tree
Iżda fl-1864 il-Greċja ħadet f'idejha l-Gżejjer Jonji u minħabba dan kien hemm bosta Maltin li telqu minn hemm.
s-413
51_02N10:14
Iżda fl-1864 il-Greċja ħadet f'idejha l-Gżejjer Jonji u minħabba dan kien hemm bosta Maltin li telqu minn hemm.
[14] tree
Iżda baqa' oħrajn li komplew bil-ħajja tagħhom taħt il-Griegi.
s-414
51_02N10:15
Iżda baqa' oħrajn li komplew bil-ħajja tagħhom taħt il-Griegi.
[15] tree
Fl-1907 grupp ta' sorijiet Maltin fetħu dar ġo Korfu biex jgħinu lill-komunità Maltija.
s-415
51_02N10:16
Fl-1907 grupp ta' sorijiet Maltin fetħu dar ġo Korfu biex jgħinu lill-komunità Maltija.
[16] tree
Dawn għadhom hemm sa llum.
s-416
51_02N10:17
Dawn għadhom hemm sa llum.
[17] tree
Sa l-1930 Dun Spir Cilia kien jieħu ħsieb madwar elf Korfjot ta' nisel Malti.
s-417
51_02N10:18
Sa l-1930 Dun Spir Cilia kien jieħu ħsieb madwar elf Korfjot ta' nisel Malti.
[18] tree
Bl-għajnuna ta' kontribuzzjonijiet minn Malta Dun Spir bena u fetaħ dar għax-xjuħ Maltin.
s-418
51_02N10:19
Bl-għajnuna ta' kontribuzzjonijiet minn Malta Dun Spir bena u fetaħ dar għax-xjuħ Maltin.
[19] tree
Illum il-Maltin ta' Korfu jitkellmu bil-Grieg u tħalltu sew man-nies tal-post.
s-419
51_02N10:20
Illum il-Maltin ta' Korfu jitkellmu bil-Grieg u tħalltu sew man-nies tal-post.
[20] tree
Oħrajn telqu lejn il-Greċja kontinentali, l-aktar lejn Atene.
s-420
51_02N10:21
Oħrajn telqu lejn il-Greċja kontinentali, l-aktar lejn Atene.
[21] tree
Żammew r-reliġjon tagħhom u r-rabta sentimentali ma' Malta.
s-421
51_02N10:22
Żammew r-reliġjon tagħhom u r-rabta sentimentali ma' Malta.
[22] tree
Fil-bliet ewlenin ta' l-Ottomani bħalma huma Kostantinopli u Smyrna kien hemm komunitajiet żgħar Maltin sa mill-bidu tas-seklu għoxrin.
s-422
51_02N10:23
Fil-bliet ewlenin ta' l-Ottomani bħalma huma Kostantinopli u Smyrna kien hemm komunitajiet żgħar Maltin sa mill-bidu tas-seklu għoxrin.
[23] tree
Ġo Kostantinopli l-għadd tal-Maltin ġie li wasal għal tliet elef ruħ.
s-423
51_02N10:24
Ġo Kostantinopli l-għadd tal-Maltin ġie li wasal għal tliet elef ruħ.
[24] tree
Dawn kienu joqogħdu fid-distrett ta' Galata fejn kienu jinġabru l-Kristjani.
s-424
51_02N10:25
Dawn kienu joqogħdu fid-distrett ta' Galata fejn kienu jinġabru l-Kristjani.
[25] tree
Il-Maltin ta' Smyrna kienu jgħixu fid-distrett ta' Karsiyaka.
s-425
51_02N10:26
Il-Maltin ta' Smyrna kienu jgħixu fid-distrett ta' Karsiyaka.
[26] tree
Fl-1927 f'Karsiyaka kien hemm bħala kappillan Dun Dward Tonna li wara sar isqof ta' Smyrna.
s-426
51_02N10:27
Fl-1927 f'Karsiyaka kien hemm bħala kappillan Dun Dward Tonna li wara sar isqof ta' Smyrna.
[27] tree
Fl-1995 patri Malti li trabba fl-Awstralja, Leonard Testa, sar kappillan ta' Karsiyaka.
s-427
51_02N10:28
Fl-1995 patri Malti li trabba fl-Awstralja, Leonard Testa, sar kappillan ta' Karsiyaka.
[28] tree
Għal xi żmien il-komunità Maltija ta' Smyrna kienet tilħaq l-elfejn ruħ, iżda wara l-Armistizju ta' l-1918, ħafna mill-Maltin xterdu ma' naħat oħra fil-lvant tal-Mediterran.
s-428
51_02N10:29

[29] tree
Fl-1922 Malta laqgħet 1,300 rifuġjat minn Smyrna; fost dawn kien hemm xi ftit li kienu ta' oriġini Maltija.
s-429
51_02N10:30
Fl-1922 Malta laqgħet 1,300 rifuġjat minn Smyrna; fost dawn kien hemm xi ftit li kienu ta' oriġini Maltija.
[30] tree
Fil-21 ta' Mejju 1934 il-president tar-repubblika Torka, Kemal Ataturk, ħareġ liġi li biha saret ħaġa tista' tgħid impossibbli għal min ma kienx ċittadin Tork li jibqa' jaħdem fit-Turkija.
s-430
51_02N10:31

[31] tree
Fl-1946 il-Gvern Ingliż ħa taħt il-ħarsien tiegħu seba' mitt persuna li kienu ta' nisel Malti u li kellhom passaport tar-Renju Unit.
s-431
51_02N10:32
Fl-1946 il-Gvern Ingliż ħa taħt il-ħarsien tiegħu seba' mitt persuna li kienu ta' nisel Malti u li kellhom passaport tar-Renju Unit.
[32] tree
Dawn ġew megħjuna biex jemigraw lejn pajjiżi oħra.
s-432
51_02N10:33
Dawn ġew megħjuna biex jemigraw lejn pajjiżi oħra.
[33] tree
B'hekk il-preżenza Maltija ġo Kostaninopli u Smyrna tista' tgħid li ġiet fix-xejn.
s-433
51_02N10:34
B'hekk il-preżenza Maltija ġo Kostaninopli u Smyrna tista' tgħid li ġiet fix-xejn.

Edit as listText viewDependency trees